Illum previous editions

ILLUM 31 January 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1335205

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 31 TA' JANNAR 2021 ma għandhiex figuri f 'idejha, innutaw kwistjonijiet partikolari fosthom ta' problemi ta' abbuż emozzjonali u xi kultant fiżiku, fuq żgħażagħ LGBTIQ, minn ġenitur li mhux jaċċetta s-sitwazzjoni. Tfakkar li fejn qabel kellek iż-żagħżugħ li kien iqatta' ħafna ħin barra ma' sħabu, għal xi żmien kienu qed iqattgħu l-ħin kollu d-dar. "Allura jkollok ġenitur jew membru tal-familja partikolarment ostili fid-dar u l-vittma ssofri aktar." Hija sostniet li l-agħar hija meta l-problema kienet hemm diġa' imbagħad tisplodi - ghax madwarek tiggrava s-sitwazzjoni. Tissaporti sakemm jitilqu l-ulied, imbagħad tirrapportah Indawru ħarsitna issa lejn l-anzjani. Kemm hi komuni l-vjolenza domestika fost l-anzjani jew inkella saħansitra bejniethom? Friggieri tgħid illi din ir-realtà hija eżistenti fost l-anzjani u hija fenomenu, li mhuwiex marbut mal-pandemija. "Xenarju partikolari li naraw huwa meta raġel ikun alkoħoliku per eżempju u l-anzjana ħajjitha tissapporti u jkun biss wara li t-tfal jkunu telqu mid-dar li tkun aktar voċifera, bil-konsegwenza li ġieli tispiċċa vittma ta' vjolenza. Hemm każi fejn l-abbuż jkun ilu għaddej u malli l-aħħar wild jitlaq mid-dar, tmur tagħmel rapport lill-pulizija." Hi tgħid li jkun hemm min jistaqsi "għaliex issa?" hekk kif hawn qed nitkellmu fuq persuni li jkunu anzjani. Tfakkar imma li l-abbuż ikun ilu għaddej u jkunu ilhom jissapportu qabel jieħdu dan il-pass. Il-Kummissarju Audrey Friggieri qalet illi kien hawn każi wkoll ta' ulied li jkollhom il-vizzju tad-drogi, li jsawwtu lill-ġenturi tagħhom meta dawn ma jagħtuhomx flus sabiex jixtru d-drogi. "Ħafna drabi, sfortunatament ma jirrapportawx għax hija diffiċli li l-ġenituri jirrapportaw lil uliedhom - ħallieha li f 'dawn il-każi kien jagħmillhom aktar ġid kieku ġew irrapportati." 'Kollox jibda mit-trobbija' Imma din il-ferita tal-vjolenza domestika, qatt nistgħu realment nirbħuha? Dan dejjem se jibqa' jkollna persuni li jkollhom stima baxxa tagħhom infushom, nies insiguri u pussessivi, ilkoll karatteristiċi komuni fost l-aggressuri u anke l-vittmi. Imma dan iċ-ċiklu allura jista' jitwaqqaf xi darba? "Iva wieħed hawn qed jitratta lill- bnedmin, kemm l-aggressur kif ukoll il- vittma," tibda tispjega Friggieri. Tgħid illi ħafna drabi meta nitkellmu dwar l-agressur inkunu rridu nisimgħu biss kundanni, imma tfakkar li wara kollox dan huwa bniedem ukoll li ħafna drabi jkollu valuri, twemmin, karattru differenti - ħafna drabi riżultat dirett tat-trobbija. "Ġeneralment ikunu trabbew f 'familja fejn l-abbuż huwa aċċettabbli. U allura jkunu assorbew dan l-ambjent, mhux biss ta' abbuż imma wkoll ta' post ir-raġel u post il-mara, kif rawh id-dar." Hi tgħid li ħafna drabi allura f 'sieħeb jew sieħba dik il-persuna tfittex dak li kienet tara f 'ħaddieħor. "Aħna ma naqgħux minn vakuum, xi tabula rasa. It-trobbija hija essenzjali. Fejn trabbejt, kif trabbejt, il-formazzjoni tiegħek ... iċ-ċirku vizzjuż minn hemm jibda u jibqa' jirrepeti ruħu. U għalhekk dak li għandna bżonn huwa bidla fil-kultura, bidla rivoluzzjonarja illi fiha l-midja, l-istituzzjonijiet soċjali u l-persuni fil- poter kollha jkunu fi ħsieb wieħed favur l-ugwaljanza. Fejn ħadd ma għandu jedd fuq ħadd," tkompli tispjega Friggieri. Hi qalet illi hemm diversi fatturi li jistgħu jwasslu għal dan iċ-ċirku vizzjuż: Minn persuna li rat l-abbuż fit-tfulija, għal tipi differenti ta' diżordni ta' personalità - minkejja sfond u trobbija tajba kif ukoll persuna bla ebda storja ta' vjolenza li jkun vjolenti wara li per eżempju jiġi tradut, dak li jissejjaħ crime of passion. "Dan huwa suġġett ta' ħafna griż. Mhux kwistjoni ta' iswed u abjad." 'Sar progress kbir fil-Korp tal-Pulizija' Il-gazzetta tistaqsi dwar diversi rapporti li saru, inkluż mill-Parlament u tistaqsi jekk dawn humiex qed jiġu implimentati u jekk iva, x'suċċess sar sa issa. Fil-Korp tal-Pulizija kien hemm progress f 'dan il-qasam? "Iva, sar progress kbir," twieġeb il- Kummissarju. "Biss, biss kemm ili jiena Kummissarju infetaħ il-Unit tal-Vjolenza Domestika, post speċjalizzat illi fih jingħata servizz li dawk kollha li jkollhom bżonn l-għajnuna." Tispjega kif issa hemm allura blokka apposta fid-Depot li hija ddedikata propju għal dawk li jagħmlu rapporti ta' vjolenza domestika. Fil-fatt issa jekk mara tmur l-għassa tal-lokal biex tagħmel rapport tittieħed mill-ewwel f 'din il-parti tad-depot fejn ikun hemm pulizija speċjalizzati fl- aspett personali, legali u anke soċjali. "In-nies li jaħdmu hemm huma mħarrġa u sensittivi ħafna," tgħid Friggieri. '... imma hemm bżonn titjib fil-proċess ġudizzjarju' U fejn temmen li għandu bżonn isir progress? Twieġeb mill-ewwel; "Żgur il- ġudizzjarju." Hija tilmenta dwar id- dewmien biex jinqatgħu s-sentenzi kif ukoll tilmenta dwar dik li tara bħala tendenza li s-sentenzi jkunu inflwenzati mill-esperjenzi personali tal-ġudikant. "Il- maġistrati jkunu esperti fil-liġi, imma xi kultant forsi mhux sensittivi biżżejjed għal dawn ir-realtajiet." Hi tkompli tgħid li l-Kummissjoni qed taħdem qatigħ mas-settur tal-edukazzjoni għalkemm qalet ukoll li jixtiequ aktar. "Nixtiequ li fis-sillabu jkun hemm aktar għarfien dwar ir-rispett lejk innifsek, dwar l-abbilità li tkun kritiku tal-informazzjoni kollha li jkollok quddiemek, dwar x'għandek taqra jew le." Friggieri qalet illi filwaqt li suġġetti bħall-matematika, l-Ingliż u l-Malti huma importanti - huma sekondarji. "Jekk ma nħobbx lili nnifsi u ma nafx nirrispetta lil ta' madwari u ma tgħallimtx nagħmel dan, mela allura dan huwa nuqqas kbir fis- sistema." Hija tirrikonoxxi li din hija lista twila u li sar xogħol, imma tgħid li kif saru riformi tajbin diġa' jeħtieġ isiru aktar. 'Huwa obbligu morali li nirrappurtaw abbuż' U finalment jingħad ħafna dwar il- mentalità. Żgur ma jinħassx li inbidlet il- mentalità f 'dak li għandu x'jaqsam is-sehem, tal-persuna fil-każ ta' vjolenza domestika fuq ġirien u ħbieb. Ħafna għadhom jibżgħu u jgħidu li dak li jiġri għand ta' ħdejhom mhux affarihom jew inkella jibżgħu jieħdu azzjoni. Kif se nbiddluha din il-mentalità? Il-Kummissarju Friggieri tirrikonoxxi li din hija sitwazzjoni diffiċli għalkemm tfakkar li llum jeżistu l-mezzi biex tirrapporta b'mod anonimu. "Hemm il- linji 179 jew 112 fejn tista' tirrapporta mingħajr ma l-ġirien tiegħek ikunu jafu min irrapporta. Jiena nemmen li jkollok toqol tal-kuxjenza ħafna akbar jekk tweġġa' jew saħansitra tinqatel persuna li tgħix ħdejk u inti tkun ilek taf snin sħaħ b'abbuż li kien qed iseħħ u ma għamilt xejn." Temmet tgħid li temmen illi minkejja li diffiċli, "għandna obbligu morali li nirrapportaw." jew tinqatel il-ġara, tkun ilek taf irrappurtjajt' RITRATT: JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 January 2021