Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
05 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 potenzjalment qed ibatu minn diżordni alimentari il-persuni l-aktar viċin tagħha u anke fuq is-soċjetà kollha kemm hi, għax jispiċċa jintilef il-potenzjal tal-persuna, fost raġunijiet oħrajn. L-istudju jispjega kif anke jekk diżordni alimentari tista' seħħ f 'kull età, il-maġġoranza tal-każi ikunu bejn l-etajiet ta' 10 u 19-il sena. Dan huwa żmien kruċjali għall-iżvilupp fiżiku u psikoloġiku tal-persuna u għalhekk, il- preżenza ta' diżordni alimentari f 'dan l-istadju, jaf ikollu effett fuq l-iżvilupp naturali tal-persuna u anke jkollu impatt fuq is-saħħa u l-benessri tagħha. Fil-fatt, l-istudju jikkwota professjonisti jisħqu kif id-diżordi alimentari, bażikament "tmiss l-organi kollha tal-ġisem." Jispjegaw kif ir-riperkussjonijiet tad-diżordni alimentari jistgħu jibqgħu mal-persuna għal snin wara li dawn ikunu għelbu d-diżordni, speċjalment meta dawn ir-riperkussjonijiet imissu l-għadam, il-moħħ jew inkella s-sistema riproduttiva tal-persuna. Nieħdu l-Anorexja bħala eżempju. L-istudjużi jispjegaw kif din id-diżordni alimentari tista' taffettwa l-fertilità u r-rata tal-maternità fost il-pazjenti. Hemm ukoll riskju akbar marbut ta' korriment jew inkella kumplikazzjoniijet fit-tqala. Fil-każ tal-ARFID, din id- diżordni alimentati ħafna drabi tikkawża dewmien fl-iżvilupp naturali tal-persuna u anke kumplikazzjonijiet oħra kkawżati mill-maltnutrizzjoni. Anke jekk meta persuna telgħeb diżordni alimentari, ħafna mill- effetti negattivi jispiċċaw ukoll, hemm konsegwenzi oħra li jistgħu jibqgħu mal-persuna aktar fit-tul u saħansitra jistgħu jheddu l-ħajja tagħha. Fil-fatt, l-effetti tan-nuqqas ta' kalċju, sodju, ħadid u oħrajn (li kollha huma bżonnjużi għall- funzjoni tal-organi), kawża tar- remettar u abbuż mil-lassattivi (pilloli tal- ippurgar), jista' jkollu effett aktar fit-tul anke jekk persuna mbagħad iżżid fil-piż. Dan jista' jikkawża żvilupp tard tal-persuna, għadam fraġli li jikkawża ksur, deformità u anke uġigħ kroniku. Dan biex ma nsemmux problemi fil-kliewi u l-qalb. Iżda l-effetti jmorru wkoll lilhinn minn dawk fiżiċi hekk kif id-diżordnijiet alimentari jġibu magħhom ukoll konsegwenzi psikoloġiċi u soċjali. Fost dawn, l-istudjużi jsemmu xi wħud. Persuni li jbatu mill- Anorexja ħafna drabi jħossuhom li ma huma kapaċi għal xejn u jista' jkun hemm ukoll riskju ta' tendenzi biex persuna tweġġa' lilha nnifisha jew saħansitra twettaq suwiċidju. Dan ir-riskju jiżdied meta persuna tkun qed tirċievi l-kura għax waqt li tibda terġa' tiżdied fil-piż, jerġgħu jfeġġu insigurtajiet tal-passat. Persuni li jbatu mill-bulimja jew inkella l-Binge Eating Disorder, ħafna drabi jesperjenzaw emozzjonijiet ta' mistħija u ħtija għax jitilfu l-kontroll u anke ta' self-esteem baxx. Hemm ukoll konsegwenzi soċjali. Persuna li pereżempju tbati mill-anorexja, x'aktarx se tesperjenza wkoll nuqqas ta' motivazzjoni u konċentrazzjoni u dan ikollu effett dirett fuq ix-xogħol jew l-edukazzjoni tagħhom. Persuna li tbati minn diżordni alminentari, x'aktarx se tbati wkoll mis-solitudni għax tispiċċa tinqata' għaliha u teskludi lilha nnifisha mill-ħajja soċjali, il-ħbieb u l-familja. Kif titfejjaq diżordni alimentari? Il-fatt li llum il-ġurnata hawn aktar kuxjenza dwar it-tipi differenti ta' diżordni alimentari wassal biex sistemi tas-saħħa qed jagħtu aktar attenzjoni għal dawn il-kundizzjonijiet u anke qed iżidu r-riżorsi tagħhom. Ir-riċerkaturi jikkwotaw studji varji u jisħqu li l-aqwa kura għad- diżordni alimentari hija waħda multidixxiplinarja u li tħares lejn kull każ b'mod differenti, għax mhux kull persuna jkollha bżonn l-istess għajnuna. Jisħqu li meta persuna tbati minn diżordni alimentari, sakemm din ma tkunx severa jew inkella tpoġġi theddida fuq il-ħajja tal-persuna, il-kura tingħata fil-komunità stess, iżda f 'każi aktar severi, il-kura tista' tingħata fl-isptarijiet. L-attenzjoni prinċipali ġeneralment tingħata lill-aspetti fiżiċi u mediċi, iżda l-aspett psikoloġiku wkoll huwa importanti biex persuna jkollha l-għajnuna kollha neċessarja biex tegħleb id- diżordni. Fil-każ tal-Anorexja, l-attenzjoni, bla dubju trid tingħata lis-saħħa tal-persuna biex ikun assigurat li din terġa' tikseb piż stabbli. Dan iżda miegħu jista' jikkawża stress kbir fuq il-persuna u l-istudju stess jisħaq li dan għandu jkun antiċipat. Il-proċess jista' jkun twil, speċjalment jekk il-persuna tkun ilha snin tbati minn din id- diżordni alimentari u ċ-ċans li persuna terġa' taqa' jinsab hemm ukoll. Fil-każ tal-ARFID, il-kura ġeneralment tkun tinvolvi kollaborazzjoni bejn tobba, nutritionists, psikologi u professjonisti oħra. Il-kura f'Malta... Qabel l-istudju tal-2012, imsemmi aktar 'il fuq, it li xejn kien hawn servizzi għall-persuni li jbatu minn diżordni alimentari. L-istudju jispjega kif pazjenti li kellhom diżordni alimentari severa kienu jingħataw il-kura fl- isptar Monte Carmeli, filwaqt li każi estremi ta' Anorexja kienu jiġu ttrattati fl-isptar Mater Dei. Mill-banda l-oħra, f 'każi inqas severi, kienu l-pazjenti li fuq inizjattiva tagħhom stess, wara li jkunu tkellmu mat-tabib tagħhom kienu jfittxu l-għajnuna ta' professjonisti bħal nutritionists, u psikologi. Iżda wara dan l-istudju, żdiedet ħafna l-kuxjenza tant li fl-2014 kienet twaqqfet Dar Kenn għal Saħħtek, ċentru għall-għajnuna għall-pazjenti bi problemi ta' obeżità u diżordnijiet alimentari. Fil-fatt din hija faċilità residenzjali jew semi-residenzjali u li toffri għajnuna olistika u multidixxiplinarja lil dawn il- pazjenti. Dar Kenn għal Saħħtek toffri wkoll għajnuna għall-qraba tal- pazjenti u għal sentejn tibqa' toffri s-servizzi tagħha lil dawk il- persuni li jkunu temmen b'suċċess il-programm tagħha biex jibqgħu jsibu l-appoġġ u jonqos ir-riskju li persuna terġa' taqa'. Għal aktar għajnuna u jekk trid aktar tagħrif dwar dan il- programm, ċempel fuq 2145 3690 X'inhuma r-rakkomandazzjonijiet li jagħmel dan l-istudju? L-istudju jagħmel diversi rakkomandazzjonijiet kemm għal riċerka ulterjuri u anke biex ikunu introdotti policies li jistgħu jżidu l-kuxjenza kontra d-diżordni alimentaru. Fost oħrajn, l-istudju jirrakkomanda li jkun hemm miżuri li jiġġieldu kontra immaġini idealizzati ta' sbuħija umana li qed iżid l-għadd tal-adoloxxenti li jkunu skomdi b'ġisimhom, Jirrakkomanda li tiżdied aktar il- kuxjenza u l-għarfien dwar it-tipi differenti ta' diżordni alimentari u jkun hemm ħidma mal- professjonisti tal-kura primarja u oħrajn li huma fuq quddiem biex jindunaw meta persuna tkun qed tbati minn diżordni alimentari. Fejn tidħol ir-riċerka, l-istudju jirrakkomanda studju aktar fil- fond fost l-adoloxxenti biex ikun magħruf liema hija l-aktar diżordni alimentari li qed taffettwahom, filwaqt li jkun hemm aktar riċerka dwar l-ARFID fost it-tfal u l-adoloxxenti f 'Malta. Jirrakkomanda wkoll aktar riċerka dwar il-prelevanza tad- diżordnijiet alimentari fost gruppi differenti tas-soċjetà, fosthom fost l-irġiel, in-nisa aktar avvanzati fl- età u anke l-komunitajiet LGBTIQ.