Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Xahar ta' edukazzjoni fil-klassi IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol B ħall-bieraħ xahar, l-istu- denti kollha daħlu lura fuq il-bankijiet tal-iskejj- el tagħhom. U nirriaf- ferma dak li ilni ngħid li dan huwa l-aħjar mod ta' kif uliedna jieħdu l-edukazzjoni tagħhom – mill-edukaturi dedikati li għandna u fil-klassi. Ilkoll kemm aħna għandna responsabbiltà fuqna, li m'hix żgħira. Dik li lill-uliedna nagħtuhom l-opportunitajiet kollha possibbli biex nagħtuhom edukazzjoni li bi dritt għandu jkollhom u wkoll bl-aqwa u l-aħjar mod possibbli. U dan huwa d-dmir tagħna, lkoll. Bħala Ministeru, b'tim kbir u dedikat qed nagħmlu propju dan. Għall-uħ mill-ġdid tal-iskejjel, wara li l-pandemija laqtet lill- pajjiżi kollha madwar id-dinja, ħsibna biex noħolqu ambjent sikur għal uliedna. Intenni li l-preparamenti bdew mall-ewwel, wara għadd konsiderevoli ta' laqgħat, diskussjonijiet u ppjanar, mhux biss lokali, imma wkoll ma' sħabi l-Ministri tal-Ewropa. Mal- Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin u wkoll mal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Riżultat ta' dan, fetħu l-iskejjel mill-ġdid, wara li aħna ċ-Childcare Centres u SkolaSajf b'suċċess. Fetħu wara li tpoġġew f 'posthom mal-iskejjel kollha, aktar minn 50 miżura fuq protokoll imfassal mill- Awtorità tas-Saħħa pubblika, b'konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li għandhom l-għan li jiġi minimizzat kemm jista' jkun ir-riskju ta' trasmissjoni tal-COVID-19. U 'l hinn minn dak rikjest, ċertifikat mogħti minn assessuri indipendenti li qegħdin fuq ir-reġistru tal-OHSA u dawn iċċertifikaw kull skola statali bħala skola li l-protokolli li talbu minna l-Awtoritajiet tas-Saħħa ġew implimentati. Nemmnu bis-sħiħ li l-edukazzjoni hija wieħed mill- pedamenti fundamentali għal soċjetà sȃna, għal soċjetà li tkun verament qed tgħix b'saħħitha, mhux b'saħħa fiżika biss, imma saħħa kollettiva li twassal għal kwalita' ta' ħajja aħjar. Iva, kieku s-suċċess kellu jkun pajjiż, l-edukazzjoni tkun il-Belt Kapitali tiegħu! Għalhekk nieħu gost nara baġit li qatt daqs din id-darba ma' alloka tant fondi għas-settur tal- edukazzjoni. Fondi li se jkomplu jibnu ħajja aħjar għal uliedna u ulied uliedna f 'dan is-settur tant importanti għalihom. Fondi li se jmorru għal aktar investiment fl-infrastruttura u wkoll f 'miżuri li minnhom se jkomplu jibbenefikaw mhux biss l-istudenti imma wkoll l-edukaturi. Kuntent ukoll nara inizjattivi dejjem għaddejjin f 'kull livell edukattiv. Is-settur tal-edukazzjoni huwa wieħed fejn ħafna drabi ma tarax ir-riżultat dak il-ħin, imma taħsad il-frott ta' dak li tkun żrajt, snin wara. Għalhekk importanti li titkompla l-edukazzjoni u li l-vjaġġ edukattiv ma jkunx imfixkel bla bżonn. Imma dan ukoll jitfa' fuq spallejna obbligu akbar li minn issa nagħtu prijorità lill-oqsma tal-futur. Il-qasam tax-Xjenzi huwa bla dubju settur li se jiddetermina s-suċċess ta' Malta tal-lum u ta' għada. Irridu iktar studenti jsiru jħobbu x-Xjenza, t-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matemika. Irridu studenti kemm subien u kemm bniet li jidħlu f 'dawn il-kampi sbieħ u eċitanti. Pajjiżna jrid ikollu ekonomija bbażata fuq l-innovazzjoni u s-suċċess f 'dan il-kamp irid jibda minn issa, fil-kwiet tal-klassijiet tal-iskejjel tagħna! Konxji sew minn dan, dil- ġimgħa varajna kampanja StartStem li għandha l-għan li tqajjem kuxjenza u tinforma dwar dawn l-oqsma tant sbieħ. Minkejja li ninsabu f 'dinja ta' normalità differenti, minkejja l-limitazzjonijiet u d-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, qed inkomplu għaddejjin bl-impenn tagħna għall-benefiċċju tal-istudenti f 'kull qasam tas-settur edukattiv. L-MCAST qiegħda għal darboħra tagħmel ħidma imprezzabbli biex toffri lill- istudent l-opportunità li jżewweġ it-teorija mal-prattika. U dan bis-saħħa tal-apprendistat, fejn hemm iktar minn 1,500 student li qed jagħmlu din l-esperjenza tant importanti. Skema tal-apprendistat bħal din, tagħti lok lill-istudent biex dak li jkun tgħallem fuq il-bank tal-iskola, ikun jista' jattwah u jesperjenzaħ fil-prattika biex b'hekk jimmassimiżża l-ħiliet u l-potenzjal tiegħu, filwaqt li dejjem aktar jersaq lejn id-dinja tax-xogħol b'mod prattiku. Irridu iktar skemi ta' apprendistat u rridu iktar negozji jaħdmu id f 'id magħna biex nagħtu futur aħjar lill-istudenti tagħna fil-kamp vokazzjonali. Kommessi anki hawn, li nkomplu ngħinu lill-istudent iqarreb il-ħiliet akkademiċi mal- esperjenzi lavorattivi. Il-ħidma li għaddejja f 'dan il-qasam hija fuq kull livell. U biex ninkoraġixxu lill-istudenti, nagħtuhom oppotunitajiet varji biex anki nirrikonoxxu l-ħidma bieżla tagħhom. Nidejna konkors ta' premijiet fis-settur tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ li se jiġi organizzat għall-ewwel darba f 'Malta. It-tnedija tal-Malta VET Awards hija allinjata mal- Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali, organizzata kull sena mill-Kummissjoni Ewropea u kull Stat Membru. Il-Malta VET Awards jirriflettu wkoll il- VET Excellence Awards li huma organizzati fuq livell Ewropew kull sena. Il-premjati Maltin jistgħu eventwalment jiġu nnominati għall-premjijiet Ewropej. Dawn il-premjijiet jipprovdu pjattaforma fejn prattika tajba, innovazzjoni u eċċellenza fil-VET jingħataw profil ogħla u viżibilità mtejba. Kull sena, il-Kummissjoni Ewropea u kull Stat Membru jorganizzaw avvenimenti biex jiċċelebraw il-ħiliet vokazzjonali, jagħtu viżibilità lill-kisbiet tal- VET, u jippromwovu wkoll il-VET b'mod ġenerali fost il-pubbliku ġenerali. +++ L-ebda pajjiż ma jista' jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli mingħajr investiment sostanzjali fl-edukazzjoni u fil-kapital uman, li jimxu id f 'id. Hija l-edukazzjoni li tarrikkixxi l-qagħda ta' kull wieħed u waħda minnha u twassalna biex intejbu l-kwalità ta' ħajjitna. Għalhekk it-tisħieħ ta' dan is- settur permezz tal-miżuri fil-baġit. Miżuri li se jsaħħu mhux biss l-infrastruttura – il-ġebla, il-bini – li huwa importanti, imma bil-wisq aktar dak li jsir fuq ġewwa tal-bini kollu fl-oqsma kollha tas-settur edukattiv. Miżuri li huma ntiżi biex jagħtu aktar kuraġġ lill-istudenti fil-ħajja skolastika tagħhom. U wkoll lill- edukaturi u lill-ġenituri. L-edukazzjoni naraha bbażata fuq trepid – aħna, l-edukaturi u l-ġenituri li flimkien ma' s-sħab kollha fis-settur naħdmu għal għan wieħed – li naraw lill- uliedna u ulied uliedna jirnexxu f 'ħajjithom, b'edukazzjoni soda u bl-aħjar mod li tista' tingħata. B'ħidma li għaddejja, b'dak li hemm fil-baġit, bil-pjani li għandna għal dan is-settur, qed inħares lejn is-sena 2021 b'ottimiżmu kbir, b'sens ta' pożittività li se nkomplu nwettqu u li se nkomplu nirnexxu. Wettaqna ħafna u ħafna xogħol u dan għadu biss farka ta' dak li fadlilna nagħmlu u fadlilna nwettqu. Dan kollu sar u qed isir għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Mhux biss tal-lum, imma wkoll tal-ġenerazzjonijiet li għad iridu jgawdu minnu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020