Illum previous editions

ILLUM 3 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1324021

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 IL-ĦADD 3 TA' jANNAR 2021 • illum opinjoni Ħsara lill-ġenerazzjonijiet futuri P robabbli fost l-aktar ritratti li ttieħdu din is-sena li se jibqgħu jiġu ppubblikati huma taż-żewġ infermiera li qed jingħataw il-vaċċin – l-ewwel waħda f 'Malta, Rachel Grech u l-ewwel waħda f 'Għawdex, Felici- enne Cini. Kull ritratt għandu stor- ja. Dawn ir-ritratti jixhdu s-sens qawwi ta' impenn tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, u l-importan- za li għandna nagħtu kas saħħitna u saħħet dawk għeżież għalina u ta' madwarna billi nitlaqqmu. Ir-ritratti taż-żewġ żgħażagħ huma turija tad-determinazzjoni u l-kuraġġ. Il-professjonijiet fil- qasam soċjali u tas-saħħa jirrikjedu dedikazzjoni partikolari. Jesponu lil kull min ikun qiegħed jagħtihom għal riskju, inkluż fuq saħħithom. Għalhekk l-apprezzament tagħna għandu jkun kbir mhux biss illum imma f 'kull ċirkostanza. Min iħabbat wiċċu ma' problema ta' saħħa jaf sew li jsib il-faraġ ukoll mingħand il-professjonisti li jkunu qed joffru u jagħtu l-kura. Ir-ritratti ta' Rachel u Felicienne ifakkruna mhux biss fl-eżempju u l-messaġġ biex nieħdu t-tilqima kontra l-COVID19 imma fuq kollox juruna li anki fl-aktar perjodi mdallma meta ħadd ma kien jaf x'se jkunu u kemm se jkunu kbar l-effetti tal-virus, il- professjonisti fil-qasam tas-saħħa ma fittewx il-kenn ta' darhom imma baqgħu imorru għax-xogħol u jagħtu l-kura li kienet meħtieġa. Il-kuraġġ u l-fiduċja jridu jgħelbu l-biża u t-tħassib Ippermettili naqsam miegħek tħassib dwar biżgħat li qed jinħolqu u jinxterdu dwar it- tilqima li ġiet żviluppata. Hi ironija li wara li tant preokkupazzjoni dwar l-effetti tal-COVID19, l-iżolament, l-iskumdita' li ffaċċjajna u għadna qed niffaċċjaw, il-biża, ir-riperkussjonijiet mediċi u sfortuntament imwiet, issib min jipprova joħloq dubju dwar il-bżonn tal-vaċċin u t-tilqim. L-iżvilupp tal-vaċċin hu riżultat tal-avvanz li sar fix-xjenza. Riżultat tal-iżviluppi fit-teknoloġija. Riżultat tal-investiment fir- riċerka. Il-vaċċin għadda minn proċess rigoruż biex ikun jista' jiġi approvat. L-ebda awtorita' tas- saħħa – kemm regolatorja kif ukoll li tipprovdi s-servizzi tas-saħħa mhi se tissogra u tpoġġi f 'riskju s-saħħa u l-ħajja tan-nies. Dan hu mument ieħor fejn irridu nafdaw f 'idejn l-esperti u l-professjonisti. Il-kuraġġ għandu jgħeleb it-tħassib. Il-fiduċja trid tegħleb il-biża'. Il-mod u ż-żmien li fih ġie żviluppat il-vaċċin joħroġu l-importanza tal-investiment kontinwu fir-riċerka u l-innovazzjoni. Ma setgħax ikun żvilupp vaċċin mingħajr rieda u finanzjament qawwi. L-Unjoni Ewropea tagħti importanza lir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-pandemija għandha tkompli turi li l-innovazzjoni u t-tibdil kontinwu huma elementi essenzjali biex nimxu 'l quddiem. Ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-saħħa tfisser aktar kura u kura aħjar, identifikaw ta' metodi aktar effettivi biex tingħata l-kura, mediċini ġodda u tagħmir aktar sofistikat għall-kura. Fl-aħħar mill-aħħar tfisser titjib fil-kwalita' tal-ħajja tan-nies, pazjenti li jkunu aktar sodisfatti bil- kura li qed jingħataw u aċċess għal aktar servizzi tas-saħħa. Opportunitajiet ġodda bl- innovazzjoni Il-pandemija uriet ukoll l-importanza tal-innovazzjoni u t-tiġdid fil-qasam ekonomiku. L-addattament, il-ġdid, it- tibdil kienu kruċjali biex ħafna mis-setturi jkomplu joperaw, jiġġeneraw ix-xogħol, jassiguraw li l-investiment jirrendi u jsostnu l-impjiegi tal-ħaddiema tagħhom. L-innovazzjoni hi kontributur ewlieni għaż-żieda fil-produttivita' u t-tkabbir ekonomiku. Bir-riċerka u l-innovazzjoni jiġu kkreati opportunitajiet ġodda, iffaċċjati sfidi u l-affarijiet isiru b'modi differenti u b'aktar effiċjenza. L-impenn għal aktar riċerka u innovazzjoni għandu jkun mifrux f 'kull qasam. Settur importanti ieħor hu l-ambjent biex intejbu l-kwalita' tal-arja, l-ilma u ta' dak kollu li jdawwarna u li għandu impatt fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħna. L-istess jgħodd għal qasam tat-trasport u l-mezzi ta' vjaġġar. It-tfal u ż-żgħażagħ iridu jiġu esposti aktar għal kreattivita' Fis-sistema edukattiva tagħna rridu nippromwovu l-kultura favur ir-riċerka u l-innovazzjoni. Irridu sistemi edukattivi li jagħtu spazju u flessibilita' lit-tfal li jesperimentaw, jikkreaw u joħolqu l-ġdid. L-edukazzjoni għandha twaqqa' l-barrieri u mhux toħloqhom b'suġġetti rigidi. Għalhekk jeħtieġ li nagħtu importanza aktar lill- iżvilupp tal-ħiliet tat-tfal. Tul is-snin pajjiżna għamel investiment qawwi fl-edukazzjoni. Ġenituri għamlu sagrifiċċji. Żgħażagħ ikkomettew lilhom infushom għall-istudji. Mijiet ta' studenti f 'istituzzjonijiet differenti jinvestu ħinijiet twal jirriċerkaw, jagħmlu intervisti għall-istudji tagħhom, janalizzaw, jevalwaw, u joħorġu b'konklużjonijiet ibażati fuq ir-riċerka u l-evidenza. Hi ħasra li, għal raġunijiet differenti, ħafna minn din ir- riċerka ma tkomplix tiġi segwita u żviluppata aktar. Is-suċċess tal-istuzzjonijiet edukattivi tagħna m'għandux jitkejjel biss bin-numri ta' gradwati imma wkoll bir-riċerka u l-kwalita' tagħha li ssir. Politika li sssotni u tinċentiva l-ġdid Kull żvilupp ta' politika għandha tagħti importanza lill-innovazzjoni. L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni għandu jkun parti essenzjali mill-budget ta' pajjiżna. Iridu jkunu l-bażi. Il-Gvern għandu jagħti aktar inċentivi biex jitkattar l-investiment fir-riċerka. Jeħtieġ li jkollna l-ambizzjoni li pajjiżna jkun f 'pożizzjoni li jaqsam u jesporta r-riċerka, il-ġdid u s-soluzzjonijiet ġodda li jinħolqu permezz ta' studji li jkunu saru. Awguri Nawgura lilek l-editur, lill- ġurnalisti u l-qarrejja ta' din il-gazzetta s-sena t-tajba mimlija saħħa. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD 18 opinjoni IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Ftit riflessjonijiet dwar l-iStat Mafjuż M eta taqra it-termini ta' referenza imfassla għall-inkjesta pub- blika dwar l-assassin- ju ta' Daphne Caruana Galizia, hu ċar daqs il-kristall x'inhu mistenni minn din l-inkjesta. L-iskop tal-inkjesta hu biex ikun stabilit jekk il-makkinarju tal-istat Malti ħadimx kif kellu jaħdem u jekk dan ikkontribwiex għall-assassinju. Fi it kliem hu mistenni lijinkjesta tistħarreġ jekk dawk li mexxu u qed imexxu l-istatMalti ħadmux fl-interess pubbliku inkella jekk ħadmux fl-interess tal-it. Bħala riżultat ta' dan kellu jkun mistħarreġ jekk dan wassalx biex inħolqot kultura ta' impunità li iffaċilita li uħud jagħmlu li jridu, inkluż li joqtlu. Uħud jargumentaw, u dwar dan għandhom raġun, li l-makkinarju tal-istat Malti qatt ma iffunzjona sewwa. Ikomplu jargumentaw li l-amministrazzjoni l-ġdida tal-2013 għamlet użu minn makkinarju tal- istat Malti difettuż b'mod ferm iktar effiċjenti mill- amministrazzjonijiet preċedenti. Ġew irfinati u intensifikati l-kontrolli politiċi u bħala riżultat ta' dan aċċelleraw it-tnaqqis ta' sens ta' responsabbiltà u tal-kontabilità ta' bosta mill- istituzzjonijiet tant meħtieġa għall-funzjonament tal-istat demokratiku . It-termini ta' referenza għall- inkjesta pubblika li dwarhom intlaħaq ehim f 'Diċembru 2019 jirreferu għall-iżvilupp ta' stat ta' impunità u kif dan seta' jkun evitat permezz tal-osservanza ta' dak li tipprovdi l-liġi, jekk wara kollox hemm provedimenti li huma applikabbli. L-istat Malti hu wieħed Mauż? Ċertament li jkun jekk il-makkinarju tal-istat isir ħaġa waħda mal-kriminalità organizzata b'mod li uffiċjali tal-istat ikunu parti minn, inkella jipparteċipaw ma' organizzazzjoni kriminali. Ix-xhieda li nstemgħet s'issa fis-seduti pubbliċi tal-inkjesta pubbblika juru tkaxkir tas- saqajn da parti tal-awtoritajiet liema fatt witta t-triq għall- iżvilupp ta' kultura ta' impunità. Investigazzjonijiet dwar ħasil ta' flus imxew b'pass ta' nemlu sakemm inbidlet it-tmexxija tat-taqsima fil-Korp tal-Pulizija li tinvestiga r-reati ekonomiċi. Apparti dan, s'issa għad ma nafux x'intqal fis-seduti tal- inkjesta li saru bil-magħluq. L-affarijiet jistgħu jkun ferm agħar minn dak li nafu s'issa! Dak li ġie żvelat waqt l-inkjesta pubblika ma tistax tarah u tiżnu waħdu. Triq tarah ukoll fil-kuntest tax-xhieda quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fejn qed jinġabru l-provi kontra dawk akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia inkella bl- ippjanar tiegħu. Sirna nafu li l-allegat moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia qal lill-Pulizija (waqt l-interrogazzjoni) li hu kien qed jeżegwixxi l-ordini/ xewqa taċ-Chief of Staff ta' Joseph Muscat, Keith Schembri. Da parti tiegħu Keith Schembri jiċħad dan kollu. Il-verità kollha għad ma nafuhiex. Li nafu fiċ-ċert hu li dawk li ħasbu dwar u ippjanaw dan l-assassinju kienu viċin wisq tal-poter politiku fil-pajjiż: bħalma jiġri fi stat Mauż. Kien fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat li dak li ffaċilita l-qtil offrewlu impieg mal-Gvern li kien jitħallas tiegħu mingħajr ma jidħol għax-xogħol. Parti mill-ħlas għal-xogħolu! Il-Ministri li xehdu fl-inkesta pubblika jippuntaw subagħajhom lejn il-magħżulin madwar Joseph (il- Kitchen Cabinet). Min-naħa l-oħra dawk ta' madwar Joseph jilgħabuha taċ-ċwieċ (biex ma jħallsux dwana) qieshom ma' kellhomx idea dwar x'kien qed jiġri. Din hi parti mill-gravità ta' dak li seħħ: l-awtorità spiċċat f 'idejn dawk appuntati flok f 'idejn dawk eletti! Addio r-responsabbiltà kollettiva tal-Kabinett li jidher li tal-inqas xi drabi la kien infurmat u l-anqas kien jaf ezattament x'qed jiġri. Fl-aħħar tal-mazzita ssib iż-żbiba: it-theddid sfaċċat tal- Gvern indirizzat lejn l-imħallfin li qed imexxu l-inkjesta pubblika juri Gvern fi stat ta' paniku. Wieħed jiem l-ansjetà ta' Robert Abela. Wara kollox hu kien il-konsulent legali ta' Joseph Muscat u kien jattendi l-laqgħat tal-Kabinett biex ikun jista' jaghtih pariri aħjar! Bla dubju għandu iktar minn idea tajba dwar ħafna minn dak li ġara! Anke hu għandu ħafna xi jwieġeb dwar dak kollu li ġara. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD L-istat Malti hu wieħed Mafjuż? Ċertament li jkun jekk il-makkinarju tal-istat isir ħaġa waħda mal-kriminalità organizzata b'mod li uffiċjali tal-istat ikunu parti minn, inkella jipparteċipaw ma' organizzazzjoni kriminali Ritratt: Paul Borg Olivier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 January 2021