Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Qed nersqu! Pfizer u Moderna b'riżultati Fl-aħħar jiem, ħarġu riżultati pożittivi fuq żewġ vaċċini li qed ikunu żviluppati minn Pfizer u Moderna. Imma dawn siguri? Jistgħu jibdew jintużaw? Meta se jaslu? Liema hu l-aħjar vaċċin? Il-Ministeru għas-Saħħa jwieġeb ukoll dwar il- preparamenti tiegħu għall-ħażna tal- vaċċin YENDRICK CIOFFI Minn żmien għal żmien, il- gazzetta ILLUM kienet qed iżżommkom infurmati dwar l-iżvilupp tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u hekk se tagħmel issa li żewġ kumpaniji ewlenin ippubblikaw l-ewwel riżultati tagħhom, liema riżultati jagħtu xi ftit jew wisq ta' tama li s-sena d-dieħla, ftit ftit, il-ħajja tista' terġa' tibda tirritorna lura għan-normal. Il-kumpanija Pfizer u l-kumpanija Moderna, ħabbru li l-ewwel riżultati tat-tielet fażi tat-testijiet juru li l-vaċċin li qed jiżviluppaw huwa effettiv biex jippreveni l-Covid-19. Fil- fatt, skont iż-żewġ kumpaniji, il-vaċċin li żviluppaw huwa 95% effettiv kontra l-Covid-19. Pfizer saħansitra ddikjaraw li l-vaċċin huwa 94% effettiv. anke fost l-anzjani. X'nafu dwar il-vaċċin ta' Moderna? Għall-iżvilupp tal-vaċċin, din il-kumpanija daħlet fi sħab mal- Istitut Nazzjonali għas-Saħħa tal-Istati Uniti. Fl-ewwel fażi tat-testijiet, irriżulta li l-vaċċin li żviluppaw jipproteġi lix-xadini mill- coronavirus. F'Marzu, il- kumpanija bdiet it-testijiet fuq l-umani u dawn ukoll ħallew riżultati pożittivi hekk kif anke hawn, il-parteċipanti żviluppaw antibodies li nstabu f 'ħafna mill- pazjenti li kellhom il-Covid-19 u fiequ. Fl-aħħar ta' Lulju, Moderna għaddiet għat-tielet u l-aħħar fażi li tinkludi l-parteċipazzjoni ta' 30,000 persuna. 15,000 minnhom ingħataw il-vaċċin u n-nofs l-ieħor ingħata placebo. Fi kliem sempliċi, ix-xjenzati kienu qed jistennew li ammont konsiderevoli ta' parteċipanti jimirdu bil-Covid-19, biex imbagħad ikunu jistgħu jqabblu d-differenza bejn dawk li tlaqqmu bil-vaċċin u l-bqija tal- parteċipanti. L-ewwel analiżi kienet ibbażata fuq l-ewwel 95 persuna li żviluppaw is-sintomi tal- Covid-19. Kienu ħames persuni biss, li ngħataw il-vaċċin u li xorta waħda żviluppaw il-virus u propju għalhekk li l-ewwel riżultati jikkonkludu li l-vaċċin huwa 95% effettiv. Minn fost dawn il-persuni, kien hemm 11-il każ ta' pazjenti li żviluppaw sintomi severi. Ħadd minn dawn ma kien ingħata l-vaċċin. Dan ifisser li minn 15,000 persuna li ngħataw il-vaċċin, sa issa kienu ħamsa biss li żviluppaw il-Covid-19. Fil-11 ta' Awwissu, il-Gvern Amerikan wiegħed lil din il- kumpanija biljuni ta' dollari jekk tipprovdi 100 miljun doża tal-vaċċin li jkun sigur u effettiv. Anke l-Kanada laħqet ftehim mal-kumpanija f 'Settembru biex tipprovdilha 20 miljun doża. X'ma nafux dwar il-vaċċin ta' Moderna? Hemm ħafna affariijet li għalissa għadna ma nafux dwar il-vaċċin ta' Moderna. Fost dawn, sa issa għadu mhux magħruf kemm iddum l-immunità għall-virus hekk kif it-testijiet u l-osservazzjoni fuq il-pazjenti għadha għaddejja. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vaċċin jibqa' joffri protezzjoni b'saħħitha anke lill- anzjani meqjusa bħala l-aktar persuni vulnerabbli għall-virus. Għad irid ikun stabbilit ukoll jekk il-vaċċin inaqqasx biss ir-riskju li persuna timrad serjament bil-virus jew inkella jwaqqafx ukoll lill-persuna milli xxerrdu. Imma l-vaċċin ta' Moderna sigur? L-aktar mistoqsija li qed issir bħalissa hija jekk il-vaċċin huwiex sigur jew le. Ngħiduha kif inhi, l-ebda mediċina ma hija 100% sigura, lanqas sempliċiment paracetamol. Li nistgħu ngħidu huwa li għalissa ma tqajmu l-ebda mistoqsijiet dwar is-sigurtà ta' dan il-vaċċin. Jidher li xi persuni li ħadu l-vaċċin ta' Moderna, għall-bidu ħassewhom xi ftit għajjiena u żviluppaw ukoll uġigħ ta' ras u uġigħ ieħor. X'nafu dwar il-vaċċin ta' Pfizer? Pfizer, kumpanija ġgant tal- farmaċewtika qed taħdem id f 'id mal-kumpanija Ġermaniża BioNTech. F'Mejju, dawn bdew l-ewwel testijiet fuq żewġ verżjonijiet tal-vaċċin. Fiż-żewġ każi, il- voluntiera li ħadu sehem żviluppaw Ċelloli T, li huma importanti biex jiġġieldu l-virus. Wieħed minn dawn il- verżjonijiet ipproduċa ħafna inqas effetti sekondarji, inqas deni u inqas għejja fost il- pazjenti u għalhekk għadda għall-aktar fażi kruċjali ta' testijiet. It-tielet fażi kienet tinkludi l-parteċipazzjoni ta' 43,000 voluntier mill-Istati Uniti u pajjiżi oħra, fosthom l-Arġentina, il-Brażil u l-Ġermanja. Anke f 'dan il-każ, l-aħħar riżultati huma bbażati fuq analiżi li saret fuq l-ewwel 170 voluntier li żviluppaw il- Covid-19. Minn dawn, tmienja biss kienu tlaqqmu bil-vaċċin. Il-Kummissjoni Ewropea laħqet ftehim mal-kumpaniji Pfizer u BioNTech għax-xiri ta' 300 miljun doża tal-vaċċin malli dan ikollu ċ-ċertifikazzjoni kollha neċessarja biex ikun jista' jibda jingħata. Il-laboratorju ta' Moderna fejn qed ikun żviluppat il-vaċċin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020