Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 Carmel Bonnici Film klassiku u kult: Raiders of the Lost Ark (1) Fis-sena 1981, inħadem film suppost bħala B-movie (mhux ta' livell għoli) li kien jagħti omaġġ lil dawk is- serials tas-snin 30 u 40 ta' Hollywood, l-aktar dawk ta' Republic Pictures u Monogram Pictures. Serial huwa film twil li jinqasam fi 12 jew 15-il episodju, ta' madwar 20 minuta l-wieħed. Kull ġimgħa kien jintwera' kapitlu minnu, qabel il-film propju u ġeneralment fl- aħħar parti l-eroj isib ruħu f 'sitwazzjoni tant perikoluża li kważi impossibbli joħroġ minnha. Dan naturalment biex iżomm lill-udjenzi b'kurżità sa ġimgħa wara ħalli jerġgħu jarawh. Id-direttur ta' dan il-film kien Steven Spielberg u l-film li qed nirreferi għalih huwa, Raiders Of The Lost Ark. Din il-produzzjoni ta' Paramount Pictures kienet l-aktar waħda li daħħlet flus f 'dik is-sena partikolari. Kien George Lucas, il- produttur frisk mis-suċċess enormi ta' Star Wars (1977) li ħolom bl-idea ta' arkeoloġist avventuruż, Indiana Jones. Dan kien ukoll fl-istess żmien li ġieh il-ħsieb għal storja fl- ispazju, tip ta' Flash Gordon (li kien ukoll eroj tas-serials tas- snin 40), li wara saret il-famuż Star Wars. L-attur prinċipali kellu jkun Tom Selleck, li iżda ma setax jaħdem il-parti għax kien marbut mas-serje tat-TV, Magnum PI fl- 1980. Warajh, Jeff Bridges irrifjuta din il-parti. Fl-aħħar intagħżel Harrison Ford fil-parti ewlenija ta' Indiana Jones, fuq il-merti tas- suċċess li kellu fi Star Wars u b'hekk dan l-attur - li beda jsir dejjem aktar popolari - ra l-fama tiegħu tisplodi 'l fuq. Fis-sena 1936, fuq missjoni fil-ġungla tal-Amerika ta' Isfel, l-arkeoloġist Indiana Jones, magħruf bħala Indy, ikun ingannat minn oġġett imprezzabbli mill-avversajru tiegħu u arkeaoloġista Rene René Emile Belloq. Wara, waqt ix-xogħol tiegħu ta' għalliem, membru tal-Intelliġenza Amerikana jgħidlu li xi Nażisti li jfittxu t-teżori skoprew il-Belt antika Eġizzjana ta' Tanis fejn hemm l-Arka ta' żmien Mosè (Arc of the Covenant) li fuqha hemm miktubin il-liġijiet ta' Alla mogħtijin lil Mosè u li tinsab midfuna fil-Bir tal-Erwieħ. Minħabba l-poter qawwi li suppost l-Arka tnissel, Indy jkun mitlub biex ma jħallihiex taqa' f 'idejn Hitler. Fi triqtu lejn l-Eġittu hu jiltaqa' ma' Marion, waħda mill- eks maħbubin tiegħu, li għandha fil-pussess tagħha oġġett tal- kristall li jitpoġġa f 'bastun li jindika fejn hu l-Bir tal-Erwieħ fuq il-mappa ta' Tanis. Hi tipprova tiskarta lil Indy, imma jkun hu li jsalvaha mill- Aġent Ġermaniż, li l-mexxej tagħhom bl-isem Toht jinħaraq meta jipprova jaħtaf l-oġġett tal- kristall minn nar. Fil-Kajr, din il-koppja terġa tkun ippersegwitati minn aġenti Nażisti u f 'dan il-punt Marion, tingħata l-impressjoni li nqatlet. Meta jinduna li l-Ġermaniżi qed iħaffru f 'post ħażin f 'Tanis (billi wżaw qisien mill-kristall fuq l-id maħruqa ta' Toht, imma mingħajr figuri proprji), Indy u sieħbu Sallah isibu l-Bir u jtellgħu l-Arka. Minkejja dan, in-Nażisti malajr jaħtfuha taħt idejhom permezz tal-Kap tagħhom u l-arkeoloġista Belloq, meta l-t- tnejn jitilgħu fuq. Indy u Marion - li fil-fatt niskopru illi nżammet ħajja biex jittorturawha ħalli tagħtihom il- kristall, - jissakkru f 'bir invażat bi sriep velenużi. B'xi mod iżda joħorġu minn hemm u jqanqlu ħafna nkwiet fost in-Nażisti, biex wara ġirja sfrenata jerġgħu jaħtfu l-Arka. Waqt li jittrasportawha lejn l-Ingliterra, n-Nażisti jilħquhom b'U-boat. Marion tinħataf flimkien mal-Arka, iżda Indy jiskopri fejn hi l-bażi sigrieta tagħhom. Hemmhekk, ikollu jagħti ruħu f 'idejhom, iżda aktar tard huma t-tnejn biss jibqgħu ħajjin meta Belloq jorganizza ċ-ċerimonja biex jiftaħ l-Arka u ħerqan jitlob il-poteri tagħha. Jirriżulta li hu u l-Ġermaniżi kollha jinqerdu meta meta s-seħer tal-Arka joħroġ fil- beraħ. Ftit żmien wara, f 'Washington, Indy jsir jaf li dan l-oġġett prezzjuż tat-Testment l-Antik inħeba mill-Gvern Amerikan. Kif tindika din l-istorja u ħafna aktar, Raiders Of The Lost Ark hu mfawwar bl-azzjoni spissa, avventuri eċitanti u anki umoriżmu. Il-mod kif ġie interpretat wieħed mill-karattri prinċipali minn Harrison Ford, għoġob ferm lill-udjenzi. Il-film intogħġob ukoll mill-kritiċi għaliex ħareġ element ta' spirtu furjuż u avventuruż. L-atturi li ħadu sehem huma: • Harrison Ford (Indiana Jones) • Karen Allen (Marion Ravenwood) • Paul Freeman (Belloq) • Ronald Lacey (Toht) • John Rhys-Davies (Sallah) • Denholm Elliott (Marcus Brody) • Alfred Molina (Satipo) Dan il-film huwa 115-il minuta twil. Dan l-artiklu se jkun qiegħed ikompli b'aktar tagħrif nhar il- Ħadd li ġej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020