Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Addijo l-festini, l-ikliet u l-mulled wine fil- pjazez; Milied ġewwa għal ħafna Ewropej YENDRICK CIOFFI Ftit jiem biss qabel il-Milied, il- festa li ġġib il-familji u l-ħbieb flimkien ħafna aktar mill-bqija tal-ġranet tas-sena, diversi pajjiżi Ewropej kienu kostretti jimponu restrizzjonijiet stretti bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal- Covid-19. Diversi pajjiżi Ewropej qed jirrapportaw eluf ta' każi ġodda u mwiet kuljum u ma jaffordjawx li l-każi jkomplu jiżdiedu minħabba l-festi tal-Milied. Għalhekk ma kellhomx għażla oħra ħlief li jimponu restrizzjonjiet stretti għal żmien il-Milied. F'dan l-artiklu l-ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-restrizzjoni f 'uħud mill-pajjiżi Lockdown strett fil-Ġermanja ... eċċezzjoni żgħira nhar il-Milied Minn din il-ġimgħa, il-Ġermanja daħlet f 'lockdown strett fejn ingħalqu l-iskejjel u n-negozji kollha li mhumiex neċessarji. Dawn il-miżuri stretti jibqgħu fis- seħħ sal-10 ta' Jannar. Għal Milied biss, kull familja qed tingħata permess li tistieden sa massimu ta' erbat iqraba. Kien hemm ġranet fejn il- Ġermanja irrapportat kważi 30,000 każ ġdid u madwar 900 mewta. Sal-10 ta' Jannar jistgħu jiħu biss negozji essenzjali bħas- supermarkets u anke l-banek. Ir- ristoranti, il-bars, il-hairdressers u l-postijiet tad-divertiment se jibqgħu magħluqa. Ma jistax lanqas jinxtorob alkoħol fil-pubbliku u għalhekk l-istands tant popolari tal-mulled wine wkoll ma jistgħux jiħu. Il-kumpaniji qed ikunu mħeġġa wkoll biex jippermettu li l-impjegati tagħhom jaħdmu mid-dar. Curfew għall-Franċiżi ... eżenzjoni għall-Milied iżda mhux għal-Lejliet l-Ewwel tas-Sena Franza biddlet it-tieni lockdown nazzjonali b'curfew bejn it-8:00pm u s-6:00am. F'dawn il-ħinijiet, ħadd mhu se jitħalla joħroġ mid-dar sakemm ma jkollux awtorizazzjoni uffiċjali. Se jkun hemm eżenzjoni biss għal-Lejliet il-Milied iżda mhux għal-Lejliet l-Ewwel tas-Sena. Il-bars u anke r-ristoranti se jibqgħu magħluqa minn tal-inqas sal-20 ta' Jannar. Fi Franza mietu aktar minn 60,000 persuna bil-Covid-19. L-Olanda tinsab f'lockdown ta' ħames ġimgħat L-Olandiżi wkoll qed jiffaċċjaw lockdown ta' ħames ġimgħat, l-aktar miżuri stretti mħabbra fil-pajjiż minn meta bdiet il-pandemija. Negozji mhux essenzjali bħall- ħwienet tal-ħwejjeġ, iċ-ċinemas, il-hairdressers u l-gyms se jibqgħu magħluqa. Apparti minn hekk, l-Olandiżi qed jintalbu biex sa nofs Marzu ma jibbukkjawx biex jivjaġġaw barra mill-pajjiż jekk mhux għal raġunijiet neċessarji. Ir-restrizzjonjiet se jkunu mnaqqsa it għat-tlett ijiem tal- Milied, fejn kull familja tista' tistieden sa tliet persuni minflok tnejn. Ir-residenti ta' Londra se jkollhom jisimgħu t-tokki tal-Big Ben mid- dar Minn din il-ġimgħa, Londra kellha timponi l-aktar miżuri stretti fis-sistema li tħabbret mill-Gvern Ingliż fil-ġimgħat li għaddew. Minflok lockdown nazzjonali, il- Gvern Ingliz kien ħabbar sistema ta' tliet livelli u ma' kull livell hemm abbinati miżuri ta' mitigazzjoni. Il-livelli tal-allert, "medju," "għoli" u "għoli ħafna," qed jikklasifikaw ir- reġjuni differenti skont kemm tkun ir-rata ta' trasmissjoni tal-virus. Hekk kif il-każi f 'Londra komplew jiżdiedu, il-kapitali Ingliża daħlet taħt l-aktar miżuri stretti. Il-bars, il-pubs u r-ristoranti huma kostretti jagħlqu. Jistgħu joffru biss servizz ta' takeaway jew delivery. Stabbilimenti oħra ta' divertiment, inkluż it-teatri u anke ċ-ċinemas ma jistgħux jiħu. Il-Gvern Ingliż kien ikkritikat li ma daħħalx miżuri aktar stretti għal Milied u li japplikaw għal kullimkien. Boris Johnson saħaq li l-erba' pajjiżi li jiffurmaw ir- Renju Unit qabblu li jżommu r-restrizzjonijiet kif inhuma. Appella lin-nies biex ikunu kawti u jnaqqsu l-kuntatti filwaqt li saħaq li t-twissijiet se jiħraxu. L-Ispanjoli ma jistgħux jivjaġġaw bejn ir-reġjuni ħlief biex iżuru l-qraba Fi Spanja, mit-23 ta' Diċembru sas-6 ta' Jannar, l-ivjaġġar bejn ir- reġjuni mhuwiex permess ħlief biex persuni jżuru qraba jew ħbieb. Għall-attivitajiet soċjali f 'Lejliet il-Milied, f 'Jum il-Milied, f 'Lejliet l-Ewwel tas-Sena u fl-Ewwel tas- Sena ma jistax ikun hemm aktar minn 10 persuni (inkluż tfal) miġbura flimkien. L-Ispanjoli bħalissa qed isegwu wkoll curfew bejn il-11:00pm u s-6:00am li mistenni jibqa' fis-seħħ sa Mejju 2021. F'dawn il-ħinijiet qed jitħallew biss joħorġu biex imorru x-xogħol, jixtru l-mediċini jew għall-kura tal-anzjani u t-tfal. Italja: Lockdown parzjali sal- Epifanija L-Italja ordnat lockdown parzjali fl-aħħar sigħat għall-pajjiż kollu għal ħafna mill-vaganzi tal-Milied u dan biex titnaqqas iż-żieda kbira ta' każi ta' Covid-19 f 'dan il-pajjiż, li fil- fatt kien mal-pajjiżi l-aktar milqutin ħażin minn din il-pandemija għal numru ta' ġimgħat. Il-PM Taljan Giuseppe Conte sejjaħ ir-restrizzjonijiet bħala "deċiżjoni li tweġġa" filwaqt li qal illi attivitajiet bejn il-familji u l-ħbieb jistgħu jerġgħu jżidu l-imxija tal- virus. "Il-virus qed jiċirkola kullimkien. Nistgħu niġġildulu imma ma nistgħux nirbħulu," qal Conte li sostna illi l-esperti qed jibżgħu li l-kurva tal-pandemija tista' terġa' togħla fil-perjodu tal-Milied. Dawn il-miżuri ta' lockdown jiġu fil-kuntest illi l-Lombardija, Veneto u Lazio ireġistraw rata ta' trażmissjoni ta' aktar minn 1 wara ġimgħat ta' tnaqqis. L-Italja huwa l-pajjiż bl-ogħla rata ta' mwiet kaġun tal-pandemija b'67,900 vittma sal-Ġimgħa 18 ta' Diċembru. Il-miżuri se jidħlu fis-seħħ fil-21 ta' Diċembru u jibqgħu għaddejjin sas-6 ta' Jannar (L-Epifanija) u fost oħrajn se jfissru li r-ristoranti mhux se jkunu miuħin, għalkemm jistgħu jsiru deliveries u take-aways, filwaqt li l-moviment bejn parti u oħra tal-Italja se jkun ristrett. Huma żewġ persuni biss li jistgħu jżuru ħbieb jew familja fi kwalunkwe ġurnata minn dawn. Belġju: Regoli stretti fuq il- mistiedna Bħalissa, fil-Belġju, kull dar tista' tilqa' persuna waħda biss (dejjem l-istess waħda) li ma tgħix fiha. Min jgħix waħdu, jista' jdaħħal żewġ persuni iżda mhux flimkien. Fl-24 u l-25 ta' Diċembru din ir-regola stretta se tinbidel it biex kull familja tista' tilqa' sa massimu ta' żewġ persuni. Madanakollu, fuq barra ma jistax ikun hemm aktar minn erba' persuni flimkien. Lejliet l-Ewwel tas-Sena ma jistax jinħaraq nar iżda l-curfew impost jiem ilu se jitnaqqas minn nofsilejl sal-5:00am. Il-ħwienet kollha se jinfetħu mill- 1 ta' Diċembru, iżda persuna tista' tmur tixtri waħedha u ma tistax taqbeż it-30 minuta f 'ħanut. Il-hairdressers, il-bars u r-ristoranti se jibqgħu magħluqa. Stabbilimenti tal-ikel jistgħu joffru takeaway sal-10:00pm. Hekk kif il-Covid-19 qed jagħmel festa fl-Ewropa tista' tgħid li ħassar il-festi ta' eluf ta' Ewropej. Diversi pajjiżi Ewropej kienu kostretti jimponu restrizzjonijiet stretti biex inaqqsu r-riskju tat-tixrid tal-virus fi żmien li fih normalment jinġabru l-familji u l-ħbieb Diversi pajjiżi Ewropej jimponu miżuri speċifiċi għal żmien il-festi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020