Illum previous editions

ILLUM 10 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1327027

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' JANNAR 2021 • illum Minkejja li ż-żewġ gżejjer huma integrali, Għawdex huwa distint minn Malta. Is-Sur Ivan Fava, mill-Awtorità tal-Ippjanar, jaqsam il-ħsibijiet tiegħu dwar ir-raġunijiet għaliex strateġija imfassal apposta għall-iżvilupp ta' Għawdex hija fundamentali. Ħafna mis-sbuħija rurali u kostali ta' Għawdex ġiet ppreservata. Il-ħajja fil-gżira għad għandha sens ta' kalma fil-kultura u t-tradizzjoni lokali. Madankollu, l-urbanizzazzjoni hija notevoli, u d-dibattitu dwar l-impatt negattiv tagħha fuq il-gżira qiegħed jkun fattur jaħraq. "L-ambjent u l-wirt ta' Għawdex huma fatturi ewlenin li jiġbdu kemm lir-residenti kif ukoll il- viżitaturi lejn il-gżira," jgħid Ivan Fava, Maniġer fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar. Lura fl-2015, l-Awtorità xeħtet l-attenzjoni fuq l-opportunitajiet ta' żvilupp uniċi ta' Għawdex, kif ukoll l-isfidi, meta ħolqot il-viżjoni spazjali tagħha għat-tkabbir ta' Malta: il- Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED). "Ippjanar spazjali ta' suċċess jinvolvi proċess bilanċjat u j e ħ t i e ġ ħ s i e b sostanzjali minn qabel," jispjega s-Sur Fava. "Fl-iSPED, aħna bdejna nippromwovu t-tkabbir soċjoekonomiku ta' Malta u nissalvagwardjaw il-kwalità tal- ħajja u l-ambjent naturali permezz t'objettivi fit-tul għal żoni urbani, rurali, kostali u tal-baħar tagħna. Aħna trattajna lil Għawdex bħala żona separata għax minkejja li l-gżira għandha l-istess żoni spazjali bħal Malta, tippreżenta dinamika differenti." Bħala gżira li tagħmel parti minn gżira oħra, Għawdex jiffaċċja bosta realtajiet li jirriżultaw mill- insularità doppja tiegħu. Malta tinqata' mill-Ewropa, iżda Għawdex terġa' tinqata' minn Malta. Filwaqt li dan ifisser li l-popolazzjoni ta' Għawdex hija inqas densa minn dik ta' Malta, li jgħinha żżomm it-trankwillità tagħha, ir-residenti tagħha jiffaċċjaw bosta żvantaġġi komparattivi. "Għawdex ibati l-iżvantaġġi ta' economies of scale baxxi," ikompli s-Sur Fava, "u l-opportunitajiet ta' xogħol diffiċli ssibhom. L-emigrazzjoni ta' residenti fl- età tax-xogħol hija komuni, u kwistjonijiet ikkawżati minn popolazzjoni li qed tixjieħ qed joħorġu aktar malajr milli f 'Malta. " Biex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq Malta, l-iSPED jisħaq li l-iżvilupp ekonomiku ta' Għawdex irid jipprovdi impjieg adegwat billi jinnomina ċentri tan-negozju fir- Rabat, Marsalforn, ix-Xlendi u x-Xewkija, immirati lejn is-setturi tal-bejgħ tal-ħwienet, it-turiżmu, il- kultura u l-industrija. "L-idea hi li niġġeneraw ix-xogħol f 'partijiet ta' Għawdex li diġà ġew urbanizzati. It-tisħiħ tal-impjiegi m'għandux ikun għad-detriment tal-ambjent, ir-riżorsi naturali, l-kultura u l-identità ta' Għawdex, għax dawn huma l-kwalitajiet li jiġbdu viżitaturi u investituri. Għal din ir-raġuni, l-għan huwa li Għawdex isir gżira ekoloġika, u biex nagħmlu dan, l-ambjent u l-wirt tiegħu għandhom jiġu mħarsa b'mod sostenibbli." Anki jekk it-turiżmu lejn Għawdex ma jilħaqx l-istess numri bħal f 'Malta, it-turist jidher li jonfoq iktar flus fil-gżira. Għawdex huwa partikolarment favorit minn dawk imħajra bl-abbundanza tagħha ta' siti tal-iscuba diving, li spiss jikklassifikaw fost uħud mill- aqwa fil-Mediterran. "Il-kapitalizzazzjoni fuq it- turiżmu hija triq ta' żvilupp loġiku li trid issegwi," jirrimarka s-Sur Fava, "imma aħna qed nippromwovu qafas li jipproteġi, aktar milli jagħmel ħsara, il-karatteristiċi li jiġbdu lin-nies lejn il-gżira. Huwa għalxejn li jiġu iktar turisti biex tingħata spinta lill-ekonomija jekk deċiżjonijiet oħra jispiċċaw inaqqsu l-kwalitajiet li ħajruhom iżuru din il- gżira". "L-istatut ta 'eko-gżira' ta' Għawdex huwa vitali minħabba li jistabbilixxi mira, iżda l-iSPED huwa pjan strateġiku biex isegwi l-pajjiż kollu. Hemm bżonn ta' azzjoni konkreta biex l-intenzjoni tal-eko- gżira ssir realtà. L-Awtorità tiffaċilita l-azzjoni permezz ta' inċentivi finanzjarji u tinnomina oqsma għall-iżvilupp u l-protezzjoni, iżda l-implimentazzjoni fuq il-post tiddependi l-aktar fuq il-kunsilli lokali u partijiet interessati oħra. L-irwol tal-Awtorità huwa li twettaq valutazzjoni tal- applikazzjonijiet tal-iżvilupp ibbażati fuq il-miri tal-iSPED għal Għawdex u li tiżgura li l-proġetti ma jimpedixxux dawn il-miri." L-iSPED issa qed jilħaq l-ewwel reviżjoni tiegħu wara ħames snin. Filwaqt li se jkompli jipprovdi direzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli ta' Malta u Għawdex, is-Sur Fava jenfasizza li s-suċċess futur jiddependi fuq azzjoni miiehma fil-livelli kollha, inkluż l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. "Hekk kif insaħħu dak li diġà hemm fl-iSPED u nżidu kunsiderazzjonijiet ġodda, il- proċess tar-reviżjoni tad-dokument huwa mument opportun għan-nies biex isemmgħu leħinhom f 'dan il- livell strateġiku. Deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp u l-ippjanar u l-policies sussidjarji se jkunu bbażati fuq l-għanijiet tal- iSPED, allura issa huwa l-waqt li tikkontribwixxi ideat u tindirizza kwistjonijiet importanti. Nistieden lill-komunità Maltija biex tipparteċipa fil- konsultazzjonijiet pubbliċi tagħna għax jekk mhux issa, allura meta? Għada jkun tard wisq. " Il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall-Ambjent u l-Iżvilupp jinsab fuq il-websajt: https://www.pa.org. mt/strategic-plan 'Wasal iż-żmien li nfasslu l-futur għal Għawdex' Is-swar taċ-Ċittadella Il-Mitħna ta' Kola Ivan Fava

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 January 2021