Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 letteratura IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 • illum Sa ma l-lejl jaqa' fuqna u jgħattina "Il-pinen lesti, / l-uċuħ, imnikkta". Hekk jgħidilna l-poeta minn Wales Ronald Stuart omas fil-poeżija tiegħu Death of a Poet. Jien u nikteb din wiċċi mnikket qatigħ illum. Iżda l-pinna mhix lesta, almenu mhux sabarra. Mhux bħas-soltu. Niġu f 'dan, ma nħossnix bħas-soltu. Din tal-lum hija, għalija, l-iktar waħda diffiċli mill-kitbiet kollha tiegħi li dehru s'issa f 'din is-sensiela. Mhux għax l-oħrajn ta' qabel ma kinux dwar ħwejjeġ imwegħra: pajjiż li donnu ormaj insteraq, l-aqwa żmien li fis-sew qatt ġie, il-qagħda tal-itturufnati bla art fissa taħt riġlejhom, il-madmad tad-dipressjoni bipolari, il-pwieni tal-imħabbiet mitlufa, l-impossibbiltà tal-letteratura, il-blalagħ tat-tfulija. Ilkoll traġedji dawn – iżda, ngħid għalija, biż-żmien donnu kollox jindara. Kif kien qalilna Albert Camus fl-ewwel tentattiv letterarju tiegħu Mewt Feliċi: "Mhemmx ħwejjeġ bħal tbatija kbira, għali kbir, tiiriet kbar. Kollox jintesa, anke l-ikbar imħabbiet. Dak li għandha sabiħ u ikrah fl-istess waqt il-ħajja". B'dad-diżgrazzji ma taqax id-dinja. Iżda mill-ġdid ngħid għalija, xi minn daqqiet taqa', iva, bil-mewt – u ferm agħar minn hekk bit-tagħġiż – tat-talin li b'xi mod jew ieħor jimlewli ħajti. Fosthom inzerta hemm l-imgħallmin ta' kull għamla ta' kitba. Qalb dawn, sintendi, hemm ukoll il-poeti. Eroj liriku mhux magħruf Tħabbret, it tal-jiem ilu, il-mewt John Cremona. Ngħid is-sew it li xejn kont midħla tal-poeżija ta' dan il-poeta u pittur mir-Rabat Għawdex. Kont nafu biss, għad illi mhux wisq lanqas, bħala Prim Imħallef, Viċi-President tal-Qorti Ewropa tad-Drittijiet tal-Bniedem, fassâl tal-Kostituzzjoni ta' Malta indipendenti, President taċ-CERD tal-Ġnus Magħquda u Professur Universitarju tal-Liġi Kriminali. Mill-it riċerki li għamilt wara l-aħbar ta' mewtu sirt naf ukoll li kien ukoll traduttur trilingwi kif ukoll aljiev tal-pittur William Apap u tal-inċiżur Carmelo Mangion. Minn banda niskanta kif Cremona, bħala kittieb tal-versi – almenu safejn nista' nara jien – donnu akkont, apparagun, ma tantx kien magħruf fost il-qarrejja tal-poeżija daqs kemm mistħoqq. Forsi jaħti għal dan il-fatt illi – f 'dawk is-snin tletin – bħal bosta oħrajn kiteb il-poeżija bit-Taljan u mbagħad bl-Ingliż. Kien biss fl-2004, difatti, li Cremona tebagħ l-ewwel ġabra ta' poeżiji tiegħu bil-Malti – Mas-Sebħ Għasafar. Safrattant minn hemm 'l hemm issokkta jikteb u jippubblika l-poeżija fil-biċċa l-kbira bil-Malti: Ekwinozju (2016), Poesie-Poems-Poeżiji (fi tliet ilsna, 2009) u Il- Kantiku tax-Xagħra (2012). Matul is-snin il-poeżiji ta' Cremona baqgħu jiġbdu lejhom – fil-fehma tiegħi bir-raġun – it-tweġġigħ ta' għadd ġmielu ta' kritiċi u osservaturi letterarji, fosthom Peter Serracino Inglott, Doreen Micallef, Lilian Sciberras, Paul Xuereb, Oliver Friggieri, Norbert Ellul- Vincenti, Victor Fenech u Charles Briffa. Frans Sammut, terġa' u tgħid, kien saħansitra sejjaħlu "missier il-poeżija Maltija moderna". Fis-Sajf tas-sena li għaddiet Lilian Sciberras kienet fost dawk ir-riċensuri li reġgħu ġibdulna l-attenzjoni rigward dan il-poeta veteran, sewwasew b'reċensjoni għall-ġurnal Malta Independent on Sunday dwar il-ġabra semi-retrospettiva tiegħu Poeżiji. Kważi nistħi ngħid: kien proprju permezz ta' din l-antoloġija – b'mod speċjali bit-tmienja u għerbin poeżija ġdida miġbura fl-aħħar taqsima – illi seħħli nsir midħla tal-immaġinarju poetiku notevoli ta' Cremoma. Tul dawn l-aħħar xhur għadda minn għala widnejja li ma kontx waħdi. B'dan kollu ġa f 'moħħi, għaldaqstant, xħin inqis il-ġmiel liriku ta' vrusu – b'mod partikulari l-poeżiji l-ġodda – ma nistax ma nqisx lil Cremona bħala eroj liriku mhux magħruf tal- poeżija tagħna. Meta tassew tibda taqa' d-dinja Ftit qabel stqarrejt xi jġarraf id-dinja tiegħi. Ġejt tabilħaqq inse dwar dan daqs seba' snin ilu mal-mewt għal għarrieda ta' sieħbi Philip Serracino Inglott – filosofu żagħżugħ Malti magħruf fost ħbiebu bħala ċ-Ċinkwina. Dakinhar, minkejja li ma kontx nafu xi wisq, għadda għala minni xorta waħda dak illi kien stqarr – b'tant u b'tant kommozzjoni – il-filosofu Jacques Derrida fix-xogħol ċelebri tiegħu Chaque fois unique, la fin du monde: kull darba mill-ġdid, tmiem id-dinja. F'Sein und Zeit Martin Heidegger jirrimarka – bil-korsiv għal tal-apposta – li ħadd ma jista' jieħu fuqu bis-sħiħ il-mewt ta' ħaddieħor. Nasal naqbel, iżda biss sa ċertu punt, voldieri biss kemm- il darba b'mewt nimu l-mewta bijoloġika li taħsad u ttemm għalkollox il-ħajja tal- bniedem. Mill-bqija, dejjem kont tal-fehma li kull meta persuna għal qalba tisfa' nieqsa parti minna tmut magħha wkoll. Hemmhekk, biex nissellef dan il-vers mingħand Cremona, il-lejl jaqa' fuqna u jgħattina. Il-lejl jista' jaqa' fuqi kemm irid. Qatt ma skerraħtu. Minn daqshekk fiha u ma fihiex. Iżda l-gwaj għalija kultant ma jiqafx hemm – xejn affattu. Anzi spiss jaħbat jagħti s-salt fuqi qabel ġaladarba – almenu f 'għajnejja – il-piena tax-xjuħija sikwit tidher ferm agħar minn dik tal-mewt. Jgħidli x'jgħidli Ċiċerun fil-Cato Maior de Senectute, aktarx ix-xjuħija hija l-aħħar ħaġa li nħobb nara fuq in-nies. Tul dawn l-aħħar xhur – jien u nara 'l uħud min-niesi jixjieħu mentri nħoss dinjieti taqa' biċċa biċċa madwari – xtarrejt fuq li xtarrejt, ngħidu aħna, il-poeżija ta' Cremona Qarib ta' Dak li Hu. F'dawna l-versi, "dak li hu" jsir "dak li mhux", il-preżenzi "ma jidhrux", "il-qari" jsir "mistur u "misterjuż". Kollox donnu jisfa' "it tinqix / b'difer fuq ir-ramel... sakemm ma titlax mewġa / li xejn ma tħalli ħlief / xi it tikmix". Imut l-awtur, jitwieled lil qarrej Ġaladarba magħġun b'dal-mod, ngħid għalija, impossibbli ma nżommx amment – irrid u ma rridx il-ħin kollu – li dawn il- versi nkitbu minn poeta xi għakka li kien jgħodd mal-mitt sena. Wisq anqas nista' ninsa li nkitbu minn xi ħadd li saħansitra kien beda jitlef id-dawl. Għaldaqstant il- qarrej ta' din il-kitba tiegħi hawnhekk impossibbli jseħħlu – daqsinsew – jishar miegħi kemm- il darba ma jżommx f 'moħħu l-uħux li jaħkmuni bil-ħsieb tax- xjuħija. "Ix-xjuħija mhix battalja: ix-xjuħija hija massakru", kiteb Philip Roth fir-rumanz tiegħu Everyman. Dan ir- rumanz kont għoddni nsejtu, iżda dika s-sentenza le. Mhux kull waħda mill-aħħar poeżiji ta' Cremona għandha ton kiebi u malinkoniku la Rużar Briffa: "Issa qasira l-ħajja / u l-ħolm duħħan itir". Abbli mhux kulħadd jittendi li l-poeżiji l-ġodda nkitbu minn poeta li jaf illi jiemu ormaj magħduda. Madankollu fil-qari tiegħi kienu proprju l-iżjed versi kiebja li fittixt, jew forsi aħjar, li ġew ifittxuni. Kienu sewwasew il-versi mnebbħa mit-tixjiħ u l-mewt – fis-suġġettività tiegħi – li rkaċċaw l-iżjed mill-paġni jien u nqalleb f 'dawn il- poeżiji aħħarija. U dan iżjed u iżjed dan ix- xahar, wara l-aħbarijiet tal-mewt tal-ħassieba veterani Emanuele Severino u George Steiner – it-tnejn fi żmien ħmistax. Hawnhekk mill-ġdid, kif ġa għamilt drabi oħra f 'din is-sensiela, jenħtieġ infakkar fuq fuq fis-saġġ letterarju ta' Roland Barthes La mort de l'auteur: Minkejja li ċerti implikazzjonijiet tat-teżi ta' dan it-test – l-iżjed jekk jiġġebbdu bis-sħiħ sal-ibgħad punt loġiku possibbli – jistgħu jkunu kemxejn problematiċi, minnu joħorġu, xorta waħda, żewġ prinċipji li ngħid għalija ngħoddhom bi kważi sagrosanti: l-ewwel, l-intenzjoni tal-awtur mhix kriterju prinċipali u assolut daqs kemm forsi ġagħluna nemmnu; it-tieni, jenħtieġ li "t-twelid tal- qarrej jenħtieġ isir akkost tal-mewt tal- Awtur". Isegwi minn hawn, almenu sa ċertu punt, li fid-dinja hemm Lolitas tal-inqas daqs kemm hemm pari għajnejn. L-enfażi mtennija tiegħi hawnhekk fuq il-frażi ngħid għalija trid ukoll qabelxejn tinhiem f 'dan is-sens. (Għaldaqshekk anke intom il-qarrejja – ġaladarba qegħdin taqrawni – jenħtieġ toqtlu xi it ukoll lili.) Il-massakru taċ-ċentifolja Ma jistax jonqos allura li xi ħadd bħali – ġeraskofobiku primaklassi – ma jissammarx mas-siġġu, imqar għal it, xħin jaqra dan il- massakru – ħelu iżda vjolenti, sempliċi iżda qawwi – ta' poeta ta' mitt sena: "Fil-ħemda filgħaxija / waħdi nisfolja / il- brevarju tal-ħajja / u ħdejja taħt għajnejja / bil-mod il-mod petala / wara l-oħra / tinħatt / iċ-ċentifolja". F'Miktuba f 'Kafè f 'ħin bla waqt Cremona jfeġġ quddiem għajnejja "anonimu ħosbien" "jirfed it-toqol mherri / tal-għajxien". "B'għajnejn battala nħares / lejn is-skiet" nisimgħu jgħidli fil-versi minn B'Għajnejn Battala. Ifakkarni, ladarba issa d-dawl sar bħal iweġġgħu, li "salvaġġ dad-dawl / li jfur mis-sema mberraħ". F'waqtiet oħra mbagħad jixref għal it bħal xejn mid-dlamijiet tat- tgħattib u tan-nisi. Tieħu d-Dawl il-Memorja: "Mistoqsijiet (min jaf / dak għadux ħaj dak mietx) / Toqol is-skiet / toqol il-ħajja. / U jerġa' jaqa' d-dlam / malli sewda tintefa' / is-sulfarina (għal it / ma ħraqtx subgħajja)". Fi mkejjen oħra f 'ġabriet preċedenti, pirkażu fil-poeżija Issa li Ntfew il-Ħġejjeġ, diġà nisimgħu jilmenta mil-letarġija ta' toqol tas-snin imgħoddija: "Il-ġrajjiet kollha / tal- ħajja nħosshom / jinqatgħu minni qishom / weraq niexef." Inzerta wkoll li l-kelma 'ħġejjeġ' hija waħda mill-iktar kliem li ngħożż fl-ilsien Malti. Qabelxejn sempliċement minħabba l-ħoss. Imbagħad ukoll sforz ċerti konnotazzjonijiet mitoloġiċi, fosthom il-miti ta' Efestu, Prometeu u Luċifru. Fuq kollox, iġġibli lura f 'moħħi l-immaġni – ferm għal qalbi – tal-filosofu xwejjaħ pre-Sokratiku Eraklitu: l-għelm simboliku tan-nar illi la jaf b'bidu u wisq anqas bi tmiem. In-nar li jibqa' jinbidel f 'kollox – il-ħin kollu – bla ma jehda qatt, bla ma jaqta' xejn. Bħalkieku l-qawwa tal-ħajja u d-dgħufija tax-xjuħija jitwaħħdu f 'xulxin minn proċess kontinwu u waħdieni 16 letteratura IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-intellettwali pubbliċi u l-ambjent ikkonkritizzat Problemi tal-lum (1) Għandu mnejn il-każ reċenti ta' Mark Camilleri, għall-inqas għall-finijiet tal- kontribut tiegħi għall-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa, ma setax ħabat fi żmien aħjar. Naturalment, qiegħed nirreferi għat-talba tar-riżenja immedjata tiegħu minn Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mitluba mis-Segretarju Permanenti tal- Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Frank Fabri wara skambju daqsxejn jaħraq ma' waħda mill-avukati ta' Yorgen Fenech. Iżjed milli minħabba l-episodju tal-inċident perse l-każ ġibed l-attenzjoni tiegħi kaġun ta' ċerti reazzjonijiet illi fis qajjem mill-pubbliku – b'mod partikulari, iżda mhux biss – fost għadd t'attivisti tas-soċjetà ċivili li huma segwaċi jew midħla tax-xena letterarja tagħna. Mid-dehra ma kontx l-uniku osservatur tal-każ illi sab ħwejjeġ notevoli x'jinnota fir-rispons tal-kummentaturi. Difatti nhar il-Ħamis li għadda Immanuel Mifsud ippubblikata bloggata (kif konna nsejħula fl- iżmna tal-ġenesi tal-bloggosfera Maltija) fil- blogg personali tiegħu rigward ir-reazzjoni partikulari tal-Avukata Anna Mallia. Diparti tiegħi laqtuni l-iżjed, mill-it illi qrajt, il- kummenti tal-attivista xellugija u awtriċi ta' ġabra ta' stejjer Kissirtu Kullimkien Lara Calleja, b'mod speċifiku l-ilment tagħha dwar kittieba illi kwantu l-problemi tal-lum kieku qatt tisma' ħosshom. Mhux għax bħalissa m'għandix kotba, suġġetti oħrajn jew awturi dwar xiex nikteb, anzi f 'dan l-aħħar ġimgħat – anke wkoll minħabba l-mewt tal-Professur Oliver Friggieri – il-lista ta' dawn inġemgħet qatigħ. Fost dawn hemm ukoll, sintendi, il-letteratura impenjata ta' Calleja. Madankollu l-ilmenti tal-awtriċi inzertaw jorbtu tajjeb ħafna mal-aħħar kontribut tiegħi li filfatt bih – sewwasew illum – kelli nkompli, anzi għalissa ntemm, ir-riflessjonijiet tiegħi dwar ir-rwol illi qeda Friggieri fil-kapaċità tiegħu ta' intellettwali pubbliku. B'referenza għat-tema ewlenija tal-kontribut tal-Ħadd li għadda – voldieri l-kwistjoni li kienet inqalgħet mal-erbgħin sena ilu bejn Oliver Friggieri u Alfred Sant kwantu x-xempji ideali possibbli tal-kittieba u tal-intellettwali – għandi niem li Lara Calleja tinsab xi it jew wisq fi qbil ġenerali ma' Sant. Dan għax fil-kummenti tagħha dwar it-talba għar-riżenja ta' Mark Camilleri staqsiet – xi it bħalma kien għamel Sant tul il-battibekk antik imsemmi – jekk tassew hix ħaġa f 'lokha li ċerti kittieba ma jirrimarkaw qatt xejn rigward ħwejjeġ b'importanzi fundamentali għas-soċjetà. Varjant pjuttost aristofanu ta' dil-mistoqsija ta' Calleja huwa l-ilment komuni – u dan ma jsirx biss fiċ-ċrieki tax-xellug – li ħafna mill-kittieba li jieħdu sehem fid-diskors pubbliku iżjed bħal donnu moħħhom fil-kitba li jiktbu milli fit- twettiq konkret tagħha fit-toroq. Fil-każ ta' Sant il-bużillis ta' ċerti intellettwali kien id-dmugħ sterilizzat; f 'dak ta' Calleja għandi niem li spiss ikun, pirkażu, l-ambjent konkritizzat. Kissirtu kullimkien, qaltilhom. Ekku l-problemi tal-lum... Ħabat ukoll li mhux l-ewwel darba li tqajmet din il-kwistjoni matul din is-sensiela ta' kontributi letterarji. Kmieni din is-sena minn banda din kienet wieħed mis-suġġetti ewlenin tar-reċensjoni tal-ġabra ta' Stejjer L-Aqwa Żmien t'Immanuel Mifsud. Wayne Flask qajjimha dan is-sajf f 'intervista rigward ir-rumanz politiku tiegħu Kapitali. Niġu f 'dan kienet implikata f 'intervista m'Alex Vella Gera dwar ir-rumanz tiegħu, politiku xejn inqas, Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. Qajjimtha jiena wkoll matul intervista mal-poeta Omar Seguna kwantu l-ġabra tiegħu Xehir Fis-Skiet. F'din tal-aħħar, iżjed milli fl-oħrajn, żammejt f 'moħħi bħala punt ta' referenza ewlieni – bħal kważi dejjem f 'dar-rigward – is-serje ta' saġġi ta' Jean-Paul Sartre Qu'est-ce que la littérature? (X'Inhi l-Letteratura?, 1947). Xi kemxejn bħal Sant u aktarx ħafna bħal Calleja, f 'dawn il- kitbiet filoletterarji fost ideat oħra Sartre jiċħad in-nozzjoni tan-newtralità politika tal-kittieba u tal-ħassieba. Iż-żamma ta' dan l-isfond ġejja l-iżjed mill-fatt illi dawn it-testi jittrattaw dal- kwistjonijiet b'għadd ta' mistoqsijiet kardinali: X'inhi l-kitba? Għaliex niktbu? Għal min niktbu? Fid-dawl tat-tweġibiet – li ngħid għalija wħud minnhom sikwit insibhom problematiċi – li jagħti jkompli mbagħad billi janalizza l-qagħda li skontu kienu jinsabu fiha l-kittieba fiċ-ċirkustanzi politiċi tal-1947. Għaldaqstant l-għażla kważi awtomatika ta' din l-isfond iżjed ġejja mill-interess tiegħi fix-xogħlijiet ta' Sartre b'mod ġenerali – kif ukoll mill-pertinenza ta' Qu'est-ce que la littérature? f 'dan ir-rigward b'mod partikulari – milli minn xi qbil wiesa' mal-viżjoni letterarja li jippreżenta f 'dawn l-iskritti. Niskanta kultant kemm isib xi ngorr fl-istess persuni li tant nammira. Din l-aħħar sentenza, weħidha, kapaċi jixirqilha paġna għaliha, xi mkien ieħor... Fost ħwejjeġ oħra fil-ġabra Qu'est-ce que la littérature? Sartre isostni li l-kittieba jiktbu, jew għandhom jiktbu, għall-qarrej universali u li "l-esiġenza tal-kittieba hija li jindirizzaw lil bnedmin kollha". Imbagħad, iżjed minn hekk – sintendi it-tip t'eżistenzjaliżmu mfassal minnu, loġikament jekk xejn, hekk bilfors kien jesiġi – l-għanijiet tassew aħħarija tal-letteratura, kif ukoll tal-filosofija, huma qabelxejn it-tiswir u l-ħarsien tal-libertà tal-bnedmin. Iebsa tkun iżjed didattiku minn hekk. Forsi b'rabta eqreb u mal-kwistjoni Sant-Friggieri msemmija l-ġimgħa l-oħra, l-intellettwali Palestinjan- Amerikan Edward Said kien ressaq veduti simili, b'tonijiet politiċi iżjed sodi, fis-sensiela tat-Taħditiet Reith (Rappreżentazzjonijiet tal-Intellettwali, 1993). L-intellettwali skont Said għandu jkollu l-għan li jkattar il-libertà u l-għarfien. Għalhekk irid jintasab barra s-soċjetà u l-istituzzjonijiet tagħha ħalli jkun jista' jiddistabilizza l-ordni soċjali tal- ortodossija tal-mument. Madankollu, xorta waħda, mill-banda l-oħra huwa parti mis- soċjetà u għalhekk jenħtieġ jgħaddi l-messaġġi tiegħu lill-ikbar għadd ta' nies possibbli. Mela allura barra s-soċjetà iżda daqsinsew ġewwa. F'dar-rigward Said forsi mar tikka lil hinn minn kif kien jaħsibha Sartre fis-snin erbgħin u ħamsin, jekk xejn għax introduċa, jew almenu kkjarifika bis-sħiħ, l-idea taż-żamma tal-bilanċ id-dimensjonijiet privati u pubbliċi tal-intellettwali. Naf biċ-ċert illi talin bħal dawn għandhom ħabta, jekk mhux ukoll is- saħta, jgħixu f 'tensjoni kważi kontinwa bejn id-dinja tagħhom u dik ta' Ċesri. Said konxju minn dan. Abbli konxju wkoll li minn daqqiet jaf ikun hemm lok ukoll – lil hinn mill-kunflitti inevitabbli ta' interess – għal inkroċju bejn dawn iż-żewġ dinjiet. Iżda fl-aħħar mill-aħħar, bħal Sartre qablu, kien tal-kredu li l-għanijiet tal-individwu jenħtieġ ikunu relevanti għas- soċjetà u għandhom ukoll – iktar iva milli le – jipprevalu fuq l-interessi tal-individwu. Hu x'inhu, nafu li lejn tmiem ħajtu Sartre kien għaraf is-siwi tal-konvinzjonijiet ta' Said, tant li fl-1979 kien stiednu jieħu sehem f 'konferenza dwar il-Lvant Nofsani wara tmiem il-gwerra bejn l-Eġittu u l-Iżrael. Iltaqgħu fl-appartament ta' Michel Foucault. Said tkellem dwar dawn il-laqgħat b'sogħba u b'diżappunt. Sartre, kważi trux, għami, magħdur u maribond, ma tantx kien f 'qagħda tajba wisq biex ikompli man-nies. Barra dan, donnu it li xejn setgħa jaċċetta n-nuqqas ta' luċidità u ħeġġa tiegħu għall-kawża Palestinjana – ħaqq fil-fehma tiegħi xejn sensittiv minn Said meta nqisu l-istat fiżiku u mentali ormaj kien safa' fih. Dejqitu wkoll Simone de Beavoir. Faħħar lil Foucault bħala ħassieb iżda fl-istess mentri, ma setax jonqos, ikkundanna s-skiet tiegħu viżivì l-Lvant Nofsani għajr ir-Rivoluzzjoni Iranjana. Il-fatt illi Foucault kien diġà xellia ma' Gilles Deleuze kaġun tal-kunflitt Iżrael-Palestina it li xejn ikkonvinċa lil Said lanqas. Meta nqis il-fehmiet skambjati tul il- kwistjoni Sant-Friggieri li ttrattajt il-ġimgħa għaddiet insibha bi tqila nbassar biċ-ċert x'kienu jaħsbu dawn it-tnejn kwantu dawn il-prinċipji didattiċi għall-aħħar imqaddma minn Sartre u Said. Ma nafx ngħid biċ-ċert lanqas lil fejn, jew sal-liem punt, ixxaqleb Lara. Rigward kwistjonijiet simili oħrajn, ngħidu aħna t-tilwima Sartre-Camus – illi m'ilux iddiskutejtha f 'din il-paġna mat-traduttur Anthony Aquilina – nista' faċilment nistħajjel lil Friggieri u Sant jappoġġjaw lil dan tal-aħħar. Iżda x'dwar x'ħasbu jew setgħu forsi ħasbu dwar ir-radikalimżmu preskrittiv ta' Sartre jew Said ma nissograx ngħid. Ibda biex it-tnejn jemmnu li l-letteratura – fil-każ ta' Friggieri, bil-kontra ta' Sartre, din tista' tħaddan ukoll il- poeżija – tista' tkun strument politiku b'aġenda ċivika u b'impenn prattiku favur it-titjib tal- kundizzjoni umana. Mill-banda l-oħra, matul il-karriera letterarja prolifika tagħhom it-tnejn ma qagħdux lura lanqas milli jinsġu narrattivi b'raison d'être differenti. Ħaġa ċara li anke Sartre – minkejja dawn il-preskrizzjonijiet normattivi li tant irrakmandalna tard fl-għerbinijiet – fl- aħħar mill-aħħar kien ukoll ħassieb u kittieb tal-meżżuvija – xi it jew wisq bħal Sant u Friggieri. Allaħares ma kienx hekk. Forsi iebsa tieħu pożizzjonijiet iżjed didattiċi u pedagoġiċi minn hekk. Impossibbli tkun iżjed dejjaq. Hu x'inhu, qabelxejn hawnhekk terġa' tfeġġ il-mistoqsija tedjanti dwar jekk il- ħolqien tal-letteratura kif ukoll il-ġenerazzjoni tal-ideat jimplikawx, ipso facto, mhux biss l-obbligu tal-kummentarji soċjali iżda wkoll addirittura d-dmir tal-attiviżmu politiku. Tixref ukoll dik dwar jekk il-kitba, tkun xi tkun, għandhiex bilfors isservi l-interessi speċifiċi ta' xi ideoloġija partikulari. Dawk illi jwieġbu iva, fosthom l-apoloġisti ta' Sartre wara kollox, jenħtieġ jiċċaraw jekk tassew jemmnux illi xi ħadd jista' "jindirizza lil bnedmin kollha" fuq livell politiku b'teżijiet onto-fenomenoloġiċi ultra-kumplessi bħal L-Essri u x-Xejn (L'Être et le Néant, 1943) u Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021