Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 Carmel Bonnici Bob Hope, Bing Corsby u Dorothy Lamour drjjem lesti għal triq twila (2) ... ikompli mill-Ħadd li għadda Din li ġejja hija xi nformazzjoni qasira fuq din is-serje: Road To Singapore (1940). Direttur Victor Shnerzinger. Jaħdmu wkoll Charles Coburn, Anthony Quinn, Jerry Colonna u Miles Mander. Prodott bħala film għalih waħdu mingħajr l-ebda ħsieb ta' xi suċċess kbir, il-gazzetta Variety (il-Bibbja taċ- ċinema) imlietu kollu tifħir. L-isem ta' Bing Crosby, Bob Hope u Dorothy Lamour flimkien saru garanzija ta' suċċess, kif ukoll it-tnissil spirtu pront komiku ta' Crosby u Hope, li ma jkunux fl-iscript, għamlu din is-serje tant popolari. Iż-żagħżugħ sinjur Crosby jaħrab minn missieru (Coburn) u l-għarusa (Judith Barrett) għall-vjaġġ sigriet ma' siehbu Hope lejn Singapore. Hemmhekk isalvaw lit-tfajla nattiva Lamour minn taħt idejn il-viljakk Quinn, li għandu cabaret u espert bil-frosta. Road To Zanzibar (1941) Direttur Victor Shnerziger. Jidhru wkoll Eric Blore, Iris Adrian, Douglass Dumbrille, Joan Marsh u Leo Gorcey. Is-suċċess finanzjarju kbir ħeġġeġ lil Paramount biex jerġgħu jaħdmu xogħol simili bl-isem Road To Zanzibar. Hawn, Hope u Crosby tassew issuperaw l-umoriżmu tant li ħafna jqisu dan ix-xogħol l-aktar farsesk. Huma jinterpretaw il-parti ta' żewġ imbruljuni ta' ċirklu fi triqthom lejn Zanzibar ifittxu minjiera tad- djamanti u magħhom Lamour, issa mhux tfajla eżotika, iżda mara soċjevoli, ntelliġenti. Magħhom tingħaqad ukoll Una Merkel. Mimli ċajt spirtu pront, Crosby jkanta u Hope jissara ma' gorilla. Road To Morocco (1942). Atturi oħrajn kienu: Anthony Quinn (viljakk mill-ġdid), Dora Drake, Vladimir Sokoloff u l-attraenti Yvonne De Carlo taħt id-direzzjoni ta' David Butler. Hope u Crosby isalvaw mill- għarqa fuq xatt fil-Mediterran fil-bidu u jispiċċaw flimkien ma' Lamour u De Carlo lejn il-final fuq ċattra f 'wiċċ l-ilma riesqa lejn New York. Din il-produzzjoni tissatirizza l-films kollha orjentali ambjentati f 'postijiet tal-Gharab, is-soltu ċajt ta' malajr u Crosby jkanta Moonlight Becomes You lil Dorothy Lamour, prinċipessa Marokkina. Għamel aktar suċċess minn ta' qablu. Road To Utopia (1946). Direttur Hal Walker. Atturi oħrajn huma Douglass Dumbrille, Hillary Brooke, Jack La Rue, Nestor Paiva u Robert Barratt. L-akkaniti anzjani ta' din is-sensiela jinsistu li Road To Utopia hu l-aktar wieħed tad-dahk. Il-film jiaħ b'Hope u Lamour bħala miżżewġin jiakru fi żmenijiet ta' qabel fil-Klondike (fl-Alaska fejn instab id-deheb) u f 'ħabibhom Crosby, issa mejjet. Hu jidher fil-flashbacks li jiddominaw dan il-film, fejn l-aħħar li jidhru flimkien hu fuq blokka silġ bil-qattelin warajhom wara tiġrija bejniethom fl-Alaska jfittxu minjiera tad-deheb. Issa l-Paramount bdew iħallu it snin sewwa jgħaddu qabel ma' joħorġu film ieħor ta' din is-sensiela. Road To Rio (1947). Direttur Norman Z. McLeod. Jidhru wkoll Gale Sondergaard, Frank Faylen, Joseph Vitale, Robert Barrat, Jerry Colonna u e Andrews Sisters. Dan il-ħames episidju ġab aktar profitti lil Paramount, pero' stennew 5 snin oħra qabel ħarġu li jmiss. Par mużiċisti jaħarbu meta mixlija li qabbdu nirien, jitilqu lejn Rio De Janeiro fil-Brazil u jaffaxxinaw ruħhom ma' tfajla grazzjuża (Lamour) li iżda tkun ipnotizzata mill-kattiva zijitha (Sondergaard). Fl-aħħar jeħilsuha. Road To Bali (1952). Jaħdmu wkoll Murvyn Vye, Carolyn Jones u Peter Coe, bid-direzzjoni ta' Hal Walker. L-uniku xogħol ta' din is- serje bil-kulur, xejn oriġinali, kważi dizappuntanti. Is-sensiela issa ilha sejra 12-il sena u il-Paramount issa għalqu t-triq għall-protagonisti. Hope u Crosby jsalvaw lil Lamour minn prinċipessa kattiva u perikli tal- ġungla. Road To Hong Kong (1962). Direttur Norman Panama. Atturi oħra Joan Collins (prinċipali), Walter Gotell, Roger Delgado u Felix Aymler. L-aħħar wieħed minn din is-serje popolari, maħdum 10 snin wara. Xorta Bob Hope u Bing Crosby jivvintaw iċ-ċajt u jiżgiċċaw minn xi bawxati. Post Dorothy Lamour, din id-darba ħaditu Joan Collins, iżda fil- partiċella li tidher titfi għal kollox lil Collins. Bħal xi films oħrajn jidhru diversi atturi "mistednin" (guests) bħal Frank Sinatra, Dean Martin, David Niven, Peter Sellers u Jerry Colonna. Iffilmjat fl-Ingliterra. Din is-sensiela li qatt ma kien fiha xejn profond, tat pjaċir lill-miljuni ta' udjenzi u anki mliet il-bwiet ta' Paramount Pictures.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020