Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Il-karrieri tar-riċerkaturi tagħna huma għeżież għalina Il-froġa ta' Doreen Parnis IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum Owen Bonnici Saviour Balzan Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19 Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM W aqt Kunsill Informali tal-Ministri tar-Riċerka tal-Unjoni Ewropea, kelli l-opportunità nuri fil-miuħ li Malta tappoġġja bis-sħiħ id-dibattitu dwar il-karrieri fir-riċerka madwar l-Ewropa. Għalina l-inizjattivi futuri tal-UE dwar karrieri fir-riċerka għandhom ikunu kkoordinati u mfassla id f 'id mal-Istati Membri, bi ħsieb dwar l-ispeċifikazzjonijiet nazzjonali u bil- għan li tiġi evitata l-frammentazzjoni. Bħala Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-ko-ordinazzjoni tal-istrateġija għal wara l-Covid-19 ser inkun qed nisħaq bis-sħiħ li l-qafas ta' politika wiesgħa inklussiva u mġedda għaż-Żona Ewropea ta' Riċerka għall-karrieri tar-riċerkaturi tagħna għandha tħares lejn iż-żieda fl-għarfien tal-ħiliet u l-kompetenzi, itejjeb l-iskambji bejn l-industrija u l-akkademja, issaħħaħ is-servizzi ta' sostenn u zżid il-possibbiltà ta' opportunitajiet ta' taħriġ. L-Istrateġija Nazzjonali għar- Riċerka u l-Innovazzjoni li wasslet sal-2020 uriet biċ-ċar, bħala waħda mill-prijoritajiet, il-ħtieġa ta' investiment fir-riċerkaturi kif ukoll il-punt li tindirizza b'mod effettiv opportunitajiet u karrieri għal dawn il-professjonisti. Wara s-sena 2020, din baqgħet prijorità għal pajjiżna. Għalhekk, sar it-twaqqif għall-ewwel darba tal-Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Post Covid-19 f 'pajjiżna kien pass għaqli li sar bi ħsieb u b'viżjoni mill-Gvern preżenti. Tajjeb insemmi li Ministeru ta' din ix-xorta jinsab kważi f 'kull pajjiż, u kien meħtieġ tassew f 'pajjiżna għaliex permezz tal-innovazzjoni u r-riċerka nistgħu wkoll noħolqu ekonomija robusta u sostenibbli. Irridu naraw kif nidraw b'politika li tagħti sapport lill-mobbiltà u l-porgressjoni tal-karriera fir-riċerka. Malta teħtieġ toħloq opportunitajiet li jippermettu lir-riċerkaturi jibqgħu f 'art twelidhom u tehtieg li taghti mobbilita' shiha lir-ricerkaturi taghna biex izommu bhala bazi lil pajjizna. Dan iktar u iktar fid-dawl tal-isfidi ta' dik li tissejjaħ 'brain drain' meta persuni validi u li studjaw, jitilqu minn pajjiżna biex ifittxu opportunità aħjar f 'artijiet oħra u ċ-ċirkolazzjoni żbilanċjata tal-għarfien fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Dan ġara bis-saħħa f 'pajjiż mhux 'il bogħod minna fl-Italja u ma nixtiqux li jikber f 'pajjiżna wkoll. Irrid nżommu r-riżors uman marbut ma' pajjiżna għall-ġid tas-soċjetà Maltija. Malta qed tappoġġja wkoll il-proposta biex tissaħħaħ u tigi riveduta l-Karta (Charter) Ewropea għar-Riċerkaturi, il-Kodiċi tal- Kondotta u l-Pjattaforma EURAXESS fejn ir-regoli u l-proċeduri kurrenti tal-Karta (Charter) u l-Kodiċi m'humiex żviluppati biżżejjed u għandha ssir evalwazzjoni tal- effettività u l-vijabilità taż-żewġ strumenti. B'mod partikolari ahna qed nghidu li ghandha ssir analizi u eżami ta' l-istat attwali ta' l-affarijiet, l-isfidi u d-diffikultajiet, il-pjattaformi nazzjonali tagħhom u r-rabtiet tagħhom u l-aċċess għall-punt ta' kuntatt ċentrali tal-EURAXESS. Barra minn hekk, din il- ġimgħa wkoll kelli l-opportunità nipparteċipaw f 'konferenza virtwali flimkien mal-bqija tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea responsabbli mir- Riċerka dwar it-tnedija ta' "Horizon Europe" taħt il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Ministri. Dan huwa l-aktar programm ambizzjuż ta' R&I fl-Unjoni Ewropea; għalhekk l-ikbar programm tax-xorta tiegħu mad- dinja kollha. It-tnedija ta' dan il-programm, timmarka l-bidu tal- Kunsill Innovattiv Ewropew sabiex l-innovazzjonijiet jiġu aċċellerati abbażi ta' teknoloġiji avvanzati, u t-tisħiħ tal-start-ups l-aktar promettenti u l-SMEs f 'ġenerazzjoni ġdida ta' kumpaniji ewlenin fid- dinja, li joperaw mill-Ewropa. Aħna nemmnu li meta tinvolvi l-partijiet interessati fid-deċiżjonijiet tal-politika, it-tranżizzjoni meħtieġa se tkun aktar immotivata. Nistgħu nikkapitalizzaw fuq is-saħħa u l-kapaċitajiet ekonomiċi tal-pajjiż u l-investimenti fl-R&I jistgħu jinħolqu bi ħsieb u viżjoni lejn proġetti infrastrutturali sostenibbli li jrawmu t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali. Malta hija interessata f 'ħidma konġunta fl-oqsma tar-rickerka u l-innovazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat b'viżjoni ekoloġika u ambjentali kif ukoll diġitali, relatati ma' Enerġija Nadifa, Oċean Nadif, SME Innovattivi, livell għoli ta' IT u aktar, fejn mill-fatt biss li nkunu parti minn dawn l-attivitajiet tal-R&I, pajjiżna jkun jista' jgħin ruħu u javvanza aktar bħala pajjiż modern, avant garde u bi ħsieb favur l-ambjent. Nenfasizza bis-sħiħ, li l-Gvern Malti jemmen fis-sostenn mill- Unjoni Ewropea lejn kull stat membru irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż, biex jimplimenta s-sinerġiji bejn il-'Missions' u l-attivitajiet u politika speċjalizzata, kif ukoll l-investiment iffinanzjat bħala parti mill-pjan ta' irkupru u reżiljenza. L-investimenti fl-R&I għandhom iseħħu fil-livelli kollha, u f 'format inklussiv, sabiex il-bidla ma tħallu lil ebda pajjiż jaqa' lura. Ir-Ricerka u l-Innovazzjoni, bla dubju, jgħinuna nirrikonċiljaw it-tkabbir ekonomiku u l-produttività mal-kwalità tal-ħajja u s-saħħa pubblika, b'importanza wkoll għall-ħarsien tal-ambjent ekoloġiku. Insellem lill-ħabib tiegħi Joe Micallef Stafrace Fl-aħħar nett nixtieq insellem lill-ħabib kbir tiegħi Dr. Joe Micallef Stafrace li ħalliena propju nhar il-Ġimgħa 29 ta' Jannar fl-għomor ta' 87 sena. "Stafrac" kif kulhadd kien isejjahlu kien ħabib kbir tiegħi. Dejjem tani pariri siewja u ġenwini. Kien maħbub u rrispettat minn kulħadd, anke mill-kamp politiku differenti li kien iħaddan. Kien Laburist, imma qabel kollox, kien Malti li ħadem bis- sħiħ għat-titjib fis-soċjetà Maltija li ngħixu fiha. Xhieda ta' dan huma l-bosta kitbiet u eloġji li saru mhux biss fil-gazzetti imma wkoll fuq il-mezzi tal-midja soċjali minn personalitajiet u pubbliku differenti. Kien elett fil-Parlament għal 3 leġislaturi sħaħ; 1962, 1966 u dik tal-1971 u serva bhala Ministru ghal xi zmien. Sa it ilu, Joe kien għadu saħansitra jikteb fil-gazzetti u spiss kien icempilli. B'għożża nsellimlek Joe u nirringrazzjak talli kont eżempju ta' politiku ġentlom li dejjem irrispettajt u rrispettawk lura. D in il-ġimgħa kien hemm deċiżjoni ta' ċertu Doreen Parnis, il-mara ta' Michael Parnis eks-uffiċċjal tal-General Workers' Union. Din mingħajr ma qrat id-dokumenti quddiemha ddeċidiet favur John Bundy li nafuh aktar bħala l-ikbar pinnur u bħala persuna sinonima mal-frażi 'pajjiż tal-mickey mouse.' Parnis jew ma tafx taqra jew ma qratx, tant li qalet li l-bord tal-PBS keċċa lil Bundy qabel ma ħareġ ir- rapport tal-awdituri. Imma din fejn qed tgħix? Il-bord l-ewwelnett ma keċċiex lil Bundy li kien appuntat personalment minn Joseph Muscat, iżda ħa vot ta' sfiduċja bbażat fuq rapport tal-awditur u kif ukoll fuq rapport mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Bundy bażikament ġie jaqa u jqum mill-proċedura u ta kuntratt lill-kumpanija privata mqabbda biex tipprovdi karrozzi lill-PBS għal numru ta' snin. Dan apparti li Bundy injora kompletament il-bord u baqa' jgerfex waħdu. Issa jien f 'dan l-argument qed ninjora kompletament il-fatt li Bundy ma kienx denju li jkun Kap Eżekuttiv tal- PBS. Biex jippreżenta xi programm fuq ir-radju tan-nelħ, bħal ma tgħid ommi, hekk orrajt... imma biex imexxi stazzjon li huwa x-xandir pubbliku, le. Dak kien żball ieħor madornali. Niakar li kont għidtlu lil Joseph Muscat u kien baqa' sieket. Sieket għax aktarx kien jaf li ma setax jagħmel oltrè, għax x'aktarx kien wiegħed lil Bundy li jagħtih din il-pożizzjoni meta qabel l-2013 kien abbanduna lill-Partit Nazzjonalista u mar mal-Labour. Intant lura għal Parnis! Din qalet li l-PBS iridu jħallsu lill-Bundy somma fenomenali, somma li titla għal madwar €226,000. Nispera li l-PBS jappellaw din id- deċiżjoni u nispera li meta jiġu biex jappuntaw lil Doris Parnis jaħsbuha darbtejn ... sakemm ma tikkonfermax li taf taqra sew u taf tiehu d-deċiżjonijiet fuq il-verità u mhux fuq il-preġuddizzji ta' moħħha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021