Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum Michael Farrugia 2021: Sena pożittiva għall-anzjani; Jitlaqqmu kontra l-Covid u jgawdu żieda fil-pensjoni Michael Farrugia huwa l-Ministru tal-Anzjani u Anzjanità Attiva B dejna sena ġdida u l-Gvern se jkun qed ikompli fejn ħalla, bil-ħidma tiegħu biex anke fl-2021, inkomplu nip- proteġu dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta' tagħna. Is-settur tal-anzjani huwa settur sensittiv ħafna, b'mod partikolari fiċ-ċirkostanzi li qegħdin ngħixu fihom. Għaldaqstant, sa mill-ewwel ta' Jannar stess, bdejna nagħtu t-tilqima kontra l-Covid-19 lill- anzjani tagħna. Barra minn hekk, allokajna l-ikbar Baġit li qatt kellu Gvern Laburista u fost dawn il-miżuri hemm żidiet fil-pensjonijiet, li jibdew minn dan ix-xahar. It-tilqim konta l-Covid-19 Bdejna mill-anzjani u l-impjegati ta' San Vinċenz de Paul, waqt li aktar kmieni din il- ġimgħa beda t-tilqim ukoll fid- Djar tal-Anzjani, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll fejn il-Gvern xtara sodod. L-appell tiegħi jibqa' wieħed - li mhux l-anzjani biss għandhom jitlaqqmu iżda kulħadd. Irridu niakru li l-Gvern għamel investiment kbir biex jassigura li jkun hemm tilqim għal kulħadd fiż-żewġ dożi li għandna bżonn. Il-Gvern ried jagħti opportunità lil kulħadd – nafu r-restrizzjonijiet li għaddietna minnhom din il-pandemija u kemm ġew affetwati familji u anzjani li ma setgħux jaraw il- qraba tagħhom. It-tilqima se toħodna lejn in- normalità u b'hekk inkunu qed nerġgħu nqajmu l-ekonomija fuq saqajha biex eventwalment, il-Gvern ikun jista' jkompli jsostni l-welfare state ta' pajjiżna, iżid il-pensjonijiet u jsaħħaħ is-settur kollu tal- anzjani u s-saħħa u b'hekk, igawdi kulħadd. Żidiet fil-pensjonijiet La semmejt il-pensjonijiet, irrid infakkar li mas-sena l-ġdida jidħlu fis-seħħ il-miżuri mdaħħla fil-Baġit għal din is- sena. Din is-sena l-Gvern alloka l-ikbar Baġit li qatt kellu Gvern Laburista u fost dawn il-miżuri hemm żidiet fil-pensjonijiet, li jibdew minn dan ix-xahar. Inħossni onorat għax kont jien li ressaqt 'il quddiem ir- riforma tal-pensjonijiet meta kont Ministru responsabbli mis-sigurta' soċjali bejn l-2014 u l-2017. Minn dakinhar, kull sena assigurajna li l-pensjonijet jibqgħu jiżdiedu sena wara oħra. Bdejna minn dawk li qegħdin fil-livelli ta' isfel u issa qed nindirizzaw il-pensjonijiet b'mod ġenerali. Ma ninsewx li anke neħħejna t-taxxa fuq il-pensjoni u b'dawk iż-żidiet li tajna u t-traħħis fit-tariffi fuq id-dawl l-ilma, il- pensjonanti gawdew mhux ftit. Illum, dawk li qegħdin fil- livell ta' faqar assolut niżlu b'aktar minn 60 fil-mija, waqt li l-persuni li ma kinux kapaċi jsaħħnu djarhom naqas b'mod tremend. Dan huwa frott tad- deċiżjonijiet pożittivi li ħadna mill-2013 sal-lum. Għalhekk, huwa importanti li t-tilqima joħodha kulħadd, għax il-Gvern kiel minn ġewwa għax kien bil-għaqal u rnexxielu jġemma', imma issa importanti li nitilqu biex inkomplu nassiguraw il-pensjonijiet u nżiduhom u nkomplu ngħinu lill-familji u lill-poplu Malti u Għawdxi u nkomplu nassiguraw li l-faqar f 'pajjiżna jkompli jonqos – hekk wiegħdna u hekk se nkomplu nagħmlu. Din is-sena l-Gvern alloka l-ikbar Baġit li qatt kellu Gvern Laburista u fost dawn il- miżuri hemm żidiet fil- pensjonijiet, li jibdew minn dan ix- xahar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021