Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622
09 illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 analiżi ħadd mhu se jgħid 'ejja nnaqqsu l-infurzar'. Grech kellu jkun aktar ċar u konkret dwar fejn hemm bżonn aktar infurzar u liema huma dawn il-'loopholes'. Qed jirreferi għal dawk il-barijiet li jistgħu jiħu għax għandhom liċenzja ta' ristorant ukoll, per eżempju? Grech la identifika l-loopholes u lanqas inidirizzahom. Xi ppropona Grech? 'Tisħiħ tar-reġim sħiħ ta' testing għal kull min jiġi Malta minn barra permezz ta' rapid testing obbligatorju fil-points of entry kollha, mhux biss fl-ajruport, tal- pajjiż ...' L-ILLUM taħseb li ... Din hija proposta tajba u li l-Gvern għandu jikkunsidra għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett jitnaqqas iċ-ċans li jidħlu f 'pajjiżna każi ta' Covid-19 impurtati u t-tieni, b'sistema effiċjenti ta' rapid testing obbligatorju fl-ajruport ikun hemm ċans li nistgħu xorta nattiraw numru konsistenti ta' turisti mingħajr ma npoġġu lill-poplu f 'riskji żejda u allura r-rota tibqa' ddur it. Xi ppropona Grech? 'Jiżdied voucher supplementari li jkun għax-xiri ta' maskri, sanitisers u dak kollu li jista' jintuża għall-prevenzjoni tal-imxija mill- familji sabiex jittaffa l-piż ta' dawn l-ispejjeż.' L-ILLUM taħseb li ... Din hija proposta tajba u konkreta li l-Gvern għandu jikkunsidra. Ir-reputazzjoni u x'qalu l-gazzetti dwar Malta ... Bernard Grech kien b'saħħtu meta fakkar fid-diversi kuntratti li saru li baqgħu taħt dellijiet ta' dubju jekk mhux agħar. Kien pass strateġikament tajjeb ukoll u kien ġest kruċjali u f 'waqtu li jirringrazzja lil Adrian Delia għax- xogħol li għamel fuq il-każ kontra l-kuntratt tal-VGH. Dan huwa importanti sabiex Grech jibda jagħlaq il-feriti li ħallew tliet snin ta' ġlied intern u elezzjoni interna li ħalliet togħma qarsa fost settur minoratorju imma sinjifikanti fil-PN. Naturalment il-Partit Laburista mal-ewwel battuti wera' ċar x'se tkun l-istrateġija: Dik li adotta waqt il-kampanja għal Kap Nazzjonalista, jiġifieri li kemm jistgħu jagħmlu differenza bejn Grech "appoġġjat mill-establishment" flimkien ma' Simon Busuttil u Adrian Delia, li "tneħħa", "daru għalih", "tradewh" u huwa "l-vittma". Din hija strateġija magħmula biex kemm jista' jkun taċċerta li l-PN jibqa' jidher mifrud, bl-attivisti ta' Delia jibqgħu "mweġġgħin" u b'Bernard Grech jibqa' jiġi perċeput illi huwa appoġġjat mill-istess nies, li ħafna ma tantx jarawhom f 'dawl sabiħ. Dan filwaqt li l-votant li jinsab fin- nofs u li llum hawn eluf kbar minnu, jibqa' jara lill-PN mifrud b'Kap appoġġjat mill-"establishment" ta' qabel l-2013 u allura jerġa' jivvota lill-Labour, għax iħoss li huwa aktar sigur. Din hija l-istess strateġija li kien ħaddem il-PN stess, b'suċċess, kontra l-Labour għal snin. Grech għandu raġun meta jgħid li r-reputazzjoni ta' pajjiżna ħadet daqqa kbira għax huwa fatt, daqs il-fatt li ċerti implikazzjonijiet fuq Keith Schembri ta' involviment f 'assassinju ta' ġurnalista ggravaw mhux tejbu s-sitwazzjoni. Grech imbagħad ħareġ il-gazzetti u beda jikkwota x'qalet dik il- gazzetta barranija u l-oħra, xi ħaġa li għamlu l-predeċessuri tiegħu wkoll. Mhux affarijiet sbieħ veru. Ħadd ma jieħu pjaċir bl-aġġettivi u titli li ntużaw f 'dawk l-editorjali u l-istejjer. Li ma għamilx huwa li ħoloq rabta ċara bejn din il-problema u dak li qalu dawn il-gazzetti barranin ma' kif din se taffetwa r-realtà tal- familji, il-flus fil-but u l-impjieg tagħhom - anke jekk għamel referenza għal stħarriġ li sar minn Ernst and Young li juri li hemm ċaqlieq inkwetanti fir-rigward ta' fiduċja fis-sitwazzjoni ekonomika f 'Malta u r-reputazzjoni. Huwa tajjeb li jiġu kkwotati sondaġġi xjentifiċi, sakemm il-figuri u l-persentaġġi jkunu mwaħħdin ma' esperjenzi reali ta' x'qed iħossu Joe, Mary, Brendon u Chris. Figuri fl-arja għall-poplu jfissru it. Huwa l-effett ta' dawk il-figuri, meta spjegat, li jagħmel differenza. L-Immigrazzjoni - Mar ħażin Ma tistax taqbad kwistjoni bħal tal-immigrazzjoni - li hija kwistjoni taħraq, li qed tinkwieta ħafna nies u tiġi trattata f 'ħin qasir b'sentenzi u catch-phrases li ntużaw bosta drabi qabel u tieqaf hemmhekk. Grech ma weġibx l-aktar mistoqsijiet pertinenti dwar din il-kwistjoni: Quddiem nuqqas ta' qbil mal-UE, Gvern Nazzjonalista xi tkun il-politika tiegħu dwar l-immigrazzjoni? Gvern Nazzjonalista mmexxi minnu, x'inhi l-politika tiegħu dwar l-integrazzjoni? Kif jipproponi li jagħmel il-lokalitajiet tagħna aktar siguri? Semma' li hemm bżonn illi l-pajjiż ikun jaf x'inhu jiġri minn dawk il-barranin minn pajjiżi terzi li tilfu x-xogħol. X'se jagħmel eżattament iżda? X'qed jipproponi? Din il-ġimgħa per eżempju l-għaqda Repubblika pproponiet numru ta' miżuri dwar l-immigrazzjoni, fosthom li kull min jgħix Malta jkollu vot u li partiti bħall-Imperium Europa jkunu aboliti. Kellu ċans juża dawn il-proposti biex juri fejn jinsab hu fuq dawn il-kwistjonijiet u jagħmel tiegħu jew jitbiegħed minn tali proposti. Apparti li mhux dejjem kien ċar fi kliemu, Grech kien kważi b'mod assolut nieqes mis-sustanza fuq dan is-suġġett. Il-viżjoni: Kliem sabiħ, imma fejn hi s-sustanza? Wara madwar siegħa u nofs mid- diskors, Grech qal li kien se juri lill-poplu x'inhi l-viżjoni politika tiegħu. Hawnhekk wieħed fetaħ iktar widnejh biex jara x'se tkun din l-aktar parti importanti mid- diskors tiegħu. Grech iżda, sfortunatament għalih, qatta' madwar siegħa oħra joffri kliem u stqarrijiet li ma kinux appoġġjati b'miżuri ċari u li joffru alternattiva serja għal dak li għandna llum. Grech semma' l-estetika u rrepeta li l-ambjent u l-kostruzzjoni huma l-istess ħaġa - mhux separati - li huwa vera għaliex il-kostruzzjoni taffetwa l-ambjent li ngħixu fih. Imma wahedha, fl-arja, b'mod tanġibbli din ma tfisser kważi xejn. Kif se jżewwaq dawn it-tnejn flimkien? X'għandu jinbena fuq ODZ? Kif se jittratta l-kwistjoni tal-ippjanar Grech jekk ikun Prim Ministru? X'tip ta' liġijiet qed iħares lejhom f 'dak li jirrigwarda estetika? Semma' l-parks u s-siġar - u dan huwa punt tajjeb u hemm bżonn jibqa' jsir. Semma' ekonomija li tiċċentra madwar l-ambjent u dan huwa tajjeb ukoll u juri li f 'dak li jirrigwarda intenzjonijiet Grech jinsab fit-triq it-tajba. Il-problema hija li jrid jaħdem qatigħ biex dawn l-ideat ikunu aktar ċari u konkreti, f 'miżuri. L-istess jgħodd għall-kwistjonijiet taż-żgħażagħ. Għalkemm saret il-proposta tal-istipendju, jiġifieri li dan jitħallas anke għal studenti li jaħdmu, li hija proposta tajba u mill-ġdid allura hawnhekk Grech wera' li hemm tama għal titjib u oppożizzjoni it iktar propożittiva, iktar mill-kliem sabiħ it semma' miżuri oħrajn li se jeċitaw liż- żgħażagħ biex jivvutaw lill-PN jew jersqu lejh. Huwa ta' sodifazzjon li għat- tieni darba Grech semma' x-xewqa tiegħu li tiġi diskussa u introdotta l-Living Wage. Dan huwa kunċett li Grech jeħtieġ ikompli jaħdem fuqu u jagħmel wieħed miż-żwiemel tal- battalja tiegħu - mhux biss sabiex ipoġġi lilu nnifsu lejn ix-xellug tal-ispettru politiku imma wkoll biex ipoġġi lilu nnifsu u lill-PN fuq quddiem fuq kwistjonijiet soċjali. Konklużjoni Naturalment il-ġurnata għadha tibda għal Grech u dawn huma biss l-ewwel battuti u l-ewwel it ċans li kellu sabiex juri kif kapaċi jġib l-għaqda fil-PN u kif kapaċi jipproġetta lilu nnifsu bħala PM alternattiv. Il-ġudizzju finali jsir mill-poplu f 'elezzjoni ġenerali, pero' l-ġudizzju b'mod ġenerali fuq Grech ikun prematur ħafna jekk isir issa u wieħed irid jara kif se jitgħallem mill-iżbalji, liema tip ta' nies se jdawwar lilu nnifsu bihom u kif se jifforma lilu nnifsu f 'politiku matur u kariżmatiku li kapaċi jattira l-mases. Il-prestazzjoni tiegħu ta' nhar it-Tnejn ma laħqitx l-aspettativa u kollox ma' kollox kienet fqira! Hux se jitgħallem minnha biex jikber jew hux se jgħix f 'delużjoni u jibqa' għaddej qisu xejn mhu xejn - akkuża li għamel lill-PM diversi drabi - hija kompletament f 'idejh u f 'idejn il-persuni li qed jagħtuh il-pariri.