Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027
17 letteratura illum • IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jirrifletti dwar il-ġabra ta' stejjer qosra Mill-Bieb 'il Ġewwa tal-awtriċi Loranne Vella. Fl-isfond ta' esperiment intertestwali tiegħu – imnebbaħ mill-poeżija ewlenija tagħha Il-Verbi ta' Kuljum – jiftaħ billi jaqleb ta' taħt fuq il-versi tagħha sabiex qabelxejn jagħtina l-litaniji tal-verbi tal-lejl. Ikompli billi jħabbar il-wasla ta' Vella bħala artista multidixxiplinari kontemporanja ewlenija. Ikompli billi jiddeskrivi dawn it-testi – l-iżjed minħabba l-vjolenza psikosesswali tagħhom – bħala daqqa ta' ponn taħt iċ-ċinturin, f'ċertu sens partikulari tal-kelma. Jidentifika diversi paralleli mal-metafori spinti tat-testi simboliċi tal-kittieb u ħassieb Franċiż Georges Bataille. Itemm bl- esperiment li fetaħ bih, voldieri bil-litaniji tal-verbi tal-lejl... naf min kienu dawn l-għorrief. Imnalla kien il-pubblikatur Ede Books. Madankollu Vella ma qatgħetx qalbha u baqgħet temmen fil- potenzjal qawwi ta' dawn it-testi, tant li – b'kollaborazzjoni mad- Dipartimenti tal-Arti Diġitali u tal-Istudji Teatrali tal-Università ta' Malta u bl-appoġġ tal-Project Support Grant tal-Kunsill Malti għall-Arti – ittrasformat ħafna minn dan il-materjal fil- prestazzjoni multidixxiplinari (take a look inside (me)) li ttellgħet mill-Barumbara Collective fil-Valletta Contemporary. F'intervista ma' Teodor Reljić għall-ġurnal MaltaToday rigward il-proġett kollu, bl-isem Like a Punch in the Stomach – li għandu mnejn kienet ikun aħjar li ngħatat it-titlu Like a Punch Below the Belt – Vella rrimarkat illi l-prestazzjoni tqieset bħala l-iktar proġett ambizzjuż li qatt daħlet għalih. U bir-raġun: teatru, żfin, installazzjonijiet, fotografija, film, mużika u sintendi – letteratura. Ibda biex, jekk xejn, iżjed minn qatt qabel, b'din tal-aħħar Vella asserixxiet ruħha bis-sod bħala waħda mill-iżjed viżjonarji versatili u multidixxiplinari kontemporanji ta' pajjiżna. Tassew: bħal daqqa taħt iċ- ċinturin. U qiegħed ngħid mhux bit-tifsira ordinarja tal-idjoma Ingliż fis-sew is-soltu tiddenota u tikkonnota – l-iżjed fid- dixxiplini sportivi kumbattivi – għemil offensiv, skorrett u inġust. Iżda, pjuttost, għax kważi kull storja – l-iżjed jekk tinqara b'mod intimu – kapaċi triegħex u tweġġa' bl-iktar modi qawwijin possibbli. Bejn il-linji – ġieli wkoll sfaċċatament fil-wiċċ iżda rari bl-imgħarfa – il-qarrejja jistgħu jġarrbu ċerta vjolenza psikoloġika tabilħaqq punġenti. Il-faxxinu ta' dawn id-daqqiet ta' ponn – biex insejħulhom hekk – jinsabu wkoll fil-fatt illi n-narrattivi jitilqu minn punt ta' tluq ordinarju ħafna, bħal ngħidu aħna għemejjel u ħwejjeġ komuni bħal kikkra kafè, doċċa, moxt, jigsaw puzzle, torta tal- irkotta. L-istraordinarju fil-biċċa l-kbira għaldaqstant jinsab fil- mod kif Vella tgħarbel it-trawmi mentali li jqajmu dawn l-oġġetti fil-karattri – jew forsi aħjar fil- karattru – li tiżvelalna sakemm imbagħad tgħaqqad – fl-aħħar test li mill-bieb 'il ġewwa jeħodna mill-bieb 'il barra – ħafna minn dawn in-nies f 'mostru wieħed b'ħafna rjus, ħajjiet, narrattivi u jinijiet illi jintisġu f 'xulxin bħal fuq xi tila ta' Picasso jew test Pirandelljan. Minkejja dil-kefrija, ħadd ma jista' jixli lil Vella l-kittieba b'diżonestà letterarja gratwita: qabelxejn, bħal sajjetta skjetta, f 'test ewlieni minnhom, sewwasew fl-istqarrija Jien il-Folla, ma tonqosx milli twissina: "Jien il-folla, u ma nħenn għal ħadd". Minn daqshekk, patti chiari, amiciza lunga. U b'mod simili iżda elowkenti mbagħad f 'Ħaġa Moħġaġa: "Jien ħaġa moħġaġa, diffiċli taqta' min jien, nista' ndum ngħaddilek ħjiel wara l-ieħor, tarfi m'int se ssib qatt. Biss biss, lanqas għadni sibt tarfi jien stess". Għal mument stħajjiltni qiegħed naqra dwar l-arketip antropomorfiku Anima skont Marie-Louise von Franz, jew inkella xi silta misluta mill-manifest tal-femme fatale la Colette Peignot – dil-mara kienet iġġenninni. Bħala qarrej assidwu ta' Georges Bataille ma stajtx minn daqqiet ma niakarx kemm fih u kemm fl-attriċi Colette Piegnot, b'mod partikulari fil-korrispondenzi skjaċċanti li ntbagħtu bejn dawn it-tnejn. Terġa' u tgħid, il- fotografija brillanti ta' Zvezdan Reljić illi takkumpanja sija dawn it-testi u sija l-proġett multidixxiplinari msemmi qabel għandha kemxejn mid-diversi motivi simboliċi – għad illi ferm inqas espliċiti – ta' wħud mix-xeni vjolenti li nsibu fir-rumanz tiegħu L'histoire de l'œil (L-Istorja tal- Għajn, 1928), possibbilment ukoll fir-rumanz Madame Eduarda (1945). Biex ma nsemmux ikoll ċertu rakkont dwar bewl u ostji. Barra dan, is-senswalità erotika – spiss imfissra b'sottosfondi ta' ħsus psikosesswali – tħalli xbihat b'setgħa li jibqgħu jittratienu stinati f 'moħħ il-qarrejja b'dika ċ-ċerta dnewwa: l-istħajjil tal- irġiel sejrin jimmasturbaw fil- loki għal riħ bla xita, il-pastizz imqaxxar u t-tbenġil stampat fuq il-warrani jibri mill-ħġieġ tal- vetrini ħomor, il-modus operandi nkejjuż (innoċenti u mhux) ta' Karen il-cock-teaser, is-Samiritan it-Tajjeb illi l-pjaċir iħobb jirċivieh daqs kemm jagħtih, it-tessut poruż tax-xugaman jassorbi bħal kartaxuga kull qatr'ilma mill- ġisem imlaħlaħ mid-doċċa, is- swaba ppuntati jissossaw bejn il- koxxtejn jaħilfu li jaqtgħu l-ħajta, iż-żobb li jidħol jinsatar f 'qoxortu għall-irdoss mill-paranojji, l-immaġnijiet tal-leggings ileqqnu ssikkati mas-sorm illi kapaċi tqanqal sempliċement kikkra kafè. Anke dawn taħt iċ-ċinturin... Baħnan... Kmieni dalgħodu, jien u nikkonjuga bizzilla – bla dizzji jew indizji – il-verbi tal- lejl, erġajt ħlomt bil-poeżija ta' Loranne Vella Il-Verbi ta' Kuljum. Intant, hemm taħt, hemm isfel, fil-qigħan tal-inkonxju ta' moħħi, komplew jinġemgħu mkebba f 'liżar għasra u jinten l-metaf 'ri ddettati mil-lataniji tal-verbi tal-lejl: l-istejjer tal-għajn skont Bataille, id-dmugħ, il-ħalib u l-isfar tal-bajd, l-irkotta friska, l-isperma u d-demm, bewl u ostji touch me baby tainted love... sakemm in-ngħas, għal darb'oħra, reġa' wassallni 'l quddiem (u mhux lura) għall-ħinijiet ta' billejl. Bejn b'disprezz u b'kuraġġ erġajt sfidajt il-verbi ta' kuljum u fid- dlam ħassejtni kollni kemm jien – b'kull jien illi jien – jerġa' jfeġġ fid-dieher, għad illi biss mill-bieb 'il ġewwa. Dak xogħolhom il-verbi tal-lejl. Mela x'inhu. Iżda mhux possibbli li dan biss kulma jien: dawra mejt bil-kontra mal-arloġġi li jtennu l-ħaġa moħġaġa li nsir kuljum preċett minn lejl għal lejl. Iżda kos, minn banda dal-ħsieb iqanqalni, iferraħni. Kont nitbissem, kieku stajt... Loranne Vella