Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
18 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Ftit riflessjonijiet dwar l-iStat Mafjuż M eta taqra it-termini ta' referenza imfassla għall-inkjesta pub- blika dwar l-assassin- ju ta' Daphne Caruana Galizia, hu ċar daqs il-kristall x'inhu mistenni minn din l-inkjesta. L-iskop tal-inkjesta hu biex ikun stabilit jekk il-makkinarju tal-istat Malti ħadimx kif kellu jaħdem u jekk dan ikkontribwiex għall-assassinju. Fi it kliem hu mistenni lijinkjesta tistħarreġ jekk dawk li mexxu u qed imexxu l-istatMalti ħadmux fl-interess pubbliku inkella jekk ħadmux fl-interess tal-it. Bħala riżultat ta' dan kellu jkun mistħarreġ jekk dan wassalx biex inħolqot kultura ta' impunità li iffaċilita li uħud jagħmlu li jridu, inkluż li joqtlu. Uħud jargumentaw, u dwar dan għandhom raġun, li l-makkinarju tal-istat Malti qatt ma iffunzjona sewwa. Ikomplu jargumentaw li l-amministrazzjoni l-ġdida tal-2013 għamlet użu minn makkinarju tal- istat Malti difettuż b'mod ferm iktar effiċjenti mill- amministrazzjonijiet preċedenti. Ġew irfinati u intensifikati l-kontrolli politiċi u bħala riżultat ta' dan aċċelleraw it-tnaqqis ta' sens ta' responsabbiltà u tal-kontabilità ta' bosta mill- istituzzjonijiet tant meħtieġa għall-funzjonament tal-istat demokratiku . It-termini ta' referenza għall- inkjesta pubblika li dwarhom intlaħaq ehim f 'Diċembru 2019 jirreferu għall-iżvilupp ta' stat ta' impunità u kif dan seta' jkun evitat permezz tal-osservanza ta' dak li tipprovdi l-liġi, jekk wara kollox hemm provedimenti li huma applikabbli. L-istat Malti hu wieħed Mauż? Ċertament li jkun jekk il-makkinarju tal-istat isir ħaġa waħda mal-kriminalità organizzata b'mod li uffiċjali tal-istat ikunu parti minn, inkella jipparteċipaw ma' organizzazzjoni kriminali. Ix-xhieda li nstemgħet s'issa fis-seduti pubbliċi tal-inkjesta pubbblika juru tkaxkir tas- saqajn da parti tal-awtoritajiet liema fatt witta t-triq għall- iżvilupp ta' kultura ta' impunità. Investigazzjonijiet dwar ħasil ta' flus imxew b'pass ta' nemlu sakemm inbidlet it-tmexxija tat-taqsima fil-Korp tal-Pulizija li tinvestiga r-reati ekonomiċi. Apparti dan, s'issa għad ma nafux x'intqal fis-seduti tal- inkjesta li saru bil-magħluq. L-affarijiet jistgħu jkun ferm agħar minn dak li nafu s'issa! Dak li ġie żvelat waqt l-inkjesta pubblika ma tistax tarah u tiżnu waħdu. Triq tarah ukoll fil-kuntest tax-xhieda quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fejn qed jinġabru l-provi kontra dawk akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia inkella bl- ippjanar tiegħu. Sirna nafu li l-allegat moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia qal lill-Pulizija (waqt l-interrogazzjoni) li hu kien qed jeżegwixxi l-ordini/ xewqa taċ-Chief of Staff ta' Joseph Muscat, Keith Schembri. Da parti tiegħu Keith Schembri jiċħad dan kollu. Il-verità kollha għad ma nafuhiex. Li nafu fiċ-ċert hu li dawk li ħasbu dwar u ippjanaw dan l-assassinju kienu viċin wisq tal-poter politiku fil-pajjiż: bħalma jiġri fi stat Mauż. Kien fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat li dak li ffaċilita l-qtil offrewlu impieg mal-Gvern li kien jitħallas tiegħu mingħajr ma jidħol għax-xogħol. Parti mill-ħlas għal-xogħolu! Il-Ministri li xehdu fl-inkesta pubblika jippuntaw subagħajhom lejn il-magħżulin madwar Joseph (il- Kitchen Cabinet). Min-naħa l-oħra dawk ta' madwar Joseph jilgħabuha taċ-ċwieċ (biex ma jħallsux dwana) qieshom ma' kellhomx idea dwar x'kien qed jiġri. Din hi parti mill-gravità ta' dak li seħħ: l-awtorità spiċċat f 'idejn dawk appuntati flok f 'idejn dawk eletti! Addio r-responsabbiltà kollettiva tal-Kabinett li jidher li tal-inqas xi drabi la kien infurmat u l-anqas kien jaf ezattament x'qed jiġri. Fl-aħħar tal-mazzita ssib iż-żbiba: it-theddid sfaċċat tal- Gvern indirizzat lejn l-imħallfin li qed imexxu l-inkjesta pubblika juri Gvern fi stat ta' paniku. Wieħed jiem l-ansjetà ta' Robert Abela. Wara kollox hu kien il-konsulent legali ta' Joseph Muscat u kien jattendi l-laqgħat tal-Kabinett biex ikun jista' jaghtih pariri aħjar! Bla dubju għandu iktar minn idea tajba dwar ħafna minn dak li ġara! Anke hu għandu ħafna xi jwieġeb dwar dak kollu li ġara. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD L-istat Malti hu wieħed Mafjuż? Ċertament li jkun jekk il-makkinarju tal-istat isir ħaġa waħda mal-kriminalità organizzata b'mod li uffiċjali tal-istat ikunu parti minn, inkella jipparteċipaw ma' organizzazzjoni kriminali Ritratt: Paul Borg Olivier