Illum previous editions

ILLUM 17 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1330258

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Ngħixu ħajja aħjar IL-ĦADD 17 TA' JANNAR 2021 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 K ultant issib min jistaq- si – imma Ministeru għar-Riċerka u l-Inno- vazzjoni x'inhu eżatt? Għaliex huwa meħtieġ? Jien irrid li bil-ħidma li qed nagħmlu niġu f 'punt fejn in-nies jibdew jistaqsu mhux x'inhu Ministeru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni imma kif konna ngħaddu mingħajru. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma ċ-ċavetta biex ħajjitna tkun aħjar u bħala poplu nkomplu nimxu 'l quddiem bi kwalità ta' ħajja aħjar u f 'setturi kruċjali għal pajjiżna. Ejja nieħdu settur li hu importanti ħafna – dak tal- ilma u l-enerġija. Bis-saħħa tal-innovazzjoni nistgħu ntejbu l-livell tal-għixien bis-sejba ta' soluzzjonijiet li jagħmlu d-differenza. Iktar kmieni din il-ġimgħa, flimkien mal-Ministru responsabbli, fost oħrajn, minn dawn iż-żewġ setturi Miriam Dalli, ħabbarna ħames proġetti li se jkunu qed jibbenefikaw minn total ta' €558,000 għal riċerka u innovazzjoni fl-oqsma tal-enerġija u tal-ilma. Hawnhekk irrid nifrah u nirringrazzja minn qalbi lill- Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma tal-viżjoni tagħha li tiffinanzja r-riċerka. J'Alla iktar entitajiet regolatorji jagħmlu l-istess ħaġa. Dawn il-fondi se jkunu qed jgħinu lir-riċerkaturi jiffukaw fuq setturi varji fosthom it-titjib fl-effiċjenza u l-produzzjoni tal-ilma u l-enerġija kif ukoll l-integrazzjoni ta' riżorsi rinnovabbli fil-grid. Dawn il-proġetti, li qed jaraw l-involviment ta' numru ta' dipartimenti mill-Università ta' Malta flimkien mas-settur pubbliku, se jkunu qed jiffukaw ħidmiethom fuq aspetti ta' riċerka u innovazzjoni li eventwalment iwasslu għal tisħiħ tas-setturi tal-enerġija u tal-ilma. F'dan is-sens kuntent ħafna bl-involviment tal-Università ta' Malta li għal darba oħra qed tkun proattiva u fuq quddiem fejn tidħol ir-riċerka f 'pajjiżna. L-isfida tal-enerġija fis-seklu wieħed u għoxrin tirrikjedi li l-gvernijiet, ir-riċerkaturi, il- komunità u l-investituri privati jikkollaboraw biex iħarsu lejn l-ippjanar tal-enerġija aktar milli jipprovdu biss servizzi ta' enerġija. L-irwol tar-riċerka għandu importanza kbira fis- sostenibbiltà tal-enerġija u dan huwa eżempju ċar ta' kif l-akkademja tista' tersaq aktar lejn il-komunità. Riċerka f 'dan is-settur tal-enerġija għandha effett fuq kulħadd tant li aħna kollha konsumaturi. Aħna ninsabu kommessi li tingħata l-assistenza kollha biex il- benefiċċji tar-riċerka jaslu għand il-pubbliku. Biex nilħqu l-miri tal-UE, l-effiċjenza fl-enerġija trid tiżdied. Dawn il-proġetti huma kollha mezz effettiv ta' kif nistgħu nilħqu dawn il-miri. Bħala pajjiż huwa importanti li nkomplu ninċentivaw soluzzjonijiet li jirriflettu r-realtajiet ta' gżira żgħira bħal Malta filwaqt li nkomplu nassiguraw li l-konsumaturi jibqgħu jgawdu minn provvista sigura u minn prezzijiet affordabbli. Permezz tar-riċerka jeħtieġ jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi preżenti u futuri, partikolarment dawk li huma speċifiċi għal Malta. Aħna bħala Gvern kommessi u konvinti li investiment fir-riċerka huwa s-sigriet għal industrija b'saħħitha u kompetittiva L-importanza tal-ħidma konġunta bejn l-akkademja, l-industrija u s-settur pubbliku sabiex il-policies li jiġu żviluppati jkomplu jkunu bbażati fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-proġetti li ġew magħżula se jkunu qed jiffukaw fuq aspetti tekniċi u innovattivi f 'diversi setturi fosthom il- ħażna tal-enerġija elettrika f 'batteriji u forom oħrajn ta' ħażna, effiċjenza ogħla fl-operat tal-pannelli tax-xemx, titjib fit- togħma tal-ilma tal-vit kif ukoll monitoraġġ tal-ilma tal-pjan u dak preżenti fil-ħamrija. Il-proġett ESTELLE, perezempju, mistenni jiffoka fuq aspetti tekniċi u ekonomiċi fl-użu tal-batteriji għall-ħażna tal-enerġija elettrika, kif ukoll f 'forom oħrajn ta' ħażna. Dan huwa importanti f 'kuntest ta' sehem dejjem akbar ta' elettriku ġej minn sorsi rinnovabbli. Il-proġett IPCoSy, imbaghad, mistenni jiżviluppa sistema innovattiva sabiex pannelli tax-xemx ikunu jistgħu joperaw f 'temperaturi aktar baxxi u għalhekk titjieb l-effiċjenza u l-livell ta' ġenerazzjoni ta' energija rinnovabbli. Il-proġett PURILMA se jaħdem fuq riċerka sabiex jiġu identifikati teknoloġiji innovattivi għall-purifikazzjoni tal-ilma sabiex jitjiebu kemm it- togħma u r-riħa tal-ilma tal-vit ipprovdut mill-Water Services Corporation Il-proġett WetSoil se jħaddem sistema ta' kejl u monitoraġġ tal-kontenut tal- ilma fil-ħamrija Il-proġett SIGMA mistenni jiżviluppa sistema innovattiva ta' monitoraġġ tal-ilma tal-pjan ibbażata fuq dejta miġbura mill- Malta Seismic Network. Kif għidna kemm il-Ministru Dalli u kemm jiena, aħna grati lejn dawn ir-riċerkaturi li qed jagħmlu xogħol importanti ħafna u rridu li l-istess ħaġa tiġri f 'oqsma daqstant importanti tal-ħajja tagħna. Ejja ħalli nsaħħu ekosistema robusta ta' innovazzjoni!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 January 2021