Illum previous editions

ILLUM 7 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1337050

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 7 TA' FRAR 2021 • illum opinjoni Illum nafu: il-metodu Ewropew kien l-għażla t-tajba F 'Marzu li għadda, l-Organizzazz- joni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat li l-imxija tal-Coro- navirus kienet saret pandemija globali. Illum, bilkemm sena wara, fl-UE ġew awtorizzati tliet vaċċini kontra l-vi- rus. U għad fadal oħrajn x'jiġu. Normalment, l-iżvilupp ta' vaċċin jieħu madwar għaxar snin. Din id-darba, ħadna biss għaxar xhur. L-ewwel tilqima kontra l-COVID19 li ġiet awtorizzata fl- Ewropa kienet ukoll maħluqa hawnhekk u qed tiġi prodotta fuq skala kbira fl- UE. Permezz tal-Ftehimiet ta' Xiri bil- Quddiem tagħna, ħallasna bil-quddiem lill-iżviluppaturi tat-tilqim, mhux biss biex tinbena l-kapaċità għall-manifattura fuq skala kbira, iżda wkoll biex diġà nibdew nipproduċu dożi tat-tilqim għalina. Sabiex it-tilqima tkun tista' titwassal mill-ewwel, hekk kif tiġi awtorizzata. Investejna €2.9 biljun bil-quddiem — biex ma nsemmux il-ħafna biljuni li l-Ewropa tinvesti kull sena f 'ekosistema tar-riċerka li tagħmel dawn is-suċċessi possibbli. Nistennew li ċ-ċittadini Ewropej jirċievu l-benefiċċji ta' dan l-investiment Ewropew. B'kollox, l-UE żgurat 2.3 biljun doża ta' dan it-tilqim għaċ-ċittadini u l-ġirien tagħha. Dan kien il-metodu t-tajjeb: nibqgħu magħqudin fil-ġlieda tagħna kontra l-virus, naħdmu fil-livell Ewropew biex nindirizzaw virus li ma jafx fruntieri. Mill-bidu nett, ridna li kull Stat Membru, hu liema hu d-daqs tiegħu, ikollu aċċess ġust għat-tilqim. Min jaf x'kien jiġri kieku Stat Membru wieħed jew tnejn biss kellhom aċċess għat- tilqim? Din kienet possibbiltà reali ħafna mingħajr is-setgħa kollettiva tan-negozjar tagħna. X'kien ifisser kieku dan għas-suq uniku u għall-għaqda tagħna fl-Ewropa? Minflok, il-Kummissjoni ħadmet id f 'id mas-27 gvern nazzjonali kollha. Minn Ġunju li għadda, iffurmajna bord ta' tmexxija mal-Istati Membri. Dan il-bord jiltaqa' sa seba' darbiet fix-xahar. L-informazzjoni dejjem għaddejja, u d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu flimkien. Wara li eżaminajna aktar minn 100 kumpanija li dak iż-żmien kienu qed jirriċerkaw vaċċin, malajr żviluppajna portafoll tas-sitt kumpaniji l-aktar promettenti. Is-sajf li għadda, ħadd ma kien jaf min fl-aħħar mill-aħħar kien se jkun minn ta' quddiem. Illum nafu: il- metodu Ewropew kien l-għażla t-tajba. Issa għandna tliet vaċċini awtorizzati, u t-tliet kumpaniji — BioNTech/Pfizer, Moderna u Astra Zeneca — bdew iwasslu l-konsenji tagħhom. U hemm aktar vaċċini li għad iridu jiġu żviluppati u jaf dalwaqt jitressqu għall-approvazzjoni. Illum, ħafna minn dawk li jikkritikaw l-approċċ Ewropew tagħna jitkellmu dwar nuqqas ta' ħeffa fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Iżda stajna għaġġilna aktar? Stat Membru waħdu kien jirnexxilu jġib kuntratt jew garanzija aktar malajr għal konsenja aktar bikrija fi kwantitajiet kbar? Onestament, ma naħsbux li kien ikun il-każ. Il-produzzjoni ta' vaċċin ġdid hija kompitu inkredibbilment kumpless u sensittiv. It-tliet manifatturi tat-tilqim li kienu ta' suċċess s'issa kellhom inaqqsu b'mod sinifikanti l-konsenji tagħhom għall-fażi tal-bidu. Minħabba problemi fil-proċess tal-produzzjoni jew minħabba l-iskarsezza ta' ingredjenti importanti kienu skarsi. Wara kollox, l-għoti ta' vaċċin ifisser li tinjetta sustanza bijoloġika attiva f 'persuna b'saħħitha. Għalhekk, is-sikurezza u l-effikaċja dejjem kienu ta' importanza kbira. Huwa għalhekk li ma għaġġilniex fil- proċess ta' awtorizzazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). Dan il- proċess, li jieħu bejn tlieta u erba' ġimgħat, kien investiment fil-fiduċja. U dan jispjega, pereżempju, għaliex bdejna it aktar tard mir-Renju Unit u d-differenza attwali fl-għadd ta' tilqim. Iżda t-tnedija tat-tilqim tagħna issa tinsab għaddejja, u ċ-ċittadini jistgħu jiġu assigurati li m'aħna se naqtgħu xejn mis-sikurezza. Fl-UE, bdejna t-tilqim fl-aħħar ta' Diċembru. Issa, ħames ġimgħat wara, il- kumpaniji diġà wasslu madwar 20 miljun doża ta' tilqim lill-UE. Minn dawn, Malta wkoll qed tirċievi s-sehem mistenni tagħha ta' vaċċini sabiex timplimenta l-kampanja ta' tilqim tagħha b'mod effiċjenti. Sal-lum, f 'Malta aktar minn 27,000 ċittadin diġà ngħataw it-tilqima. Dan għadu mhux biżżejjed. Iżda lanqas ma huwa insinifikanti. Fi Frar, il-pajjiżi tal-UE se jirċievu madwar 33 miljun doża addizzjonali, u f 'Marzu 55 miljun. Fit-tieni kwart tal-2021, bi stimi konservattivi, għandu jkun hemm 300 miljun doża addizzjonali mogħtija. Aħna ser nsegwu mill-qrib u b'mod viġilanti dan il-proċess. Nimu li xi kumpaniji għandhom problemi bil- produzzjoni tal-massa. Wara kollox, żieda fil-produzzjoni bħal din qatt ma seħħet qabel. Dan l-aħħar, is-CEO ta' kumpanija waħda qalilna li fl-2019 il-kumpanija tiegħu kienet ipproduċiet 100,000 doża ta' vaċċini. Din is-sena qed jippjanaw li jipproduċu biljun! Din hija żieda inkredibbli li qatt ma rajna bħalha. Ejja nfaħħru dawn l-isforzi! Iżda neħtieġu wkoll trasparenza dwar fejn sejjer dan it-tilqim. Dan huwa partikolarment minnu meta kumpanija ma twettaqx dak li wiegħdet lill-Unjoni Ewropea. Din hija r-raġuni għaliex introduċejna mekkaniżmu ta' trasparenza u awtorizzazzjoni: li jkollna idea ġenerali ta' dak li ġie esportat u dak li se jiġi esportat. M'għandna l-ebda intenzjoni li npoġġu restrizzjoni fuq il-kumpaniji li jonoraw il-kuntratti tagħhom — għandna kemm awtorizzajna żewġ konsenji għall-Kanada u waħda ir-Renju Unit. Iżda jekk kumpanija tgħidilna li ma tistax twettaq l-ordnijiet tal- UE tagħha, irridu nkunu nafu x'qed iwasslu lil ħaddieħor. Filwaqt li qed niġġieldu kontra l-virus, dan qed ikompli jinbidel. Ninsabu mħassba dwar varjanti ġodda, anke jekk għandna l-assigurazzjoni li t-tilqim tagħna jidher li qed jiġġildilhom għalissa. Iżda wara li ħadna t-tagħlimiet li kellna nieħdu, irridu nħejju għal xenarju meta l-virus ma jibqax jirrispondi għall-vaċċini attwali. Din hija r-raġuni għaliex iltqajna mas-CEOs tal-kumpaniji tat-tilqim u tax-xjenzjati xi jiem ilu. Qbilna li nsegwu bir-reqqa kif jiżviluppa l-virus, biex niżguraw li din l-informazzjoni tiġi kondiviża mal- kumpaniji u mal-EMA. Irridu naħdmu mill-qrib flimkien max-xjenzati u l-industrija, biex inkunu lesti niżviluppaw, nawtorizzaw u nipproduċu malajr tilqim li jista' jindirizza l-varjanti wkoll, u, l-aktar importanti, irridu nżidu l-kapaċitajiet tal-manifattura fl-Ewropa. Minħabba li l-vaċċini huma ġid komuni u l-importanza tagħhom se tiżdied maż-żmien. Ir-responsabbiltà tagħna ma tispiċċax mal-fruntieri tal-Ewropa. Ma tispiċċax meta l-biċċa l-kbira tal-adulti Ewropej ikunu tlaqqmu. Din hija r-raġuni għaliex mill-ewwel jum appellajna għal rispons globali għall-pandemija. Il-Kummissjoni organizzat żewġ sessjonijiet ta' wegħdiet finanzjarji li ġabru 16-il biljun euro. U għenna biex nistabbilixxu l-faċilità Covax biex niżguraw li l-pajjiżi bi dħul għoli jinvestu fil-provvista tat-tilqim għal pajjiżi bi dħul baxx u medju. Flimkien mal-Istati Membri bħala Tim Ewropa aħna wieħed mill-akbar kontributuri għall-Covax b'870 miljun euro. Din il-pandemija hija mument diffiċli għall-Ewropa u għad-dinja. Ninsabu flimkien f 'din il-ġlieda u jeħtieġ li nibqgħu magħqudin — kontra l-għadu komuni tagħna, il-virus. Mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen u l-Kummissarju Ewropew Helena Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 February 2021