Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 analiżi IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum 'Nippreferi mmur il-Ħabs milli nħallasha l-manteniment Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-proposta tal-Kap tal-PN dwar il-manteniment għall-ulied u titkellem mal-avukat fil- Qorti tal-Familja Desiree' Attard ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dawn l-aħħar ġimgħat diversi persuni, speċjalment missirijiet, qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar manteniment ta' uliedhom li ma setgħux iħallsu - jew inkella biex iħallsuh spiċċaw qed joħorġu nofs il-qligħ tagħhom ta' xahar - minħabba li tilfu xogħolhom waqt il-pandemija. Huma ħafna drabi esprimew ir-rabja tagħhom lejn sistema li qed tidher inflessibbli u qed tħallihom jgħixu bl-eżatt jew inkella saħansitra jissellfu l-flus biex jagħmlu dak li huwa bażiku. Fid-dawl ta' dawn ir-realtajiet ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ippropona wkoll li jinħoloq mekkaniżmu li jiddeċiedi kif għandu jinħadem il-manteniment tal-ulied. Rikors, mhux ilmenti fuq il-midja soċjali biss Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-avukat fil-Qorti tal-Familja Desiree' Attard li sostniet illi din is-sitwazzjoni hija waħda fraġli ħafna u ma tolqotx lil kulħadd l-istess għaliex kull familja għandha r-realtajiet differenti tagħha. Hi tisħaq iżda li hemm rimedju għal dawk il- persuni, l-aktar missirijiet, li minħabba realtajiet differenti fosthom telf ta' impjieg minħabba l-pandemija, ma jistgħux iħallsu l-manteniment. "Ikun ta' xejn li persuni jiktbu fuq il-midja soċjali. Għandhom jiħu rikors il-Qorti illi fih jiddikjaraw li ma jistgħux iħallsu l-manteniment għal raġunijiet ġustifikati." Din il-gazzetta tfakkar lil Attard iżda li biex persuna tiaħ rikors trid tħallas avukat u hi tirrikonoxxi dan għalkemm tfakkar li hemm avukati differenti li jżommu rati differenti filwaqt li hemm l-avukat tal-għajnuna legali. Attard tfakkar illi fil-każ ta' avukat tal-għajnuna legali persuna tkun trid tgħaddi minn test tal-mezzi biex ikun aċċertat illi ma għandhiex biex tħallas. Mal-ILLUM tgħid illi f 'ħafna mill-każi persuna tkun mitluba tħallas bejn €200 u €250 kull xahar għal kull wild, għalkemm tgħid li f 'każi aktar eċċezzjonali mara li tkun tiflaħ trabbi lil uliedha hi u speċjalment jekk tkun għaddiet min abbuż ġieli ma titlobx għal dan il-manteniment. Hemm każi oħrajn fejn ir- relazzjoni tkun intemmet b'mod aktar akrimonjuż, fejn ir-raġel jgħidlek illi lest imur xahar il- Ħabs milli jħallas flus lill-eks mara tiegħu, spjegat Attard. "Ġieli kelli każi fejn jgħidu illi jippreferu jmorru xahar ħabs milli jħallsu flus lil 'dik'. Li fil- verità ħafna drabi tkun kwistjoni ta' bluff u pika għax f 'ħafna mill- każi l-Qorti tagħti it żmien ċans biex il-manteniment jitħallas u s-sentenza mogħtija tkun waħda sospiża," spjegat. Sistema ta' ħlasijiet permezz ta' aġenzija intermedjarja Mistoqsija dwar dak li qed jipproponi l-Kap tal-PN Desiree' Attard qalet illi milli qrat qed tiem li Bernard Grech qed jipproponi sistema li taħdem L-avukat Desiree Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020