Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum Ħsara lill-ġenerazzjonijiet futuri D ak li nagħmlu illum jiddetermina l-futur tagħna kif ukoll dak tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna. Is-silġ akkumulat fil-poli qed idub b'rata iktar mgħaġġla minn qatt qabel. L-ilma mis-silġ idub jispiċċa fl-ibħra u ftit ftit jgħolli l-livell tal-baħar li jeffettwa l-kosta f 'kull parti tad-dinja: dan ser jeqred lill-komunitajiet li jgħixu u li jaqgħilu x'jieklu mal-kosta. Anke l-gżejjer Maltin ikunu effettwati minn dan. L-effett ikun jiddependi minn kemm jogħla l-livell tal-baħar. Iktar ma jogħla l-livell tal-baħar, ikbar ikunu l-impatti. Madwar id-dinja l-livell tal- baħar qed jogħla medja ta' 3 millimetri fis-sena. Dan ivarja bejn reġjun u ieħor tad-dinja u ma tindunax bih mad-daqqa t'għajn. Ħadd ma jista' jgħid b'ċertezza dwar kemm ser jogħla l-livell tal-baħar. Imma għall-komunità xjentifika hu ċar li ż-żieda fit- temperatura medja tad-dinja hi kontributur ewlieni biex iseħħ dan kollu. Huwa ukoll ċar li huma l-gżejjer u l-komunitajiet madwar il-kosta li ser ikollhom iġorru fuq spallejhom il-parti l-kbira tal-piz ikkawżat minn dan kollu. Fl-Oċejan Paċifiku iż-żieda fil-livell tal-baħar hi tlett darbiet dik tal-medja globali. B'riżultat ta' dan numru ta' gżejjer li ma kienux wisq il-fuq mil-livell tal-baħar ġja sparixxew u issa jinsabu taħt il- baħar! Fl-Oċejan Indjan, min- naħa l-oħra, il-gżejjer Maldives, destinazzjoni turistika ewlenija, qegħdin f 'qagħda li jistgħu jonqsu b'77 fil-mija fid-daqs jekk il-baħar jogħla sa 50 ċentimetru. Jisparixxu kompletament kemm-il darba l-baħar jogħla metru jew iktar. Jgħaddi ftit taż-żmien biex dak li nagħmlu jkollu impatt. Dan ifisser li għad hemm ftit żmien biex nikkoreġu parti mill-ħsara li saret tul is-snin. Għad nistgħu nnaqqsu l-ħsara li saret b'mod li l-livell tal-baħar ma jogħliex ħafna. Din hi r-raġuni wara l-politika tal-Unjoni Ewropeja biex nilħqu livell ta' newtralità fl-emmissjonijiet tal-karbonju sal-2050. Il-Mediterran huwa effettwat ħafna b'dan il-proċess kollu ta' tibdil fil-klima. Esperti tal-programm ambjentali tal-Ġnus Magħquda (UNEP) li qed jaħdmu fuq pjan ta' azzjoni dwar il-Mediterran (Mediterranean Action Plan) għadhom kif ħejjew rapport intitolat "Risks associated to climate and environmental changes in the Mediterranean Region". Rapport li juri l-isfidi enormi li għandna quddiemna. Mingħajr bdil sostanzjali fil-politika klimatika sal-2040, ir-reġjun Mediterranju jkollu temperatura medja li tkun 2.2 gradi Celsius għola minn dik tal-lum. Flimkien mal-bidliet li qed iseħħu fit-temp dan jeffettwa b'mod drastiku r-riżorsi tal- ilma, l-produzzjoni agrikola, is-saħħa u bosta iktar! Sal-2100 dan kollu jista' jwassal għal żieda ta' metru fil-livell tal- baħar madwarna. L-iktar li jlaqqtuha ikunu dawk li jgħixu u jaħdmu madwar il-kosta. L-industrija tat-turiżmu, bil-parti l-kbira tal-faċilitajiet u infrastruttura tagħha mal-kosta, f 'dawn iċ-ċirkustanzi tisparixxi. Ħdejn l-impatti kkawżati mit-tibdil fil-klima, l-effett tal-Covid-19 ikun qiesu logħob tat-tfal. Il-gvernijiet madwar id- dinja kollha kontinwament qed ikaxkru saqajhom biex jieħdu passi dwar il-miżuri meħtieġa ħalli ż-żieda fit-temperatura globali tkun limitata għal-grad u nofs Celsius u definittivament ma taqbiżx iż-żewġ gradi Celsius. Il-konklużjonijiet tas- Summit Klimatiku li sar f 'Pariġi fl-2015 kienu pass tajjeb il- quddiem biex dan jintlaħaq, imma mhumiex biżżejjed. Hu stmat li jekk dak imwiegħed f 'Pariġi jitwettaq kollu, xorta nkunu għadna l-bogħod biex nilħqu l-miri li nżommu ż-żieda fit- temperatura taħt iż-żewġ gradi. Jekk dan iseħħ iwassal għal diżastru globali. L-ewwel li jlaqqtuha huma l-gżejjer żgħar f 'kull rokna tad- dinja. Din hi r-raġuni għax l-istati gżejjer żgħar isemmgħu leħinhom b'qawwa kbira fil- laqgħat internazzjonali kollha li jkunu organizzati dwar it-tibdil fil-klima. Hi sfortuna li f 'dawn il-laqgħat leħen Malta ftit li xejn jinstema'. Is-skiet ta' pajjiżna f 'dawn iċ- ċirkustanzi huwa ta' ħsara kbira għall-ġenerazzjonijiet futuri fil-Mediterran. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Anke l-gżejjer Maltin ikunu effettwati minn dan. L-effett ikun jiddependi minn kemm jogħla l-livell tal-baħar. Iktar ma jogħla l-livell tal-baħar, ikbar ikunu l-impatti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021