Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610
11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 dieta sana ... l-ikel u l-Maltin spjegati fil-qosor qalu illi din tfisser illi tevità li tiekol ikel li għandu ħafna xaħam, zokkor u/jew melħ. Kienu biss 15% li semmew il-veġeterjaniżmu jew li tkun vegan. 'L-Ikel li nieklu llum m'għadx għandu l-istess sustanzi ta' 40 sena ilu' Mill-ġdid il-gazzetta staqsiet lil Marion Mizzi jekk hix qed tara li għażliet relatati mal-ħajja sana, bħal li tkun veġetarjan jew vegan humiex qed jiżdiedu. Mizzi qalet li dawn l-għażliet żdiedu ħafna u qalet li hemm diversi raġunijiet għal dan, fosthom għarfien ta' kif qed jgħixu u jinqatlu l-annimali li mbagħad nieklu. Fakkret li llum l-annimali mhux neċessarjament qed jitrabbew fl-għelieqi bħal qabel. "Illum, l-ewwelnett kif qed jinqatlu nafu li hemm kattiverja u hemm min jitħassar lill- annimali. Apparti minn hekk, kibret ħafna d-domanda. Jiena niftakar madwar 40 sena ilu fil-Milied konna nieklu tiġieġa u dak iż- żmien kienet xi ħaġa kważi kbira." Mizzi tfakkar li llum li tiekol tiġieġa hija xi ħaġa ta' kuljum, il-popolazzjoni kibret u kiber ukoll il-konsum. Dan ifisser li hemm domanda akbar u allura n-nurmu ta' annimali jrid jiżdied b'mod li tiddeskrivi "eċċessiv". "Dan ifisser li tiġieġa llum fiha aktar kaloriji milli kellha qabel, anke permezz tal-ikel li qed tingħata. Anke laħam, ladarba llum l-annimali għandhom inqas post fejn jiċċaqalqu u l-istess il-ħut li jitrabba' fil-fish farms. Allura s-sustanzi naqsu." Imma allura x'se nieklu? Mizzi qalet illi wieħed ma għandux jeseġera u jiekol l-istess tip ta' ikel kuljum filwaqt li qalet illi l-aħjar ikel - li huwa inqas mbagħbas - huwa l-ħaxix, frott, żerriegħa, lewż u fażola. L-aktar importanti: Is-sigurtà u n-nutrizzjoni L-istħarriġ tal-Ewrobarometru jagħti ħarsa wkoll lejn l-għażliet tal-Maltin fejn jidħol l-ikel. Mistoqsijin x'inhu l-aktar importanti għalihom meta jkunu qed jixtru l-ikel 21% tal- Maltin semmew is-sigurtà. 21% ukoll semmew il- kontenut nutrittiv tal-ikel bħala l-fattur li jġiegħlhom jagħżlu bejn ikel u ieħor. Intant 18% semmew it-togħma bħala l-fattur li jwassalhom għal din l-għażla. Kienu persentaġġi negliġibbli u li fil-fatt jaqgħu taħt il-marġini ta' żball ta' dan is-sondaġġ li semmew l-etika, bħal ħlas ġust għall-ħaddiema, b'2% u l-impatt fuq il- bidla fil-klima u l-ambjent b'1%. 64% tal- M a l t i n j g ħ i d u illi dak li jieklu h u w a l - a k t a r a s p e t t i mp or t ant i f i d - d i e t a , filwaqt li 27% qalu li għalihom l-aktar k a r a t t e r i s t i k a importanti f 'ikel sostenibbli huwa li jkun nutrittiv u san. Tnax fil-mija jgħidu li l-affordabilità tal-ikel filwaqt li 12% jsemmu l-pestiċidi f 'dak li jirrigwarda sostenibbilità tal- ikel. In-nutrizzjonista Marion Mizzi Il-Maltin jibqgħu ħafna eħxen mill-medja Ewropea Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru kif l-obeżità hija ħafna iktar prevalenti f 'Malta milli hija fl-UE. Fil-fatt fis-sena 2017, minn ċifri maħruġa wkoll f 'Novembru li għadda biex jitfakkar il-Jum kontra l-Obeżità, jirriżulta li ftit iktar minn kwart tal-popolazzjoni jew 25.5%, tbati mill-obeżità meta fl-UE din il-medja hija ta' 14.9%. Dan jimmarka differenza kbira ta' 10%. Intant mill-istess statistiwka jirriżulta li 36.3% huma fl- istadju ta' qabel l-obeżità li huwa eżatt daqs il-medja Ewropea filwaqt li 35.4% huma ta' piż normali. Dan huwa ferm inqas mill-medja Ewropea li tlaħħaq il-45.4%. 'Hemm bżonn minimu ta' edukazzjnoni fiżika kuljum fl-iskejjel' - Cutajar Id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-PN għall- Ġlieda kontra l-Obeżità Robert Cutajar kien fuq quddiem f 'dan is-suġġett b'diversi proposti, kampanji edukattivi imma wkoll billi fl-2015 ressaq abbozz ta' liġi dwar Stil ta' Ħajja Sana u li għandu l-għan li tkun miġġielda l-obeżità. Mal-ILLUM Cutajar ifakkar kif fl-2016 dan l-abozz għadda bl-approvazzjoni tal-Kamra tar- Rappreżentanti kollha kemm hi u fakkar ukoll li dakinhar il-Partit Nazzjonalista kien ippropona ħames avviżi legali "biex il-liġi jkollha s-snien." Huwa qal li hu u l-PN qed jippoponu dawn l-avviżi legali għal approċċ tas-soċjetà kollha u oħra għall- Gvern kollu. "Aħna qed ngħidu li hija s-soċjetà kollha li rridu nħarsu lejha, mit-tqala sal-anzjanità. Per eżempju, fil-każ ta' nisa tqal qed ngħidu li jrid ikun hemm obbligazzjonijiet ta' informazzjoni relatata ma' ħajja sana waqt it-tqala. Minn hemm irridu nibdew u hija ħasra li dawn għadhom ma daħlux fis-seħħ." Huwa qal li mbagħad hemm l-istrateġija kontra l-obeżità fuq il-binarju tal-Gvern kollu, li jfisser illi dan is-suġġett mhux responsabilità ta' Ministeru wieħed biss imma ta' bosta flimkien. Cutajar qal lil din il-gazzetta li twaqqaf kumitat inter-ministerjali b'rappreżentanti mill-Ministeri li mbagħad jiddeċiedu t-triq 'il quddiem. Dawn l-avviżi jirrigwardaw diversi oqsma bħall-edukazzjoni. "Jekk inħarsu lejn l-edukazzjoni primarja u sekondarja," jibda jispjega d-Deputat, "f 'ġimgħa ssir lezzjoni waħda jew tnejn biss ta' Edukazzjoni Fiżika. Hemm bżonn li jkun hemm ħin minimu li fih tista' ssir din it-tip ta' edukazzjoni kuljum. Inkella kif se nbiddlu l-mentalità?" Robert Cutajar qal li anke l-Kunsilli Lokali hemm bżonn li jkun hemm ħidma biex tinxtered aktar l-edukazzjoni u biex postijiet abbandunati jsiru open-air gyms. Saħaq li jixtieq jara li anke fid-djar tal-anzjani u ċentri ta' matul il-jum ikun hemm linji gwida. "Għad hemm ċentri fejn jagħtu l-pastizzi jew jagħmlu l-pizza days. Dan mhux aċċettabbli jekk verament irridu nbiddlu l-mentalità." Cutajar temm isemmi l-kamnpanja li qed imexxi hu wkoll dwar l-isports u kif dan jista' jgħin biex verament tkun miġġielda l-obeżità. Temm ifakkar ukoll kif il-PN organizza Konferenza Nazzjonali dwar l-isports u dan mingħajr qatt ma jiddaħħal partiġjaniżmu. "L-isports huwa messaġġ. Messaġġ għal ħajja sana, messaġġ favur l-ugwaljanza, messaġġ kontra r-razziżmu u tant u tant iktar." Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar