Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-intellettwali pubbliċi u d-dmugħ sterilizzat 2020 Problemi tal-lum (1) Daqs ħmistax ilu ppubblikajt f 'dan il-ġurnal tribut personali – forsi nistgħu nsejħulu eloġju – lill-Professur Oliver Friggieri li ħalliena x-xahar li għadda. Il-bosta reazzjonijiet illi qanqal dan il-kontribut ikkonċentraw bil-kbir fuq ir-riflessjonijiet tiegħi rigward il-ħidma letterarja tal- Professur. Difatti diversi persuni li qasmu miegħi l-ħsibijiet tagħhom f 'dawn l-aħħar ħmistax qaluli, ġieli b'ċerta sogħba, illi bis- saħħa tat-tribut tiegħi skoprew bosta xogħlijiet ta' Friggieri li it li xejn kienu midħla tagħhom. Uħud minnhom lanqas biss kienu jafu bihom. Minn banda dan kien rispons prevedibbli, l-iżjed tqis illi dan kien ġej, għall-inqas fil-biċċa l-kbira, mingħand persuni li b'xi mod jew ieħor huma midħla tax- xena letterarja tagħna. M'hemmx dubju li dan għandu jingħadd b'xi ħaġa pożittiva. Jekk xejn, dan l-eżerċizzju kapaċi jżid l-għarfien u l-apprezzament tax-xogħlijiet letterarji (inkluża l-kritika) tal- awtur. Mill-banda l-oħra nnotajt, ikolli ngħid b'ċertu dispjaċir, illi bosta minn dawn il-qarrejja bħal insew aspetti oħra tal-karriera prolifika ta' Friggieri, fosthom ir-rwol ta' Friggieri bħala kummentatur politiku u intellettwali pubbliku. Filfatt il-kummenti li dehru fuq il-mezzi tal-midja soċjali rigward dan ir-rwol partikulari donnu saru biss b'referenza għal kitbiet letterarji b'temi espliċitament politiċi, ngħidu aħna r-rumanz Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri u l-poeżiji F'Misraħ il-Parlament u Karen u Raymond. M'iniex qiegħed ngħid illi l-materjal li deher dwar Friggieri f 'dawn l-aħħar jiem – kif ukoll ir-rispons li tawni ċerti qarrejja – warrab kważi għalkollox ir-rwol ta' Friggieri bħala filosofu Malti. Xejn affattu. Iżda jekk tabilħaqq irridu nevalwaw dan l-aspett partikulari ta' Friggieri – jew inkella ta' kwalunkwe ħassieb ieħor b'xeħta akkademika – żgur ifid li ssir ċerta distinzjoni bejn il-filosofu (b'mod ġenerali) u l-intellettwali pubbliku (b'mod partikulari). Waħda mill-qarrejja li kellmitni l-ġimgħa li għaddiet kellha ħafna xi tgħid dwar dan kollu, l-iżjed b'referenza għall-kwistjoni – imsemmija minni fit-tribut tiegħi – li kienet inqalgħet bejn Oliver Friggieri u Alfred Sant kmieni fis-snin tmenin. Qabelxejn f 'dar-rigward tajjeb illi nixħet kemxejn dawl fuq din il-kwistjoni antika billi nagħti daqsxejn tagħrif storiku siewi rigward il-kuntest u ċ-ċirkustanzi li taw lok għal dan il-battibekk. F'Novembru tal- 1979 Friggieri kien ippubblika artiklu fir-rivista Problemi ta' Llum rigward x'għandu sewwasew ikun ir-rwol tal- intellettwali pubbliku fis-soċjetà. Dan il-kontribut, bl-isem Kontra l-Aljenazzjoni Politika: Dmir Ewlieni ta' l-Intellettwali Malti, Friggieri ppreżenta ċertu xempju partikulari ta' kif għandu jkun u jġib ruħu l-intellettwali Malti fis-soċjetà. Mhix ċara sabarra jekk Friggieri kienx tassew jaħseb illi dan il-mudell Malti mressaq minnu għandu jgħodd ukoll daqsinsew għall- intellettwali kollha, Maltin u mhumiex. Madankollu għall-fini ta' din l-analiżi (sfortunatmanet) qasira qiegħed nassumi – aktarx hawnhekk m'iniex qed nissogra wisq – illi Friggieri kien jiimha proprju hekk. Dan l-artiklu it li xejn kien niżel tajjeb m'Alfred Sant li dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta' deputat ċermen tal-Malta Development Corporation. Sant interpreta l-mudell ta' Friggieri bħala sejħa għall-passività. Fi kliemu stess, "mit-tifsira li jagħti, wieħed jibqa' bl-impressjoni li għan ewlieni tal-intellettwali hu dak li jinqata' għal kollox mir-realtà ta' ħajjitna kif ngħixuha tabilħaqq, biex ikun jista' jippontifika fil- vag dwar il-verità fl-astratt". Sant wera oppożizzjoni soda kontra din l-interpretazzjoni: f 'artiklu li kiteb fl-istess rivista it jiem wara akkuża lil Friggieri li kien qiegħed "jiffalsifika l-problemi". Wissa li "l-intellettwali ma jistax jinfatam mill-kundizzjonijiet materjali u soċjali ta' madwaru" u li niżbaljaw bil-kbir jekk "inqisu lill-intellettwali bħala membru ta' xi professjoni għaliha". Xejn ma jiswa li "ningħalqu f 'salmi mnikkta għall-ġenna mitlufa", kompla jgħid. Iżjed minn hekk, "l-intellettwali li jridu jingħalqu f 'ċenakli għalihom waħidhom jispiċċaw bħal Friggieri – igħaddu ħinhom jibku dmugħ sterilizzat". Saħansitra kien akkuża lill- Professur, b'ċerta eleganza sottili iżda punġenti, li kien qed jaqa' "f 'mist iċiżmu rewmatiku". Dan in-nuqqas ta' qbil bejn dawn it-tnejn ma kienx waqafx hemmhekk. Iżjed tard din id-diskussjoni nfetħet għall- pubbliku u ġibdet lejha għadd ta' politiċi Maltin oħrajn miż- żewġ naħat, fosthom Lino Spiteri, Pawlu Carachi, Ugo Mifsud Bonnici u Louis Galea. Iżda dan imur lil hinn mill-fini tal-kontribut tiegħi għal din il- ġimgħa. Dawk li jinteressahom isiru jafu iżjed jistgħu jaqraw dwar dawn il-ġrajjiet fil-ġabra ta' artikli L-Impenn għall- Bidla (1986) t'Alfred Sant u fl-awtobijografija ta' Oliver Friggieri Fjuri li ma Jinxfux

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020