Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 letteratura illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jagħti ħarsa lejn id-diskussjoni li ser tittella' l-Erbgħa l-11 ta' Novembru mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bejn il-kittieb Brittaniku Indjan Salman Rushdie u l-kittieb Alfred Sant. Saliba jfakkar f'diversi episodji koroh illi żvolġew tul is-snin matul il-kontroversja rigward ir-rumanz Il-Versi Sataniċi, b'referenza wkoll għall-attakki terroristiċi li twettqu fi Franza ftit jiem ilu, aktarx b'rabta mġedda mar- rivista Charlie Hebdo. Jikkummenta wkoll li fid-dawl ta' dawn l-omiċidji reċenti l-parteċipazzjoni ta' Rushdie fil- Festival Nazzjonali tal-Ktieb ma setgħetx issir fi żmien aħjar minn dan. Ifakkar ukoll li l-pubbliku jista' jibgħat il-mistoqsijiet tiegħu lil Rushdie f'sessjoni virtwali ta' mistoqsija-u-tweġiba li ser issir l-għada fit-12 ta' Novembru. B'rabta ma' din l-attività Saliba jittanta jissuġġerixxi xi mistoqsijiet possibbli... ir-rumanz Il-Versi Sataniċi jew l-affari Charlie Hebdo. Ħafna forsi kienu ilhom jaħsbu, ferm qabel faqqgħet din il- pandemija, li l-episodju Charlie Hebdo għadda u mar u ormaj miet fuq ommu bħall-bqija. Ikolli ngħid li l-parteċipazzjoni ta' Rushdie fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ma setgħetx ġiet f 'mument aħjar minn dan. Ma jistax jonqos — wara l-bċejjeċ jinkitbu li ħasduna dan l-aħħar — li d-dinja letterarja ma terġax tiftakar f 'Rushdie. Ma jistax jonqos lanqas li llum iżjed minn qatt qabel Rushdie jerġa' jġedded l-appoġġ totali tiegħu lejn ir-rivista satirika Charlie Hebdo. Għamel dan diversi drabi ħames snin ilu, l-iżjed matul battibekk jaħraq m'għadd ta' kittieba li ddistanzjaw ruħhom minn premju mogħti lir-rivista Franċiża mill-assoċjazzjoni internazzjonali tal-kittieba PEN International b'rikonoxximent għall-ħidma tagħha favur il- libertà tal-kelma. Għandi nifhem li matul id- diskussjoni — immoderata minn Prof. Clare Vassallo — li ser ikollu m'Alfred Sant l-Erbgħa l-11 ta' Novembru għandna nisimgħu ħafna dwar dan. Il-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb ħa l-inzjattiva li jistieden lill-pubbliku ġenerali biex jibgħat il-mistoqsijiet tiegħu lil Rushdie waqt sessjoni diġitali ta' mistoqsija-u-tweġiba li ser issir fit-12 ta' Novembru fis-18.30. Biex jinżamm kemm jista' jkun spirtu ta' skambju l-għadd ta' parteċipanti mhux ser jaqbeż l-40. Dawk interessati jirriżervaw posthom għandhom jibagħtu l-mistoqsija tagħhom lill-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb: iżjed ma tingħadd b'tajba l-mistoqsija iżjed jikber iċ-ċans li tiżgura postok. Intant kulħadd ser ikun jista' jaċċessa x-xandira diretta ta' din l-attività fuq il- paġna tal-Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u fuq www. ktieb.org.mt. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex l-istudenti Universitarji jieħdu kemm jistgħu minn din l-okkażjoni ta' darba li jitkellmu ma' wieħed mill- aktar ħassieba u promoturi provokanti tal-libertà tal-kelma. Għalhekk il-Kunsill qiegħed jaħdem mad-Dipartiment tal- Ingliż tal-Università ta' Malta u d-Dipartiment tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Ingliż (DESA) biex jiżgura għoxrin post minn dawn l-erbgħin għall-istudenti Universitarji. Għaddew bosta mistoqsijiet minn moħħi xħin waslitli l-aħbar rigward dawn iż-żewġ attivitajiet. Ngħid għalija minn dejjem kelli diversi kurżitajiet dwar Rushdie. Ibda biex ta' min nistaqsu fejn jikkonverġu u jiddiverġu l-veduti ta' Rushdie u t'Alfred Sant, l-iżjed ġaladarba d-diskussjoni mistennija tiffoka fuq il-kisibiet, l-influwenzi u t-tħassib kurrenti ta' dawn iż- żewġ kittieba. Forsi interessanti nistaqsu wkoll — fil-kuntest speċifiku tal-attiviżmu politiku u tal-libertà tal-kelma — x'inhuma l-fehmiet ta' Alfred Sant rigward il-kundanna ta' Rushdie kontra d-diriġenza tal- Fondazzjoni Valleta 18, b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Għandi bosta oħrajn li jmorru lil hinn mill-kuntest lokali. Jidhirli li l-pożizzjonijiet li ħa Rushdie dwar ir-rumanz Il-Versi Sataniċi u r-reliġjon Islamika tul is-snin mhux dejjem kienu konsistenti għalkollox. Nemmen li jista' jingħad l-istess kwantu l-fehmiet tiegħu dwar ir-reliġjon b'mod ġenerali. F'dar-rigward jidhirli li ġieli għandu ħabta jkun ġeneriku u simplistiku żżejjed. Ngħid għalija kurjuż ukoll dwar jekk almenu jagħrafx illi s-sitt kittieba li oġġezzjonaw għall- għoti tal-premju msemmi lir- rivista Charlie Hebdo kellhomx ukoll xi punti valid. Jiena nemmen li iva. Kurjuż ukoll dwar x'taħsbu u x'tixtiequ tistaqsu intom. Niltaqgħu... Alfred Sant

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020