Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765
L i wieħed jissoċjalizza huwa importanti mhux biss f 'età żgħira, għax dan jgħin fil-for- mazzjoni tal-persuna, imma bil-wisq aktar huwa importanti għal kull età tal-bniedem. F'din is-sena li għaddi- et, minħabba r-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija, aspett li naqas ħaf- na minħabba d-distanza soċjali u wkoll bħala prekawzjoni kontra t-tixrid tal-pan- demija kien bla dubju s-soċjalizazzjoni. Hemm benefiċċji kbar li persuna titħallat u tiltaqa' b'mod fiżiku ma' persuni oħrajn; is-soċjalizazzjoni tgħin fis-saħħa fiżika u wkoll fis-saħħa mentali. Illum xtaqt inwassal it ħsibijiet dwar dan. Jum San Valentinu din is-sena wasal f 'ċirkostanzi partikolari, u bħall-festi l-oħra li għadna kif iċċelebrajna, irridu ukoll inħarsu lejn dan il-jum b'sens ta' altruwiżmu u b'attenzjoni akbar lejn dawk ta' madwarna. Qed ngħid dan għax nafu li festi bħal dawn jafu jġibu magħhom sens qawwi ta' solitudni, speċjalment lil dawk li m'għandhomx il-mezzi, l-okkażjoni jew is-saħħa biex jiċċelebrawhom. M'hemmx għaliex intenni s-siniat ta' San Valentinu – Jum li jiċċelebra l-imħabba! Din is-sena, però, dan il- jum qed jagħtina ċans inħobbu aktar billi nżidu l-impenn tagħna lejn dawk il-persuni li l-pandemija tefgħethom f 'qagħda ta' ansjetà, solitudni, jew li għamlitilhom il-ħajja aktar iebsa minħabba stat ta' vulnerabilità li jista' għandhom. Nafu li hemm vittmi ta' vjolenza domestika li spiss ikunu siekta u li l-miżuri ta' sigurtà u r-restrizzjonijiet tal-pandemija setgħu ġabuhom f 'qagħda agħar. Nafu li hemm ħafna persuni li kienu diġa jbatu minn kundizzjonijiet ta' saħħa mentali qabel il-pandemija, u li allura din żgur m'għenitx il-progress tagħhom. Konxji ukoll mill-ħafna anzjani tagħna li minħabba r-restrizzjonijiet ma jistgħux jgħannqu lil qrabathom jew jgħaddu ħinijiet itwal magħhom. Jum San Valentinu jagħtina ċans biex naħsbu u biex niżguraw li l-imħabba nsarrfuha f 'impenn lejn il-bidla fil- ħtiġijiet ta' dawn il-persuni li l-pandemija ikkawżatilhom taqlib aktar f 'ħajjithom. Il-Covid-19 ġabet magħha sitwazzjoni fejn l-ansjetà u s-sens ta' inċertezza żdiedu — u huwa għalhekk li din is-sena, il-festa tal-imħabba qed titlob sforz ikbar minna lkoll biex naraw li persuni li forsi qatt ma ħsibna fihom f 'dan il-jum, illum nagħmlu dan. Daqstant ieħor hu importanti li l-politika u l-imħabba ma nqisuhomx bħala oqsma ta' ħajja li huma distinti minn xulxin. Meta l-politika titfassal bil-għaqal u bi twemmin, hija mezz lejn it-tisħiħ tas-soċjetà li finalment tibqa' d-dar ewlenija tal-imħabba fid-diversità sħiħa tagħha. Intant, fil-politika irridu nilleġiżlaw lejn soċjetà ibbażata mhux biss fuq l-ekonomija, imma wkoll fuq kemm kapaċi noħolqu sentiment reali u pożittiv tan-nies lejn xulxin. Matul iż-żjarat u d-diversi esperjenzi soċjali li nagħmel, ukoll niem dejjem aktar kemm ir-rwol tagħna l-politiċi fih stadji qabel it-tifsil attwali tal-politika. Il-persuni li nitkellem magħhom iriduni l-ewwelnett nagħtihom ħini. Nismagħhom. Nisma' l-esperjenzi tagħhom, spiss anke dawk personali li jgħaddu minnhom ta' kuljum. Dan huwa dmir tagħna li dħalna fid- dinja tal-politika — dmir li għandu jkun dejjem fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. Il-mod kif nisimgħu għandu jkun wieħed ta' kwalità. Mhux biss li tisma', imma li tisma' u tiem. U wara, li tipprova tindirizza dak li smajt biex tkun verament tajt sehmek lejn differenza għall-aħjar fil-ħajja ta' dawk ta' madwarek. Irridu nitkellmu mal-vittmi tal- mibgħeda onlajn — naraw dawn minn xiex għaddejjin, nimu għaliex ħafna minnhom jevitaw jew jibżgħu li jirrapportaw l-abbuż li jirċievu. L-istess fis-sistemi ta' ġustizzja u ta' żamma tal-ordni f 'pajjiżna, irridu niżguraw li l-azzjonijiet tagħna jwasslu sabiex aktar vittmi tal-vjolenza domestika ma jibqgħux siekta, u jitkellmu dwar l-abbuż li jsir fuqhom. Dak li nagħmlu fis-soċjetà u għas- soċjetà, isir b'mod aħjar u aktar effettiv jekk nagħmluh b'imħabba u rispett. U dan ma jgħoddx biss għall-politiċi jew għall-professjonisti fl-oqsma soċjali. Jgħodd għal kull waħda minna li hi membru ta' din is-soċjetà. Jekk aħna qegħdin nużaw il-medja soċjali, nistgħu nagħmlu dan mingħajr ma nweġġgħu persuni oħra bi kliem odjuż. Minn hawn irrid nagħmel appell lilkom il-qarrejja. Ejjew, kollha kemm aħna, niżguraw lli nagħmlu użu tajjeb tal-medja elettronika u soċjali. Iva, jiena diġà bdejt u se nkompli nsaħħaħ l-impenn tiegħi fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin biex fuq livell Ewropew naslu biex inrażżnu l-abbużi onlajn. Iżda s-sens ta' dixxiplina u responsabbiltà jibda' l-ewwelnett minna lkoll, li naraw li l-mezzi ta' komunikazzjoni tant effettivi u tajba li għandna f 'idejna nużawhom b'mod siewi. Biżżejjed insemmu l-ġid li t-televiżjoni, ir-radju, il-pjattaformi soċjali, it-tablet, it-telefon ċellulari u mezzi oħra wettqu mal-anzjani tagħna u ħafna persuni oħra billi żammewhom konnessi f 'mument ta' qtugħ mill-kuntatt fiżiku ma' qrabathom u ħbiebhom. Jekk kellu jkun hemm prova ta' kif it- teknoloġiji moderni nistgħu nużawhom għall-ġid komuni, żgur li din tathielna l-pandemija. Fl-aħħarnett, niakru li l-imħabba ma tfissirx biss tgħanniq, wegħdi u rigali. L-imħabba tfisser l-abbiltà u l-isforz tagħna biex ngħożżu lil dawk ta' madwarna b'għajnuna u b'rispett, anke fejn ma naqblux mal-mod kif jaħsbu jew jaraw l-affarijiet. Ejja nużaw San Valentinu biex niżguraw li l-imħabba nħaddmuha fis-sens aktar wiesa' u rilevanti tagħha. Nawgura Jum San Valentinu t-tajjeb lil kulħadd! Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Josianne Cutajar 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 Jum San Valentinu — l-imħabba nsarrfuha f'impenn