Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Ikun xi jkun il-proġett jew l-għan, l-implimentazzjoni b'suċċess tiddependi fuq fattur kritiku: il-viżjoni strateġika. Imbagħad jiġi l-ippjanar dettaljat u l-evalwazzjoni tal-proposti tal- ippjanar sottomessi, iżda kollox għandu jibda b'direzzjoni robusta. Il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall- Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) ġie ppromulgat fl-2015 biex iservi dan l-għan. Huwa l-punt ta' bidu għall-iżvilupp sostenibbli fit- tul ġewwa Malta u l-protezzjoni ambjentali meta l-art u l-ispazju tal-baħar jiġu mqassma għal użu fil-futur. Is-Sinjura Michelle Borg, il- Green and Blue Development Unit Manager, fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar ta' Malta (PA), temmen li jkun hemm impenn fit-tul għall-għanijiet strateġiċi tal-iSPED huwa kruċjali, b'mod partikolari minħabba d-daqs ta' Malta. "Dan il-pjan jista' jkun diffiċli biex jiniehem, speċjalment meta diversi entitajiet u persuni qegħdin jimbuttaw l-ambizzjonijiet rispettivi tagħhom, iżda ċertament huwa importanti," tgħid is-Sinjura Borg. "L-ippjanar spazjali effettiv ifittex li jibbilanċja l-ħtiġijiet soċjoekonomiċi tal-futur ibbażati fuq il-bżonnijiet taċ-cittadini u l-policies settorjali bil-ħtieġa li tinżamm kwalità ambjentali tajba, inkluż l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-bijodiversità. Din hi iċ- ċavetta għal suċċess sostenibbli. Il- Pjan Strutturali tal-1992 ipprovda bidla fit-tfassil tal-policies strateġiċi għall-użu tal-art. Matul is-snin ġew approvati pjanijiet u policies dettaljati oħra biex jiggwidaw it- tkabbir ekonomiku diversifikat, il- benesseri soċjali u il-konseravzzjoni ambjentali. L-isfidi tal-Gżejjer Maltin, għoxrin sena wara, kienu differenti ħafna mill-bidu tas-snin disgħajn u dan talab direzzjoni strateġika ġdida biex tiggwida l-użu tal-ispazju f ' Malta." L-iSPED għalhekk jidentifika rabtiet bejn l-iżvilupp urban u kwistjonijiet ambjentali ta' Malta. Dan jirrikonoxxi l-fatt li l-ambizzjonijiet nazzjonali għat- tkabbir ekonomiku mhux dejjem jikkunsidraw l-effetti fuq l-ambjent u jafferma li "l-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ bidla li biha l-iżvilupp gradwalment jaħdem mal-ambjent u jissalvagwardja l-ambjent u r-riżorsi naturali li jeħtieġ." "Il-kwistjonijiet ambjentali urġenti li huma identifikati fl- iSPED huma fil-biċċa l-kbira relatati ma' popolazzjoni densa f 'territorju żgħir," tkompli s-Sinjura Borg. "Konsum mhux sostenibbli u nuqqas ta' għarfien dwar il- konnessjonijiet bejn l-attivitajiet soċjoekonomiċi tagħna u l-proċessi ambjentali jheddu l-kwalità ta' ħajjitna u l-inħawi naturali tagħna." "Fl-2015, aħna assoċjajna l-kwistjoni tal-immaniġjar tal- iskart man-nuqqas fis-separazzjoni tal-iskart u li jirriżulta f 'żieda fid-domanda għall-miżbliet, li tpoġġi pressjoni fuq l-ispazju fiżiku. Il-kwalità tal-arja ta' Malta kienet – u għadha – problema. Minbarra l-influss tat-traffiku u l-enerġija, dawk li jippjanaw irrikonoxxew li toroq b'bini għoli jistgħu jwasslu għal canyon effect, fejn l-emissjonijiet jistgħu jibqgħu maqbuda. Minħabba f 'hekk ġiet segwita l-idea li jiżdiedu u jiġu implimentati spazji urbana miuħa. Aħna insistejna wkoll biex iż-żona rurali tintuża primarjament għall-agrikoltura u r-rikreazzjoni informali." "Barra minn hekk, l-ewwel Pjan ta' immaniġjar tal-Qbid tal-Ilma dak iż-żmien wera li r-riżorsi tal- ilma ħelu ta' Malta huma limitati u mhedda minn estrazzjoni żejda u tniġġis min-nitrati. Aħna rrakkomandajna żieda fil-ħsad tal- ilma tax-xita, il-qbid tal-ilma tax- xita u t-tnaqqis fis-soil sealing, li jappoġġja l-iċċarġjar naturali mill- ġdid tal-akwiferi tagħna. Dan huwa kif l-iSPED inkorpora kwistjonijiet settorjali fi ħdan il-qafas spazjali nazzjonali." Billi jiffoka fuq il-kwistjonijiet ambjentali ta' Malta, l-iSPED jiddeskrivi tliet objettivi ambjentali biex jiggwidaw il-policies u d-deċiżjonijiet tal-ippjanar spazjali. L-ewwel nett, huwa ta' importanza kbira li nissalvagwardjaw l-ambjent ta' Malta mit-tniġġis u l-użu ta' kimiċi. It-tieni, l-użu effiċjenti tar- riżorsi huwa assoċjat speċifikament mal-ġebel, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll l-immaniġjar tal-iskart li jipproteġi l-proċessi ambjentali u jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq il-wirt kulturali, il-pajsaġġ u s-saħħa tal-bniedem. Fl-aħħarnett, l-iSPED jagħti wkoll direzzjoni għall-preservazzjoni u t-tisħiħ tal- bijodiversità u l-ġeoloġija tagħna. "L-iSPED, madankollu, huwa biss il-bidu. Dawn il-kunċetti mbagħad iridu jiġu inklużi b'mod espliċitu fi pjanijiet sussidjarji u policies, u ikkunsidrati meta jiġu valutati l-proposti ta' żvilupp," tispjega s-Sinjura Borg. "Għad hemm distakk bejn il-filosofija tal-iSPED u r-realtà f 'ħafna aspetti. Kemm jekk huwa l-użu ta' infrastruttura ekoloġika, l- użu aktar effiċjenti tal- istess spazju minn utenti differenti biex titnaqqas id-domanda għall- art jew nistaqsu huwiex verament meħtieġa li jsir aktar skavar li jiġġenera tunnellati ta' skart tal- kostruzzjoni u tat-twaqqigħ, azzjoni konsolidata lejn l-implimentazzjoni tal-istrateġija spazjali nazzjonali tagħna għall-ħarsien tal-ambjent tista' tittejjeb – iżda biss b'impenn minn ħafna partijiet differenti." Konxja li l-kwistjonijiet tal- 2015 għadhom rilevanti llum, is-Sinjura Borg temmen li kull resident Malti għandu s-setgħa li jagħti bidu għal sforz kollettiv. "L-iSPED hija għodda miuħa għall-pubbliku biex jaqra u juża," tenfasizza s-Sinjura Borg. "Hekk kif il-pjan jilħaq ir-reviżjoni tiegħu ta' ħames snin, dan huwa ż-żmien biex il-pubbliku jinvolvi ruħu fis- riviżjoni tad-direzzjoni strateġika tagħna permezz tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika tal-PA. L-iSPED rivedut se jinfluwenza policies oħra ta' ppjanar u valutazzjonijiet eventwali tal- applikazzjonijiet tal-PA, għalhekk issa wasal iż-żmien li l-pubbliku jagħti d-direzzjoni tiegħu." Il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall- Ambjent u l-Iżvilupp jinsab fuq is- sit elettroniku tal-Awtorità: https:// www.pa.org.mt/strategic-plan Agħmel differenza fis-sostenibbiltà ambjentali ta' Malta Ħafna drabi, l-inizjattivi ta' sostenibbiltà jonqsu milli jiġbdu l-interess u l-involviment tal-pubbliku sakemm imbagħad jibdew jiġu kritikati. Biex il-pubbliku jinvolvi ruħu fil-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) ta' Malta, is-Sinjura Michelle Borg mill-Awtorità tal-Ippjanar tiddiskuti għaliex dan huwa kruċjali biex nissalvagwardjaw l-ambjent ta' Malta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020