Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 • illum 'Filli kellna Ferrari għaddejja tiġri sa 50,000 persuna tista' titlef ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Issa għaddew ftit ġimgħat min meta l-Gvern ħabbar il-Baġit għas-sena d-dieħla, is-sena meta mistenni jibda xi forma ta' rkupru ekonomiku wara r-riċessjoni li ġabet magħha l-pandemija. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal- Ministru reponsabbli mill-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri u tistaqsi dwar il-Baġit, il- Blockchain, il-futur ekonomiku ta' dan il-pajjiż u l-Air Malta, fost oħrajn. Rapport li se jindika t-triq ekonomika 'l quddiem Nibdew bil-kritika li saret mill- Oppożizzjoni Nazzjonalista li l-Gvern mhux qed joffri soluzzjonijiet għat-tul, minkejja pjan u miżuri tajbin li jilqgħu għall-mument. Fi kliem ieħor il-kritika li qiegħda ssir hija illi l-Gvern mhux qed iħares lejn l-ekonomija wara l-pandemija. Kif jirreaġixi għal din l-analiżi l-Ministru? "Assolutament ma naqbel xejn ma' din l-analiżi," jibda jgħid Schembri. Huwa fakkar li baġit jagħti ħarsa lejn kull settur tal-pajjiż u jħabbar miżuri li jridu jiġu spjegati. "Fil-baġit mhux se tgħid se nżidu l-pensjoni u nieqfu hemmhekk, jew li se nżidu iċ-Childrens' Allowance u tieqaf hemm. Trid tgħid b'kemm se żżidhom. Minn naħa l-oħra," jkompli jispjega l-Ministru mal-ILLUM, "hemm diversi oqsma fejn nitkellmu dwar viżjoni imma ma nelaborawx fil- baġit, per eżempju meta ngħidu li rridu ekonomija newtrali mill-karbonju jew il-viżjoni għat-turiżmu." Hu jirrimarka illi l-Baġit kif inhu diġa' huwa sagħtejn u nofs twil, aħseb u ara kieku l-Gvern kellu jidħol fid-dettal ta' kull pjan jew viżjoni. Ifakkar iżda, illi wara l-Baġit kien hemm l-estimi tal-Baġit, fejn kull Ministru seta' imbagħad jitkellem aħjar dwar il-viżjoni tal-Gvern f 'kull qasam. "Aħna qabbadna kumpanija internazzjonali u oħra lokali u se nkunu qed noħorġu dokument li indikajna dwaru fil-Baġit fil-fatt u fih se nuru fejn irid jimraħ dan il-pajjiż ekonomikament, fiż-żmien li ġej." Niċeċ ġodda f 'diversifikazzjoni u tibdil Schembri jfakkar illi "f 'dawn l-aħħar snin Malta kellha tkabbir ekonomiku rekord sena wara sena, għal seba' snin. Jgħid x'jgħid il-PN, ma jistax ikollok dan it-tkabbir fuq perjodu twil mingħajr ma jkollok pjan." Silvio Schembri qal li eventwalment il-Gvern se jkompli jaħdem biex pajjiżna jkompli jattira niċeċ ġodda, għalkemm iċċara illi b'niċeċ ġodda mhux neċessarjament ried ifisser li jkun settur kompletament ġdid, imma jista' jkun ukoll diversifikazjoni u tibdil f 'settur li diġa' huwa eżistenti. "Per eżempju li fil- manifattura jiddaħħlu kunċetti ġodda u teknoloġija ġdida. Fil-baġit ħabbarna wkoll investiment ta' €450 miljun f 'investiment infrastrutturali għaż-żoni industrijali," fakkar Schembri. Crypto u Blockchain: "Il-frott għad irridu naqtgħuh' Induru fuq il-blockchain u l-cryptocurrency. Novitajiet li sar ħafna kliem sabiħ dwarhom imma li ftit li xejn jidher li kien hemm suċċess. Malta kellha saħansitra ssir Blockchain Island kien qal il-Gvern innifsu. Dan kien falliment? Schembri ma jaqbilx. Jibda billi jerġa' jfakkar illi hemm differenza bejn cryptocurreny u blockchain. Dwar tal-ewwel il-Ministru jfakkar illi Malta tpoġġiet fuq quddiem f 'dan is- settur minħabba leġiżlazzjoni li kienet l-ewwel tat-tip tagħha fid-dinja. "Il- cryptocurrency iżda ħadet daqqa bil- pandemija u issa reġgħet qed tirpilja. Jiddispjaċini, ikolli ngħid, li nħoss illi l-MFSA ma ħaffitx biżżejjed fil-proċess, inkluż biex tgħaddi liċenzji għall- kumpaniji ġodda tal-cryptocurrency. Il-Gvern għaġġel iktar mill-entitajiet fil- verità." Huwa jammetti iżda illi kien hemm ħafna affarijiet li kienu għaddejjin fl- istess ħin fosthom ir-riforma fl-MFSA, ir-rapport tal-Moneyval fl-istess waqt li l-Gvern kien qed jintroduċi f 'pajjiżna industrija, li għax ġdida kienet meqjusa 'ta' riskju għoli.' Hu qal illi naturalment din kienet xi ħaġa li ma għenet xejn. "Imma għadna għaddejjin. Ġimagħtejn ilu żort kumpanija li llum tħaddem 30 persuna, wara sitt xhur topera f 'Malta. Imma irridu nifhmu li l-investiment li Ħa f'idejh it-tmun tal-ekonomija Maltija u kien hemm min qal li għadu żgħir u bla esperjenza. Li hu żgur huwa li xahar u nofs biss wara li nħatar, l-akbar saram ekonomiku li seta' jinqala' mit- Tieni Gwerra Dinjija, inqala'. Il-gazzetta ILLUM tintervista lill-MInistru Silvio Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020