Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 rakkont illum • Il-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 Sharon Calleja Maren (L-ewwel parti minn erbgħa) J għidu li l-imħabba vera ma tmut qatt. Saħansitra wara l-mewt. Uħud jemmnu li hekk. Uħud jgħidu li din hija ħrafa. Hemm oħrajn li lanqas biss tgħaddilhom minn moħħhom li l-imħabba vera tista' teżisti tabilħaqq! Dawk ma jafux x'jiġifieri tgħixha! Tgħixha u dduqha! L-imħabba vera hija dik l-emozzjoni li persuna tħoss f 'qalbha xħin taħseb jew tara lill-persuna l-oħra; li tkun tixtieq tkun qiegħda magħha l-ħin kollu, taħseb fiha kull sekonda jew anke aktar, tkun tixtieq li tħoss il-ġisem tagħha, tmissha u tara l-espressjonijiet tagħha, tkun dik l-imħabba mingħajr kundizzjonijiet. Jien ma kontx nemmen. Lanqas ħjiel ma kelli. Sakemm smajt storja. L-istorja tagħhom. Dik ta' Maren u Kai. L-imħabba vera. L-imħabba tagħhom. Xi żmien ilu, Maren Psaila kienet tgħix flimkien ma' missierha f 'razzett f 'tarf ir-raħal. Kellhom razzett kbir, miżgħud bl-annimali, fejn missierha kien jieħu ħsieb jaħleb il-baqar ta' kull filgħodu, jagħżaq l-għelieqi ħalli jkabbar il-ħaxix u l-frott li kienu jieklu fuq il-mejda tagħhom u ż-żejjed kien ibiegħu lill-bdiewa oħra li l-għelieqi tagħhom ma kienux ikattru daqs tiegħu, kellhom iż-żwiemel, nagħaġ u anke tiġieġ. Maren qatt ma kienet iltaqgħet m'ommha. Żarenu, missier Maren kien dejjem jirrakkonta l-istorja tat- twelid tagħha. Ta' dakinhar li hu kien qagħad fil-kċina jistenna lil martu twelled, bil-majjistra tindukraha fl-għorfa, b'flixkun inbid li kien għasar hu stess quddiemu. Wara li kien xeba' jisma għajjat, twerżiq ta' uġigħ u biki, ġej minn wara l-bieb imsakkar, eżatt mal-aħħar bela' nbid ħamra, kien sema' l-muieħ idur fil-bieb, tela' jiġri fuq b'nifsu maqtugħ u ħares f 'għajnejn il-majjistra li kellha fardal abjad mimli demm u jdejha mdemmgħin iżjed. "Xiex?" kien staqsieha, mingħajr ma jerġa' jagħlaq ħalqu. Għamlitlu le b'rasha. Żarenu kien żamm mal- puġġaman ħalli saqajh ma jogħtrux. "Ħsibtu jien li t-tarbija mhix f 'saħħitha biżżejjed!" kien karab. "M'intix tiimni Żaren," kienet qaltlu. Bexxqet il-bieb tal-kamra u fil-fisqija kien lemaħ tarbija bla xagħar, għajnejn kbar żoroq qisu l-baħar fis-sajf, għadha għarwiena imma mdawwra bi gverta bajda. Kien diġa beda jifraħ! U eżatt malli daħal pass 'il ġewwa, lemaħ idejn martu mitluqa għal kollox, għajnejha magħluqin, wiċċha qisu dak ta' bambin rieqed, xuejha mbexxqin u sniena sbieħ u bojod jidhru kemmkemm. "Ma felħitx għall-ħlas............ jiddispjaċini, Żaren!" kienet qaltlu l-majjistra, tħares lejh b'għajnejha mimlijin dmugħ. Kien ħlas diffiċli ħafna. U l-għażiża martu kienet ħallietu armel. "Kif jista' jkun? Għandek xi żball! Żgur għandek xi żball!" kien qabad jgħajjat magħha qisu wieħed li kien tilef ir-raġuni. Mar iħaffef għal fuq martu, jaqbadha f 'dirgħajh, iċaqlaqilha rasha, jaqbdilha wiċċha, idejha u jbusha mingħajr waqfien. Iżda sfortunatament, martu kienet bla ħajja. Kien rabbieha waħdu. Maren qatt ma naqasha xejn. Kienet tifla ħelwa, gustusa u b'natural ħelu. Kienet id-dawl t'għajnejn Żaren u għalih kienet l-uniku teżor li kienet ħallietlu martu. "Issa la ssiblek xi ġuvni, titilqek, Żaren!" kienu jgħidulu bosta raħħala u bdiewa ħbieb tiegħu. "Ma ssib xejn, ara! Dik miegħi ser tibqa'! Inħallilha r-razzett u ma jkun jonqosha xejn!" kien iweġibhom bis-serjeta. Imma kuljum kien jaraha donnha tisbieħ iżjed. Kellha għajnejha kbar. Wiċċ b'ġilda bajda sabiħa, qamħija. Ħaddejn roża u ruxxana. Xagħarha kien kulur id- deheb, ġisem twil u perfett, sider imqabbeż 'il barra donnu magħmul apposta biex jipprovoka lill-irġiel. U kull fejn kienet tmur Maren, kienet issaħħar lill-ġuvintur warajha. Fil-bidu, Żaren kellu moħħu mistrieħ. Qatt ma kienet tagħti kas ta' ħadd minnhom. U kien hemm ġuvintur ħelwin fir-raħal! Imma erħilha tkellmu fuq il- ħjata, ir-rakkmu u l-hena tagħha kienet dik li tiġri ħaa fl-għelieqi tal-madwar, ixxarrab saqajha f 'nixxiegħa żgħira li kien hemm qrib tagħhom u tesplora torri nofsu mwaqqa' li fi żmien l-antik kien jingħad li kien maħkum mill-kavallieri. Kien abbandunat u Maren kienet sabet tarf tidħol fih u titla' fil-kamra ta' fuq fejn kienet toqgħod bilqegħda fuq ġebla kbira tħares lejn il-veduta mimlija ġmiel li kienet toffri l-kampanja ta' dawk l-inħawi. U kważi kuljum kienet tmur hemm. Anke meta kienet tkun ix-xita! "Maren, għad tlaqqat bronki!" kien jgħidilha missierha xħin kienet tidħol lura mxarrba għasra, il-libsa tqattar, saqajha ħain mimlijin ħamrija, xagħarha mwaħħal mal-ġnub ta' wiċċha bl- ilma tax-xita u wiċċha aħmar iżjed milli suppost. Kienet għadha kemm għalqet sittax-il sena u minflok tgħinu fix- xogħol tar-razzett, kienet toqgħod tiġri barra u tgħaddi siegħat sħaħ. L-unika affarijiet li qatt ma kien jagħmel hu kienu li malli tqum Maren, kienet tmur tiġri fl-istalel taż-żwiemel, tibbraxxjalhom il-pil sabiħ tagħhom, toħroġ lil Shaunnie, iż-żiemel favorit tagħha u tiġbor il-bajd minn taħt it-tiġieġ. Il-bqija kollox Żarenu kien ikollu jagħmel. U dakinhar kienet għadha kemm reġgħet daħħlet liż-żiemel Shaunnie fl-istalla, mesħet idejha t-tnejn mat-truf tal-libsa ħamra li kellha, rabtet xagħarha dehbi u lixx li kien twil sa' sormha b'ċoff kulur abjad 'l fuq ħalli ma jiġix quddiem għajnejha u telqet tħaffef 'il barra mir-razzett. Missierha kien mehdi jwelled baqra minnhom illi kienet waslet biex teħles u it kien ta kas it-temp ikraħ li kien qed jinħema dik l-għodwa! U eżatt malli ġriet biċċa sewwa, Maren rat l-ewwel leħħa ta' berqa li xegħlet l-inħawi kollha. Stagħġbet it waħedha u kompliet tiġri qalb l-għelieqi sa' xħin waslet maġenb it-torri 'tagħha'. Sajjetta oħra. U nfetħu bibien is-sema. Dakinhar, ix-xita qabdet nieżla qliel mill-ewwel! U Maren daħlet tħaffef ħalli tistkenn fit-torri. Daħlet tiġri, telgħet is-sular ta' fuq, fejn l-art xejn ma kienet soda u bdiet tħares lejn is-sema griża, l-għelieqi skuri li dakinhar dehru kważi isbaħ minn qatt qabel. U eżatt malli rat figura għaddejja tiġri hemm taħt, donnha liebsa barnuża skura, ħadet nifs twil u ħalliet ir-riħa tax-xita tidħol fil-pulmun tagħha, twennisha u timlieha sensazzjonijiet sbieħ. Kien propju dak il-ħin, li għalkemm instema' ħoss qawwi, Maren ma semgħetux. L-art ta' taħtha ċediet, il-ġebel tat-torri ma felaħx għal qawwa tax- xita, u l-ewwel ħaġa li rat Maren hu li s-saqaf kien nieżel għal fuqha! "Ajjut!" għajtet waħda kbira, imma t-torri kien diġa' belagħha miegħu!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020