Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 analiżi IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Malta u Għawdex issa għandhom YENDRICK CIOFFI Ilbieraħ, waqt konċistorju fil-Bażilika ta' San Pietru, il-Papa Franġisku ħatar 13-il Kardinal ġdid, fosthom lill-Għawdxi Mario Grech Fil-fatt, Mario Grech ilbieraħ sar it-tielet Kardinal Malti u wara kważi 190 sena, il- Knisja Maltija issa għandha Kardinal bid- dritt li jieħu sehem u jivvota fil-Konklavi, li jitlaqqa' wara l-mewt jew ir-riżenja tal-Papa biex ikun elett il-mexxej tal-Knisja Kattolika. X'inhu konċistorju? Il-konċistorju mhuwiex Quddiesa iżda assemblea tal-Kardinali. Dan jista' jitlaqqa' kemm fil-preżenza tal-Papa iżda anke mingħajru. Apparti bħal dak tal-bieraħ, fejn il-Papa ħatar Kardinali ġodda, il-konċistorju jitlaqqa' wkoll biex jiddiskuti affarijiet importanti tal- Knisja fosthom anke biex tkun iffisata data ta' beatifikazzjoni jew kanonizazzjoni. Fi żmien, il-papiet kienu anke jlaqqgħu konċistorju biex jittieħdu deċiżjonijiet importanti għall-Knisja. Fil-fatt, il-Kardinali huma l-aktar kollaboraturi u konsulenti viċin il-Papa fit-tmexxija tal-Knisja. Il-Papa qaddis, Pawlu VI, kien isejjaħ ukoll il-konċistorju kull darba li kien jirritorna minn vjaġġ internazzjonali, fosthom anke biex jaqsam mal-Kardinali l-esperjenzi tiegħu.Lura fl-2013, il-Papa Benedittu XVI kien ħabbar id-deċiżjoni storika tiegħu li jirriżenja waqt konċistorju li kien tlaqqa' qabel il-Kanonizzazzjoni tal-Martri ta' Otranto. Il-kulleġġ tal-Kardinali u l-viżjoni tal-Papa għall- Knisja... Il-konċistorju tal-bieraħ kien is-seba' wieħed li ċċelebra l-Papa Franġisku. Mit-13-il Kardinali l-ġodda, disa' biss jistgħu jivvotaw f 'konklavi, hekk kif erba' oħra għandhom aktar minn 80 sena. Malli Kardinal jagħlaq 80 sena, anke jekk iżomm it-titlu ta' Kardinal, jitlef id-dritt li jivvota waqt Konklavi. Fil-fatt, meta l-Papa jaħtar Kardinal lil xi ħadd li għandu aktar minn 80 sena, jagħmel dan biex jirringrazzjah għas-servizz tiegħu lill-Knisja jew inkella għax-xhieda li jkun ta. Dan ifisser li issa l-Kulleġġ tal-Kardinali huwa magħmul minn 128 Kardinal elettur u 101 Kardinal li ma għandhomx dritt jivvotaw. Dan jaqbeż il-limitu ta' 120 Kardinal elettur li l-Papa Pawlu VI kien stabbilixxa fl-1975. Fil-fatt, normalment, qabel jaħtar Kardinali ġodda, il-Papa jistenna li jkun hemm aktar postijiet vakanti għall-Kardinali eletturi. Iżda din mhijiex l-ewwel darba li ġrat. Fil-fatt, fl- 2001, fi żmien il-Papa qaddis Ġwanni Pawlu II, l-għadd tal-Kardinali eletturi kien ta' 135. Wara kollox, il-ħatra tal-Kardinali hija prerogattiva li taqa' f 'idejn il-Papa. Fil-fatt, tista' tgħid li l-ħatriet tal-Kardinali wkoll jagħtu indikazzjoni tal-viżjoni li Papa jkollu għall-Knisja fil-futur u dan deher b'mod partikolari fil-ħatriet tal-Papa Franġisku li abbanduna t-tradizzjoni. Il-konċistorju tal-bieraħ ikompli jagħmel il-Kulleġġ tal-Kardinali aktar universali. Il- Papa Franġisku ħatar 57% mit-total ta' 229 Kardinal. Fil-fatt, 95 Kardinal intagħżlu mill- Papa Franġisku, 69 mill-Papa Benedittu XVI u 65 minn Ġwanni Pawlu II. Għall-kuntrarju ta' dak li seħħ taħt il- preduċessuri tiegħu, il-Papa Franġisku għażel Kardinali minn pajjiżi u djoċesijiet fil- periferija, fosthom l-Amerika Latina, l-Afrika u l-Asja u inqas Kardinali mill-Ewropa. Il-Papa Franġisku, saħansitra, għadu ma ħatarx Kardinali lill-Patrijarka ta' Venezja u lill-Arċisqof ta' Milan li tista' tgħid kienu jsiru Kardinali b'mod awtomatiku fl-ewwel konċistorju wara li jkunu ħadu pussess tad- djoċesi. Wara l-konċistorju tal-bieraħ, il-Kardinali mill-Asja, l-Afrika u l-Amerika Latina jagħmlu 45% tal-kulleġġ tal-Kardinali. Meta ġie elett il-Papa Franġisku, dan il-persentaġġ kien ta' 35%, filwaqt li 52% tal-Kardinali kienu Ewropej. Il-persentaġġ ta' Kardinali Ewropej issa niżel għal 41%, filwaqt li 17% biss tal- Kardinali huma Taljani. L-għadd ta' Kardinali mill-Istati Uniti issa huwa ta' 7%, l-inqas li qatt kien f 'diċenji. Imma Kardinal x'inhu eżatt? Is-Sagrament tal-Ordni Sagri fih tliet livelli: id-djakonat (id-djakni), il-presbiterat (is- saċerdot) u l-episkopat (l-Isqfijiet). Dan ifisser li l-Episkopat huwa l-milja tal-Ordni Sagri. Għalhekk, f 'dan is-sens, il- Kardinal u anke l-Papa ma għandu xejn aktar minn kwalunkwe Isqof ieħor. Mela l-Kardinal, fi kliem sempliċi huwa prelat, magħżul direttament mill-Papa biex ikun kollaboratur dirett tiegħu. Il-kardinalat huwa l-ogħla dinjità ekkleżjastika, ovvjament wara dik tal-Papa. Anke jekk it li xejn tagħmel differenza, ħlief kif jimxu f 'purċissjoni, il-Kulleġġ tal- Kardinali huwa maqsum fi tliet ordnijiet, li jirriflettu wkoll it-tliet livelli tas-Sagrament tal-Ordni Sagri. Fil-fatt it-tliet ordnijiet fil-Kulleġġ tal- Kardinali huma: il-Kardinali Isqfijiet, il- Kardinali Presbiteri u l-Kardinali Djakni. Tajjeb li wieħed jiċċara li ma jfissirx li l-Kardinali Presbiteri u Djakni ma jkunux Isqfijiet. Ġeneralment il-Kardinali kollha jkunu Isqfijiet, anke jekk il-Papa jista' jagħżel lil kwalunkwe saċerdot biex jingħata dan it- titlu. Il-Kardinal Malti Prospero Grech ma kienx Isqof meta l-Papa Benedittu ħatru bħala Kardinal. Ilbieraħ sar Kardinal ukoll Patri Raniero Cantalamessa, li ilu żmien iservi bħala l-Predikatur tal-Papa. Dan, fil-fatt, għażel li xorta waħda ma jkunx ordnat Isqof. Lura għat-tliet gradi tal-Kulleġġ tal-Kardinali, il-Kardinali Isqfijiet jirrappreżentaw lill-isqfijiet kollha tad-dinja u jkunu sitta. Il-Kardinali Presbiteri jirrappreżentaw lis- saċerdoti kollha tad-dinja. Dawn il-Kardinali jkunu jmexxu djoċesijiet madwar id-dinja. Peress li storikament, il-Papa kien jintagħżel mill-qassisin ta' Ruma, dawn il-Kardinali jingħataw titlu ta' waħda mill-knejjes ta' Ruma. Fil-fatt, meta wieħed iżur Ruma, fuq il-bibien tal-knejjes, apparti l-arma tal-Papa, se jara wkoll l-arma tal-Kardinal li jkun ingħata t-titlu tagħha. Il-Kardinali Djakni jirrappreżentaw lid-djakni kollha tad-dinja u dawn jkunu jwettqu d-djakonija tagħhom, jiġifieri jaqdu lill-Knisja, fil-Kurja Rumana. Fil-fatt, bħala Mario Grech issa huwa t-tielet Kardinal Malti. Imma x'inhu Kardinal? Għaliex jilbes l-aħmar? Il- Kulleġġ tal-Kardinali kif jirrappreżenta l-viżjoni tal-Papa? Jista' jkollna Kardinal ieħor?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020