Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa s-suġġett ta' diskuss- joni kien bla dubju ż-żewġ reazz- jonijiet għall-Baġit - dik tal-Kap tal-Oppożizzjoni u dik tal-Prim Ministru. F'dan l-editorjal se nagħtu ħarsa iktar profonda lejn id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, imma fid-dawl tal-ewwel ġimgħat ta' tmexxija ta' Bernard Grech. L-ewwelnett Grech ingħata rebħa li ma tistax tkun aktar ċara minn hekk. Hija rebħa demokratika, f 'tiġrija demokratika, b'vot demokratiku li huwa fost l-akbar li qatt kiseb mexxej politiku f 'elezzjoni interna biex isir Kap, fl-ewwel (u f 'dan il-każ l-uniku) round ta' votazzjoni. L-elezzjoni uriet kemm it-tesserati Nazzjonalisti u allura l-qalb tal-Partit Nazzjonalista, riedet u kellha bżonn il- bidla. Imma dik l-elezzjoni kienet mezz biex jintlaħaq l-għan. U x'inhu l-għan? L-għan huwa bl-aktar mod ċar li l-PN isir alternattiva serja għall-Gvern preżenti, xi ħaġa li ħafna ħassew li mhuwiex jew li ma baqax fl-aħħar snin. U dan huwa fl-interess tal-pajjiż, l-ewwel u qabel kollox, wara huwa fl-interess tal-Partit Nazzjonalista u finalment huwa fl-interess tal-Gvern innifsu, li jkollu għassies b'saħħtu u li qed iżommu kontabbli. Id-diskors ta' Bernard Grech dwar il- Baġit mhuwiex la l-bidu u lanqas t-tmiem tal-karriera tiegħu u mhuwiex ġust li jiġi ġġudikat fuq il-bażi ta' dan id-diskors biss - għalkemm wieħed irid jgħid illi kien xi it jew wisq diżappuntanti, fis-sens illi ma eċitax u ma ispirax lill-mases. Il-preżentazzjoni tad-diskors kif ukoll il-kontenut tiegħu kellhom it-tajjeb, kif kellhom ħafna nuqqasijiet ukoll li hemm bżonn Grech jaħdem fuqhom. U minn hawnhekk nisiltu l-ewwel punt kruċjali. Bernard Grech għandu jieħu nota tal-kritika li qed issirlu, anke jekk forsi xi kultant hija ħarxa. Jifimha u jimxi 'l quddiem. L-agħar ħaġa li jista' jagħmel huwa li hu jew in-nies ta' madwaru joqgħodu jieħdu għalihom, isabbtu saqajhom, jattakkaw lil min jikkritikahom u jippruvaw jżebilħuh u jilludu lilhom infushom li dan kien"diskors brillanti" u li x-xilep ġewwa qiegħed. Grech minflok - u dan huwa fundamentali - jeħtieġ jiddawwar b'ħassieba, strateġisti, persuni li kapaċi joħolqu ideat, persuni li kapaċi jattwaw dawk l-ideat, persuni li se jiggwidawh aħjar fuq kif jitkellem, kif jindirizza lit- telespettaturi, kif jesegwixxi diskors u fl- aħħar mill-aħħar kif se jbiegħ l-immaġini tiegħu u tal-partit. Dan kollu jiġri biż-żmien u jieħu l-ħin, imma hemm ċans li ħin u żmien ma tantx għad fadal, għalhekk kemm jista' jkun malajr - temmen din il-gazzetta - hemm bżonn li Grech jiddawwar b'nies li se jagħmlu differenza vera u li se jwasslu biex il-PN isir verament alternattiva għall- Gvern preżenti. Jidher - ħafna aktar issa - illi d-Deputati Nazzjonalisti jinsabu fuq l-istess vapur li qed imexxi l-Kap Nazzjonalista u li qed jaħdmu sabiex Grech ikollu fuq min iserraħ f 'termini ta' politika u direzzjoni. Dan huwa pass 'il quddiem. Kap ma jistax imexxi l-vapur jekk il-baħrin qed iniżżlu l-ankri biex il-vapur jieqaf. Iżda issa Grech jeħtieġ jibda juri lill- popli u lil dawk li vvutawlu, min se jkun it-tim tiegħu - jiġifieri dawk in-nies li se jagħżel biex imexxu lill-partit, jagħtuh direzzjoni, jagħtuh raġuni valida għall- eżistenza tiegħu u finalment jagħmluh verament Gvern alternattiv. Grech għandu jimbutta uċuh żgħażugħa, friski u mimlijin enerġija 'l quddiem. Nies li se jattiraw lin- nies. Nies li se jikkonvinċu lin-nies. Nies li mhux se jippruvaw ikissru lin-nies. Pero' wkoll nies ta' esperjenza mhux biss politika imma wkoll organizattiva. Id-diskors ta' Grech nhar it-Tnejn ma għinx biex jissolidifika l-pożizzjoni tiegħu bħala Kap u biex jibni immaġini b'saħħitha tiegħu nnifsu. Imma jekk veru jrid juri li mhuwiex magħmul mill-istess pezza drapp ta' nies arroganti li ġabu lill-PN fejn huwa llum, dan id-diskors jista' jkun biss parti minn esperjenza ta' tagħlim. Jieħu nota tal-kritika, jirranġa fejn hemm bżonn u jibqa' għaddej. Il-viżjoni ta' Grech trid tkun aktar ċara u ssolidifikata fiż-żmien li ġej. Imbilli jingħad li l-kostruzzjoni u l-ambjent huma l-istess ħaġa, mhijiex biżżejjed. Imbilli ngħidu li ż-żgħażagħ huma l-mutur tas- soċjetà mhuwiex biżżejjed. Imbilli ngħidu li rridu nkunu iebsin mat-traffikanti tal-immigranti, mhuwiex biżżejjed. Huwa tajjeb, imma mhux biżżejjed. Il-viżjoni trid tkun xi ħaġa li tagħmel differenza reali lin-nies, li turi x'miżuri se jsiru - anke jekk dawk il-miżuri se jqajmu diskussjoni u nuqqas ta' qbil. Imma l-poplu jrid ikun jaf fejn hu jew fejn se jkun jekk Grech ikun PM wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Xejn mhu ċert. Imma l-PM qed jindika li elezzjoni ġejja fi żmienha. Jekk jiġri dan, Bernard Grech ikollu it aktar nifs biex iqassam ħidmietu u joħloq pjan ċar ta' fejn irid imur, filwaqt li jsaħħaħ lill-partit illi qed imexxi. Għalkemm il-bidu kien xi it imqalleb u inċert - Grech għadu fil-ħin biex jaċċerta li dak li tpoġġa fil-kariga biex jagħmel, fil-fatt jagħmlu. Iġib il-bidla fil-PN l-ewwel u fil- pajjiż - anke bħala Oppożizzjoni - it-tieni. L-ewwel ftit ta' Bernard Grech ...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020