Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Il-Qamar Kwinta taż-żodijaku ta' Sagittarius Bejn il-Ħadd 20 ta' Novembru u s-Sibt 5 ta' Diċembru L-effett ta' dan il-qamar kwinta għalik Dan il-qamar kwinta taħt iż-żodjaku ta' Sagittarius ser ikompli jżid ma' dak li l-istess żodjaku joħloq lil kull żodjaku ieħor. Ser tagħraf issaħħaħ aktar lilek innifsek, timmodera l-ħin tiegħek, tibbilanċja fid-dieta. Iżda dan il-qamar kwinta ser jagħmlek ukoll konxju dwar saħħtek. Jekk ma tantx tagħti kas, dan ser jagħmlek konxju wkoll. Biż-żodjaku ta' Sagittarius madwarna, is-saħħa personali tiegħek ser tkun aktar konxju dwarha. Dan jawgura tajjeb meta s-sitwazzjoni nafu li ser iġġib magħha iktar influwenza, minbarra li hawn il-Covid 19 madwarna. Għalhekk kemm dan il-Qamar kwina u wisq aktar iż- żodjaku, ser ikun effettiv fuq iż-żodjaki kollha sabiex nittrattaw b'aktar serjetà saħħitna. Dan għandu jservi ta' gwida għaqlija. Jekk trid aktar informazzjoni dwar dan il-qamar kwinta jew kif iż-żodjaku ta' Sagittarius ser jaffettwa ħajtek, ibgħatli ismek u d-data tat-twelid fuq 79495804. Tista' wkoll iżżur is-sit tiegħi għal aktar informazzjoni. - www.pauljon13.com Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Aquarius ser ikun dak il-mument ta' konċentrazzjoni aktar dwar il-karriera tiegħek sabiex tagħraf x'hemm bżonn aktar li jkun vijabbli għalik. Dak li mhux trid tibda tnaqqsu biex b'hekk issib bilanċ fil-ħajja personali tiegħek. Dan jista' jservi wkoll biex jinfetħulek bosta toroq fil-ġimgħat li ġejjin. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Scorpio Aquarius huma magħrufin bħala nies ta' attenzjoni. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Pisces ser ikun mument ta' sfida sabiex tagħraf iżjed il-valur ta' madwarek. Jista' jkun li int persuna li ma tapprezzax biżżejjed dak li hemm madwarek, għalhekk dan huwa l-mument fejn għandek iċ-ċans kollu sabiex din is-sitwazzjoni titranġa u tista' tkun għall-aħjar fil-ħajja tiegħek meta tagħraf dan. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Leo. Pisces huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Aries ser ikun il-mument li int sejjer tagħraf aktar il-ħajja personali ta' madwarek, jiġifieri jekk forsi ilek ma tkun iffokat personalment fuqek innifsek issa huwa dak il-mument li se jagħtik dik il-motivazzjoni bżonjuża għalik. Ħabib li ser tiltaqa' miegħu ser jagħtik ispirazzjoni aktar f 'dan ir-rigward. Għalhekk agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Capricorn. Aries huma magħrufin għall-gwida tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Taurus fejn int trid tagħraf tibda tnaqqas mill-pressjoni tal-ħidma li int involut fiha għax m'intix tlaħħaq u għax il-ħajja tal- familja m'intix tilħaqha biżżejjed. Tħallix is-sitwazzjoni taħrablek. Ilqa' qabel ikun tard wisq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Virgo Taurus huma magħrufin bħala nies attivi Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Gemini ser ikollok sfida sabiex tagħraf hux vijabbli jew le li timxi ma' dak li għandek illum jew tibdiex ħajja kompletament ġdida. Issa għandek tagħraf ir-responsabbiltà tiegħek li int kapaċi tikkontrolla u sseħħ u tagħraf tmexxi lilek innifsek. Dan huwa l-mument ta' riflessjoni. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Sagittarius. Gemini huma magħrufin għall-komunikazzjoni tajba tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Cancer ser ikollok bilanċ fl-imħabba fejn trid tagħraf tagħtiha iktar spazju inkella, jekk dan ma tagħrfux jista' jkollok sitwazzjonijiet simili għal dawk li ġarrabt fil-passat. Allura uża l-passat bħala mera sabiex b'hekk tagħraf timxi ferm aħjar u finalment tibda tħares lejn din l-imħabba b'aktar passjoni. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Aquarius. Cancer huma magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Virgo ser jipprovdilek li trid tkun ċert dwar x'verament trid kemm fil-ħajja ta' madwarek u anke dik personali. Li tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn. Għalhekk dan huwa dak il-mument li jista' jagħtik l-enerġija li tieħu pożizzjoni aċċettabbli. Għalhekk agħraf irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Pisces. Virgo huma magħrufin bħala nies ta' abbiltàu aspirazzjoni. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Libra ser ikun perjodu ta' riflessjoni li fih tagħmel xi irtokki personali. Grazzi għal dawn l-irtokki għandek tkompli tikber, tissaħħaħ u tagħraf aktar kemm għandek potenzjal. Agħraf dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Cancer Libra huma magħrufin għat-twemmin tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Sagittarius ser jistimulalek it-tmexxija għaqlija li tant int magħruf għaliha. Dan ser jagħtik xi forma ta' fortuna li jista' jkun kienet naqset xi it minn madwarek sabiex tagħraf tmexxi aktar flejn dak li huwa verament ta' bżonn għalik. Agħraf aħtaf dan il-mument għat-tkabbir tal-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż- żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Aries Sagittarius huma magħrufin bħala nies ta' sensittività Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Scorpio huwa mument ta' deċiżjoni ta' bidla, deċiżjoni iebsa li ser tiaħlek bosta bibien li sa issa kienu magħluqin. Issa se tagħraf kemm int kapaċi tibni l-karriera tiegħek. Ħabib tal-passat jaf ikun ta' kuraġġ għalik. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Libra Scorpio huma magħrufin bħala nies stabbli Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Capricorn ser jipprovdilek li trid tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din tal-inqas ma tikkawżalekx ħsara madwarek. Din it-taqbida jekk ma ssibx tarf tagħha, toħloqlok ħafna problemi madwarek li bħalissa żgur li mhux il-mument għall dan. Għalhekk issali taf dwar dan, ħejji lilek innifsek aħjar. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Gemini. Capricorn huma magħrufin għad- determinazzjoni kbira tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar kwinta għalik bħala Leo ser iservi ta' pont u meta tagħraf dan ser tagħraf kemm il-ħajja ta' madwarek fiha aktar valur u aspirazzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-mument sabiex tkattar iżjed dak li hemm madwarek u tkun imħejji għal dak li hemm riesaq lejk fil-ġimgħat li ġejjin. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn Iż-żodijaku li ser joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Taurus Leo huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020