Illum previous editions

ILLUM 27 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1322764

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 27 TA' DIĊEMBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jtemm l-ewwel sena ta' artikli letterarji billi jirrifletti fuq it-tfakkir u n-nisa, preċiżament qabelxejn rigward ir-riflessjonijiet tagħna fuq l-imgħoddi u r-riżoluzzjonijiet li nagħmlu għall-ġejjieni fi żmien il-festi lejn tmiem kull sena. Jirreferi għall-kittieb kittieb Spanjol Carlos Ruiz Zafón biex jiddiskuti l-iskumdità li jistgħu jqanqlu fina eżerċizzji bħal dawn, l-iżjed jekk il-memorji mqanqla jfakkruna wkoll fil-kotba. F'ħin bla waqt imbagħad Saliba jaħsadna billi jiddeskrivi l-memorji u l-wegħdiet – l-iżjed jekk jinvolvu wkoll il-kliem u l-kotba – bħala ħwejjeġ tan- nelħ. Iżda din id-deskrizzjoni għalih għandha ferm iżjed minn tifsira waħda. Bħall-anti-kittieb u l-anti-filosofu Rumen-Franċiż Emil Cioran – punt ta' referenza ewlieni fil-kitba u fil-ħsieb tiegħu – jistqarr illi l-kitba hija kwistjoni ta' ħajja jew mewt: jikteb minflok joqtol lilu nnifsu jew lil xi ħadd. Mhux litteralment, iżda kważi... wara li sfat nieqsa ommi m'għenux lanqas. Kull kaxxa kapitlu magħluq – s'issa għadni ma ssograjtx immur niaħ imqar xi tnejn minnhom ammozz għaliex – ġa naf ben tajjeb – illi altrimenti aktarx nispiċċa nħażżeż – irrid jew ma rridx – kapitlu fuq dika l-kaxxa u mbagħad ieħor fuq l-oħra: proġetti ta' kitba għandi biżżejjed. U ma tridx wisq biex anke dawk ħwejjeġ tan- nelħ. "ese foolish things remind me of you", darba kanta l-mitiku Bryan Ferry. Kwantu l-ħwejjeġantaw hekka wkoll oħrajn qablu, fost bosta oħrajn Dorothy Dickson, Ella Fitzgerald, Nat King Cole, Billie Holiday u Sam Cooke. Dan l-aħħar ukoll Bob Dylan. Kos, din id-diska qiegħed niakar fiha proprju dal-ħin, bħalissa jien u nikteb, għax inzertat – oħroġ il-għaġeb – waħda mill-aktar memorji bikrin ta' tfuliti. Lura għall-kotba, minbarra l-iżvintura avventuruża tal-mara ta' Lot, il-moħriet ta' Ġesù Kristu skont San Luqa u l-vidjo tant seksi ta' Bryan Ferry hemm ukoll, fl-isfond ta' dat-thewdin tiegħi ta' tmiem is-sena, is-sensiela ta' erba' rumanzi El cementerio de los libros olvidados (Il-Midfen tal-Kotba Minsija, 2001-2017) tal-kittieb Spanjol Carlos Ruiz Zafón. Fis-sew mhumiex in- narrattivi rispettivi tar-rumanzi nfushom li qegħdin ifakkruni fit-tiiriet u fit-tfakkir, spiss xejn mixtieq, illi tajjeb jew ħażin is- soltu jqanqlu. Ibda biex dar-rumanzi ma qrajthomx. Madankollu, xi it ġimgħat ilu, waqt riċerki dwar ħwejjeġ – forsi xejn inqas tan-nelħ – illi kont qiegħed nagħmel feġġew ma' wiċċi żewġ ċitazzjonijiet tassew punġenti ta' Zafón mir-rumanz La sombra del viento (Dell ir-Riħ, 2001). Qabelxejn, "il- kotba bħall-mirja: naraw fihom biss dawk illi diġà jkollna fina". Imbagħad, it tal-ħin wara, bħalkieku dil-balla ma bbastatx, ukoll din: "nista' nwaħħal f 'qalbu, iżda filfatt hija s-solitudni li qiegħda toqtlu. Il-memorji agħar mill-balal." Il-biċċa l-kbira tal-memorji ta' ħajti li għoġobhom jerġgħu jiġu jaħbtu għalija matul tmiem l-ewwel mewġa tal-imxija issa reġgħu dbielu u marru lura – almenu għalissa – fil-belliegħa tan-nisi, fil-midfen tal-kotba minsija. Tant hu hekk illi bil- kontra tas-snin ta' qabel ix-xahar ta' Diċembru, din id-darba, it li xejn qagħad jorgażma jaqta' l-ħaqq fuq l-għemejjel illi wettaqt, jew inqast milli nwettaq, matul dis-sena tant imqallba li fl-aħħar waslet ukoll fi tmienha. Forsi għax il-mewġ tal- imgħoddi dis-sena laħaq daħal għandi kmieni, sewwasew matul l-eqqel stadji tal-pandemija. Jew forsi għax ormaj issa, kaġun ta' dan, f 'dal-punt diġà ttarraxt qatigħ u m'għadnix nisma' l-baħar iħabbat bħad-Diċembri ta' dari. Kapaċi beżgħu wkoll mill-Corona. Hu x'inhu, abbli minnu li s-sema u l-art forsi jgħaddu iżda l-kliem ma jgħaddix. Għadd illi t-tiiriet tal-ġrajjiet tal-ħdax jew tat-tnax-il xahar illi għaddew dis-sena baqgħu miġbura d-dar, it-titli tal-kotba – l-iżjed dawk illi żammewli kumpannija matul dis-sena mxewka – bħal donnu tawha għall-isfrattu, tant illi nġemgħu lkoll geġwiġija ġo moħħi u qajla nista' nsib tarom. M'hemmx li jrabbu daqsxejn għaqal dal-ħwejjeġ tan-nelħ. Għax minn banda hekk huma – huma wkoll. Il-kliem u l-kilba għall-kitba tagħhom bl-iswed fuq l-abjad kultant mhux inqas. Ma niċċewċux: tan-nelħ mhux għax dawn huma ħwejjeġ taż-żuett, tat-tbaħnin u tat-tiżgig, le. Iżda pjuttost għaliex bħall-iktar kittieb illi wikkieli kliem f 'dawn l-aħħar xhur – voldieri, mill-ġdid, Emile Cioran – kultant naħseb illi l-kitba hija kwistjoni ta' ħajja jew mewt: ġieli nikteb biex ma noqtolx lili nnifsi jew lil ħaddieħor. "Li ma kontx nikteb kont insir qattiel... Ktieb huwa suwiċidju mwaħħar". Mhux eżatt, iżda kważi. THIS CHRISTMAS, THE PREFECT GIFT IS LOVE. WITH YOUR DONATION, WE CAN HELP THOSE IN NEED. www.richmond.org.mt/the-gift-of-therapy/

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 December 2020