Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum CARMEL BORG L-allegat qtil ta' George Floyd, taħt l-irkoppa tal-pulizija ta' Minneapolis, xegħlet dawl qa- wwi fuq id-diskriminazzjoni razzjali fl-Amerka; pajjiż li nibet mit-tixrid ta' demm l-in- diġeni u mill-iskjavitù, żewġ ġerħiet li għadhom miftuħa sa llum, u li storikament set- għu jiġru għax sabu l-appoġġ tal-islaten sekulari u l-barka tal-awtoritajiet ekkleżjastiċi; ġenoċidju u negozju abbużiv ibbażati fuq it-twemmin stori- ku wiesa' li l-vittmi huma an- qas umani u li m'hemm xejn ħażin li jinqatlu, jinħaqru, jit- marrdu jew jintużaw għall-is- pettaklu popolari billi jinqaflu f 'gaġeġ mal-annimali. Il-protesti rrabjati li seħħew fl-ibliet Amerikani, il-monu- menti ta' razzisti benevolenti, uħud minnhom sidien jew ne- gozjanti tal-iskjavi, li tniżżlu mill-pedestalli, il-binjiet li kell- hom jissemmew mill-ġdid, u t-tneħħija mis-suq ta' prodotti b'messaġġ razzjali, uħud min- nhom bi storja kummerċjali ta' snin twal, fost reazzjonijiet oħra, wieġbu għal kuxjenza kri- tika kollettiva li ħadet azzjoni viżibbli u massiva biex twissi lill-mexxejja politiċi, lill-bu- rokrazija eżekuttiva u lill-forzi tal-ordni, li żmien il-paċenzja u t-tolleranza għar-razziżmu istituzzjonalizzat għandu jkollu tmiem. Protesti, li bħan-nar tan-nixfa sajfija nfirxu fl-irkejjen kollha tad-dinja, mhux biss b'simpati- ja mal-komunità afro-ameri- kana, li tgħodd madwar 13% tal-popolazzjoni Amerikana, iżda bl-għarfien li r-razziżmu huwa universali u għandu ħafna faċċati. Minn Minneapolis, fl-istat ta' Minnesota, sa Malta, f 'elfe- jn belt u raħal, f 'sittin pajjiż fid-dinja, l-affermazzjoni, bl-In- gliż u b'ton irrabjat, kienet waħ- da: 'Black Lives Matter'. Għajta li ilha tidwi mill-2013, is-sena li twaqqaf il-moviment bl-istess isem. Tliet kelmiet b'kontenut mor- ali, etiku u politiku qawwi, magħġuna f 'esperjenzi umani bħal dik ta' Kamala Harris, illum viċi-presidenta eletta tal-Istati Uniti tal-Amerka, li bħala avukat ġenerali ta' Kalifornja, f 'diskors tal-inawgurazzjoni ta' bord kon- sultattiv dwar l-ipprofilar razz- jali, iddikjarat li mill-esperjenza tal-membri tal-familja, flimkien ma' dik ta' sħabha u ta' ħabibha, ma kienet taf b'ebda raġel iswed li ma kienx suġġett għall-ippro- filar jew waqfien inġust. Diskriminazzjoni b'dirgħajn twal, li jilħqu kull aspett tal- ħajja, mill-edukazzjoni, ix-xog- ħol u r-rata ta' qfil fil-ħabs għall-aċċess għas-saħħa, it-te- knoloġija u akkomodazzjoni xierqa. Inugwaljanzi b'għeruq fon- di fl-ideoloġija tal-Istat, li jibqa' relattivament indifferenti quddiem l-inġustizzji, u jinter- pretahom bħala għażliet per- sonali u opportunitajiet mitlufa mill-istess vittmi tad-diskrimi- nazzjoni. Il-bażi tar-razziżmu hija bioloġika u ġenetika F'wieħed mid-diskorsi aħħarija tiegħu, Barak Obama, għaqqad il-brutalità pulizjeska fl-Amer- ka ta-lum mal-istorja twila ta' diskriminazzjoni. Għall-44 President tal-pajjiż, l-impunità tal-forzi tal-ordni Amerikani hija attwali u possibbli li tiġri għax għandha s-saħħa ta' storja twila ta' normalizazzjoni tar-razziżmu, fejn wieħed jista' jaħseb u jaġixxi b'mod razzist, fil-miuħ u bla mistħija. Filwaqt li d-definizzjonijiet tar-razziżmu huma ħafna, stori- kament ir-razziżmu dejjem em- fasizza l-karatteristiċi ġenetiċi u bioloġiċi ta' ċertu gruppi etniċi, b'differenzi mibnija fuq it-twem- min falz, infurmat mill-psewdo xjenza, li xi gruppi etniċi huma ġenetikament superjuri għal oħrajn. Mal-bażi bioloġika u ġenetika tar-razziżmu, twaħħdu xejriet kulturali, inkluż ir-reliġjon, f 'taħlita ta' stereotipi u tikketti li l-effett tagħhom huwa t-twarrib, il-mibegħda, id-diskriminazz- joni, il-preġudizzju, l-aħbarijiet foloz, il-vjolenza fiżika u verbali, il-vandaliżmu, l-iżolament ġe- ografiku, l-inviżibilità, l-akkużi foloz, il-polarizazzjoni soċjali, u l-analiżi simplistika ta' relazzjoni- jiet soċjali kumplessi. F'borma razzjalment tossika, u f 'mumenti storiċi partikolari, bħall-attakk tal-11 ta' Settembru, l-istereoti- pi jagħtu ċertezza lill-kunfużjoni mentali li joħloq il-mument u mira definttiva għal fejn għandha tiġi ndirizzata r-rabja kollettiva. Għalhekk, l-għajta emmnuta mill-miljuni li 'mhux kull Musul- man huwa terrorist iżda kull ter- rorist huwa Musulmun'; għajta islamofobika li m'għandha l-ebda bażi fil-verità, iżda li twemmnet u saret stennija kull darba li jkun hemm qtil tal-massa jew attakk terroristiku. 'MA NISTAX NIEĦU NIFS' IR-RAZZIŻMU QATTIEL U L-AĠENDA ANTI RAZZISTA Il-Professur Universitarju u Kap tad-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u l-Edukazzjoni tal-Adulti Carmel Borg jagħti ħarsa lejn l-avvenimenti fl-Istati Uniti marbutin ma' George Floyd u l-għerq tar-razzizżmu u kif nistgħu tassew ngħelbuh, f'pajjiżna wkoll ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020