Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1332643
12 intervista IL-ĦADD 24 TA' JANNAR 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Charles Mifsud. Ilu snin jaħdem fis-skiet, mingħajr ħafna daqq ta' trombi, ma' dawk li jkunu waslu biex jiskontaw is-sentenza tagħhom biex malli jirritornaw lura fis- soċjetà, ikollhom diġà bażi soda u malajr jkunu jistgħu jerġgħu jieħdu r-rigni tal- ħajja f 'idejhom. Mhux l-ewwel darba li l-ILLUM tkellmet ma' Mifsud iżda dan l-aħħar smajna ħafna aħbarijiet dwar il- ħabs u l-ħajja tal-priġunieri u għalhekk il-gazzetta poġġiet mill-ġdid bilqiegħda miegħu, biex tiem aħjar l-esperjenzi ta' dawn il-persuni. Mifsud, wieħed mill-fundaturi ta' RISe fakkar kif il-Fondazzjoni bdiet tiffunzjona fl-2013 anke jekk dak iż-żmien kien għadu ma bediex il-programm residenzjali. Fl-2016, il-Fondazzjoni fetħet ir-residenza tagħha fil- Belt Valletta u laqgħet l-ewwel residenti. "Sal-lum, għaddew 55 resident minn dan il-programm. Forsi jidher numru mhux daqshekk kbir imma wieħed irid iżomm f 'moħħu li l-programm huwa twil madwar sena," beda jispjega Charles. Tal-insurance u l-banek ma jaċċettawhomx għax kienu l-ħabs Bdejna minnufih nitkellmu dwar l-isfidi li jiffaċjaw dawk il-priġunieri li jkunu temmew il-programm u anke s-sentenza tagħhom u għalhekk ikunu jistgħu jerġgħu jirritornaw għall-ħajja tagħhom. "L-isfidi dejjem jibqgħu, anke għal min jagħmel il-programm. Aħseb u ara għal dawk li mill-ħabs isibu ruħhom minnufih barra," beda jispjega Charles Mifsud. "Aktar ma wieħed se jdum il-ħabs, aktar se jsibha diffiċli biex jintegra fis-soċjetà. Jekk persuna tkun għamlet għaxar snin il-ħabs, anke jekk jagħmel il-programm, tkun missejtlu biss il- wiċċ. Dawk l-għaxar snin jibqgħu ttimbrati. Għaxar snin mhux ċajta." Hemm imbagħad sfidi oħra, li fi kliem Mifsud, toħloqhom l-istess soċjetà. Spjega pereżempju kif mhux l-ewwel darba li eks priġunier, li beda jaħdem, meta jiġi biex ipoġġi l-paga il-bank, il-bank ma jaċċettahx, sempliċiment għax kien il-ħabs. "Dan mhux qed jissellef. Dan irid biss idaħħal il-paga l-bank," insista Mifsud. "Kellna oħrajn li marru għand tal- assigurazzjoni għax xtraw karozza, u dawn ma jaċċettawhx għax eks ħabsi." Ikun hemm min isibha diffiċli biex isib xogħol jew inkella jiġi eskluż minn ċertu xogħlijiet. Semma każi ta' eks priġunieri, li għamlu l-kors tal-uffiċjali tas-sigurtà, għaddew imma l-Kummissarju ma ħarġilhomx il-liċenzja għax kienu l-ħabs. "Ftit ilu kien hemm każ il-Qorti dwar dan. Il-persuna rebħitha u l-liċenzja kellha tinħareġ," kompla jispjega. 'Lil min irid ibiddel ħajtu, s-soċjetà għandha dmir li tgħinu' Kien hawn li Mifsud saħaq li s-soċjetà ma tagħmilx distinzjoni bejn xi ħadd li ħareġ mill-programm u xi ħadd li ħareġ direttament mill-ħabs. "Għalhekk irridu nagħfsu aktar fuq programmi bħal dawn biex persuni li jkunu għamlu dawn il-programmi, igawdu wkoll minn ċertu benefiċċji. Hemm differenza bejn xi ħadd li qiegħed il-ħabs u ma jrid jagħmel xejn u dawk li ndunaw li għamlu żball, ma jridux jirrepetuh u qed jagħmlu minn kollox biex ma jirritornawx lura l-ħabs. Lil dawn, is- soċjetà għandna dmir li tgħinhom," kompla jisħaq Mifsud. 'Dan proġett pilota li ħalla r-riżultati' Fid-dawl ta' dan, l-ILLUM tistaqsih jekk jaħsibx li għandu jkun hemm aktar programmi simili u jekk il-Fondazzjoni RISe qattx ħasbet li twessa' l-operat tagħha biex tilqa' aktar priġunieri. "Il-ħsieb tagħna huwa li nkabbru l-operat u matul din is-sena qed nippjanaw li nibdew nirranġaw residenza oħra. Din hija xhieda li l-Gvern u l-awtoritajiet qed jirrikonoxxu li min jagħmel il-programm, qed jagħmel aktar progress fis-soċjetà minn min joħroġ direttament mill-ħabs," beda jwieġeb Mifsud. "Diġà għamilna progress. Dan il-kunċett ma kienx jeżisti sa it ilu. Dan kien proġett pilota li qed iħalli r-riżultati u għalhekk jista' jikber." Kien hawn li l-ILLUM staqsietu kemm hi r-rata tar-reċidiviżmu għal dawk li jkunu wettqu l-programm tar-RISe, b'Mifsud jisħaq li kienu 5% biss li reġgħu waqgħu għall- kriminalità. "Ilna it snin imma l-programm qed ikollu suċċess kbir. Jidher li hemm tendenza, li min jerġa' jaqa' għax ikollu jew kellu problema tad- droga," kompla jispjega. "Ħafna minn dawk li temmew il-programm tagħna qed jaħdmu u qed jerġgħu jibnu ħajjithom." Fil-fatt, il-Fondazzjoni RISe tassigura li min joħroġ mill-programm ikollu diġà xogħol f 'idu u jkun dera fih biex minnufih ikun kapaċi jgħix ħajja indipendenti. "Aħna rridu li jkun hemm kontinwazzjoni bejn meta persuna tinsab hawn magħna għal Kastiġi fil-ħabs: 'Irridu nieqfu u naħsbu ta' kastig jew ħabs ta' rijabilitazzjoni' Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Charles Mifsud mill- Fondazzjoni RISe u titkellem miegħu dwar l-aħħar aħbarijiet u tħassib li qam dwar il-ħabs. Titkellem miegħu wkoll dwar l-importanza u r-riżultati li qed iħalli l-programm tal-Fondazzjoni RISe. Wasal iż-żmien li dan il-programm jikber? X'inhuma l-isfidi li qed jibqgħu jiffaċċjaw eks- priġunieri? Charles Mifsud: Fundatur Fondazzjoni RISe