Illum previous editions

ILLUM 20 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum KIF SE JIĊĊELEBRAW IL-MILIED IN-NIES? L-ILLUM TISTAQSI Huwa stat ta' fatt li l-Milied din is-sena se jkun ferm differenti mis-snin ta' qabel. Imma n-nies kif se jiċċelebraw il-Milied din is-sena? Luca Lorenzo hu wiċċ sinonimu l-aktar maż- żgħażagħ. Il- fama tiegħu nibtet propju fil-pandemija, l-ewwel bis-sensiela 'Kollox Ġewwa' u imbagħad bis-sensiela 'Tek Tek Tok'. Luca qalilna li sab ruħu magħluq id-dar wara li tħassru l-parties u l-laqgħat mal- ħbieb. Bħala persuna kreattiva kellu joħroġ b'xi ħaġa li żżommu impenjat. Hu kompla billi jgħid li din kienet mossa tajba fil-fehma tiegħu, għax mhux talli l-programm fuq il-midja soċjali intogħġob mal-udjenza, iżda ukoll żammu milli jiftakar fil-festi mħassra. Luca jistqarr li anke jekk wieħed jeskludi l-pandemija, l-pjanijiet tiegħu xorta kienu li jqatta' l-Milied mal- familja. Hu ammetta li s-snin ta' qabel kien iqatta' dan iż-żmien flimkien mal-ħbieb ukoll u dik se jħoss in-nuqqas tagħha speċjalment meta jiftakar li lil sħabu ilu ma jarahom. Iż-żagħżugħ kompla billi fakkar li n-nies tal-Kottonera iħobbuhom il-festi reliġjużi iżda l-aktar festi għal-qalbhom - skont hu - huma dawk tal-Irxoxt u ta' San Lawrenz. B'dan il-kliem, Luca spjega kif għalkemm hu ddispjaċut rigward il-Milied, jitamma li sakemm tasal il-festa tar-raħal, il-burraxka tkun għaddiet u b'hekk ikunu jistgħu jagħtu ġieh lill- patrun tagħhom bla ebda intoppi. Luca Lorenzo tkellem ukoll fuq l-importanza tal-intolleranza. Hu spjega li kullħadd iħoss tiegħu, u kullħadd jipproċessa n-nuqqas tal-festi. Jgħid li hu dmir tagħna li ngħinu lil xulxin u li ma ninsewx lil dawk li huma vulnerabbli. Luca insista li l-ispirtu tal-Milied m'għandhux jisparixxi minħabba l-pandemija u temm jgħid li "aħjar sena sagrifiċċju milli nibqgħu npattu għal aktar snin." MARIANNA CALLEJA Din is-sena kienet waħda iebsa, kellna ndawru ħajjitna mal- pandemija speċjalment bl-użu tal-famużi maskri u d-distanza soċjali. Is-sajf li għadda beda l-gwaj meta tħassru l-maġġoranza tal-festi, btajjel u parties. Għalkemm issib nies li l-festi ma' jagħmlux bihom, issib nies oħra li jħossuhom dispjaċuti li tħassar kollox. Issa wasalna għall- istaġun tal-festi tal-Milied, żmien li aħna l-Maltin nieħdu l-ewwel biex naraw kif se niċċelebraw. Ħafna kienu qed jittamaw li nsibu soluzzjoni għall- pandemija qabel il-Milied, iżda dan ma seħħx. Il-gazzetta L-ILLUM tkellmet diversi persuni u staqsiethom x'se jagħmelu dan il-Milied.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 December 2020