Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Id-dinja għaddejja minn sfidi kbar - ta' saħħa pubblika imma wkoll sfidi ekonomiċi kbar hekk kif il-pandemija wasslet għall-akbar riċessjonijiet sa mill- Gwerra, bl-ivvjaġġar u allura t-turiżmu jieqfu. L-effetti huma devstanti u jidhru. Malta wkoll għaddejja minn żmien ekonomiku iebes, bis-settur tas-servizzi jieħu daqqa liema bħala. Ġejja l-awsterità? Se npattu qares? Minkejja dan, il-Gvern baqa' għaddej b'rittmu partikolari ta' miżuri li jqassmu l-flus, uħud minnhom li jiswew miljuni kbar: Vouchers, Suppliment tal-Paga, tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u ilma, tnaqqis fuq taxxa fil-proprjetà, żidiet f 'numru ta' benefiċċji, ħlasijiet ta' darba lill-każini u bars. Fuq in-naħa l-oħra, ħafna inqas dħul u inqas persuni barranin f 'Malta, jaħdmu, jikkunsmaw, jikru u jonfqu. Ħafna jemmnu - u ma tagħtihomx tort - li ta' dan kollu rridu npattu qares. Il- gazzetta ILLUM tistaqsi lill-Ministru tal- Finanzi Clyde Caruana jekk nistennewx snin ta' awsterità u taxxi. "Le. Dak ikun l-akbar żball li Gvern jista' jagħmel u qed ngħid hekk mhux għax dak li qed nonfqu illum ma rridux nirkuprawh," jibda jwieġeb lil din il- gazzetta. Hu jfakkar illi hemm tliet modi kif wieħed jista' jirkupra dawn il-flus: L-ewwel li tnaqqas l-ispiża tal-Gvern, it-tieni li żżid it-taxxi jew it-tielet li hija tkabbir ekonomiku. Huwa fakkar li l-finanzi tal-Gvern, "tjiebu, ħadu spinta u kellna surplus għax l-ekonomija bdiet tikber b'medja ta 6% fis-sena. Jekk jinħoloq il-ġid, il-Gvern jieħu aktar f 'tassazzjoni u allura dħul, li jfisser illi l-pajjjż jirreġistra surplus," sostna l-Ministru Caruana f 'eku fil-fatt tal-politika finanzjarja tal-Gvern preżenti għal dawn l-aħħar snin. Huwa jgħid li għax ħadem b'dan il-mod il-Gvern seta' jmur lura għall-flus li kellu fil-but, meta l-aktar li kellu bżonn. "Filwaqt li d-dħul naqas, jekk mhux nixef għal kollox, xorta sibna kemm kien hemm bżonn biex inżommu lin-negozji għaddejjin - mhux jiffjorixxu għax bħalissa mhux iż-żmien anke jekk kien hemm minn baqa' sejjer tajjeb - imma biex jibqgħu għaddejjin. Jekk inżommu lin-negozji fil-wiċċ, dawn ikunu jistgħu jżommu lill-ħaddiema magħhom,"sostna Caruana. Huwa qal li għalkemm din tal-Covid-19 se ddum għaddejja l-importanti huwa li meta tgħaddi l-pajjiż jsib ekonomija li fuqha jista' jerġa jibda jibni l-irkupru u timxi 'l quddiem. "Dan qed jiswa' flejjes kbar. Jekk illum ma nonfqux niġu għada u nistqsu: Fejn hija l-ekonomija li kellna?" Il-gazzetta tistaqsi kemm mill-flus għal dawn il-miżuri kienu jiddependu fuq dħul mill-IIP, jiġifieri l-bejgħ taċ- ċittadinanza. Carauana jiddeskrivi bħala "illużjoni" li l-finanzi tal-Gvern b'xi mod jiddependu mill-flus tal-IIP u jisħaq illi dawn qed jintużaw biss għal proġetti kapitali. 'Is-suppliment tal-paga se jibqa', wara Marzu' Il-wage supplement kienet meqjusa minn bosta illi kienet kruċjali sabiex mijiet ta' negozji setgħu jżommu magħhom lill-ħaddiema. Se tiġi estiża għal wara Marzu? "Bilfors," iwieġeb il-Ministru. Huwa jgħid li għalkemm id-diskussjoni għad trid isir fuq din il-materja jara li Marzu huwa kmieni wisq biex tittieħed deċiżjoni li tkun tfisser it-twaqqif ta' dan is- suppliment. Il-gazzetta tfakkru wkoll li ħafna moratorji issa se jkunu qed jibdew jgħalqu u allura dan ifisser li n-negozji li ħadu l-moratorji jridu jibdew iħallsu, uħud minnhom b'rata ogħla. Qed jaħseb għal din id-daqqa l-Gvern? Il-Ministru Caruana qal illi l-Gvern konxju ta' dan u qiegħed jaħdem, flimkien ma' dawk li jirrapreżentaw lil min iħaddem, biex fiż-żmien li ġej ikun jista' jħabbar miżuri li joffru serħan il- moħħ lil dawn il-mijiet ta' negozji. 'Il-flus għall-vouchers hemm għadhom u se jintefqu' Kollox idur u jorbot mas-saħħa u n-numri, iżda naturalment hemm miżuri li qed jistennew u negozji li issa qed iħossu d-daqqa, waħda tajjeb. Il- vouchers x'se jiġri minnhom? Se joħorġu jew se jibqgħu posposti? Caruana jgħid illi l-agħar ħaġa li tista' ssir, ekonomikament, hija li tibda rankatura u mbagħad kollox jerġa jieqaf, għax fi kliemu jkun aktar diffiċli li l-ekonomija terġa' tibda l-irkupru imbagħad. "Il-flus allokati għall-vouchers hemm għadhom u se jintefqu. Il-pandemija qed turina biċ-ċar illi malli terħi ftit, in- numri jerġgħu jiżdiedu u kollox jerġa jipparalizza. Dan mhux min ikollu l-virus biss ikollu jibqa' d-dar, imma dawk in- nies ta' madwarhom ukoll ..." Huwa qal li għalhekk huwa importanti li dejjem jinżamm il-bilanċ. "Hemm bilanc li importanti nosservaw - għax jekk nippruvaw niżbilanċjaw biex, per eżempju, nintogħġbu ma' settur wieħed biss ikollna problema u konsegwenzi ftit biss wara." Vaċċin: Ħdejn pajjiżi oħrajn qegħdin fuq quddiem Fuq livell Ewropew teżisti frustrazzjoni li qed tikber dwar il-proċess ta' vaċċinazzjoni u s-sensazzjoni li dan miexi wisq bil-mod sabiex tintlaħaq il-mira ta' 70% mill-poplu vaċċinat sas-sajf. Il-Ministru tal-Finanzi f 'eku wkoll ta' dak li qalu diversi MEPs fil-Plenarja tal- Parlament Ewropew, qal illi l-problema tal-vaċċin hija l-produzzjoni mill- kumpaniji farmaċewtiċi - produzzjoni li mhux kbira daqs id-domanda għall- vaċċin. "Nistgħu biss inqabblu ma' dak li qed jiġri barra l-pajjiż. Naħseb li bħala tilqim pajjiżna jinsab fuq quddiem nett mhux ħażin," temm jgħid Caruana. L-ekonomija s-sewda ħadet daqqa bis- Suppliment tal-Paga F'konferenza ftit ġimgħat ilu l-Ministru tal-Finanzi sostna illi hemm bżonn issir evalwazzjoni ta' x'tip ta ekonomija rridu bħala pajjiż u jekk għandux ikun hemm restrizzjonijiet fuq ħaddiema minn pajjiżi terzi, skont il-bżonnijiet f 'setturi differenti. Kemm telqu ħaddiema barranin minn Malta? Il-Ministru ma jagħtix numru preċiż għalkemm jgħid illi dawn ilaħħqu l-eluf. Huwa qal ukoll iżda li l-Gvern innota kif il-pandemija wasslet biex l-ekonomija s-sewda ħadet daqqa kbira hekk kif il- ħaddiema f 'dawn l-impjiegi telqu kważi 'L-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa Issa l-Gvern ilu joħroġ il-miljuni kważi sena, inkluż €40 miljun fix-xahar f'pagi lil eluf ta' ħaddiema fil-privat. Imma l-kaxxa ta' Malta mhix bir bla qiegħ. Nistennew l-issikkar taċ-ċinturin mill-Baġit li jmiss? L-ILLUM tistaqsi ... Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana Tassazzjoni: Nemmen li pajjiż bħal Malta jeħtieġ ikun aktar flessibbli. Irridu nuru li aħna noperaw in bona fede u li m'aħniex tax haven

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021