Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum Supretendent jieħu l-Coke! X 'jiġri jekk jiċċekkjaw il- pipì tal-membri parlam- entari u jsibu li fil-week- end xi ħadd minnhom ġibed linja coke? Is-Supretendent li allegatament nqabad jieħu l-cocaine ma nafux. Ġabu ismu fil-pubbliku imma jien għażilt li ismu ma nirreġistrahx f 'moħħi. Għandikun rajt ritratti tiegħu fuq xi portal ukoll, imma jekk narah, ma nagħrfux. 1. Għala għandna nkunu nafu min hu? Lanqas għadu tressaq u diġà kissirnieh fil-media? Tal- mistħija. Ara kieku kien jiġi minn xi editur, malajr kien jinħeba ismu. Lanqas bl-istorja ma konna nkunu nafu. 2. U aħna fejn nafu jekk din il-persuna fil-fatt għandhiex addiction għad-droga? U allura għalfejn ma nitrattawhx kif nitrattaw persuni oħra vittmi tad- droga? 3. Żomm, żomm... naf x'qed tgħidu, u għandkom raġun. Dan supretendent tal-Pulizja, suppost iressaq lin-nies li jieħdu l-cocaine l-Qorti u jipprova jwaħħalhom il- Ħabs. Veru. 4. U ngħiduha... pulizija jkun ta' periklu għas-soċjetà jekk ikun ikkowkjat u jġorr arma jew imur biex iwaqqaf xi ġlieda. 5. Issa... jekk vera kien jieħu l-coke, dawn saru jafu li joħodha għax għamlulu test tal-pipì. U inti probabli taqbel li l-pulizija, is-suldati u l-gwardjani tal-ħabs, jaqbdu u jagħmlulhom test tal-pipì meta jridu u x'ħin ifettlilhom. U jkollhom jaċċettaw bilfors. U probabli taqbel għax dawn jafu jkunu ta' periklu għal sħabhom u għas-soċjetà. 6. Imma issa ejja ngħidu li int taħdem fil-kostruzzjoni. Ma taħsibx li lilek ukoll għandna nagħmlulek test tal-pipì? Għax ara kemm tkun perikoluż jekk tkun ikkowkjat u se ssuq xi krejn, pereżempju. Taqbel li jkollok taċċetta bilfors li tagħtihom il-pipì? 7. Ejja ngħidu li int għalliem. Taqbel li t-Tnejn filgħodu joħdulek il-pipì qabel tidħol fil-klassi? Mela mhux perikoluża li għalliem ikkowkjat jieħu ħsieb klassi tfal żgħar li diġà jkunu frustrati magħluqin ġo klassi jduru dawra durella jew?! 8. U jekk int tabib l-isptar, għaliex ma noħdux it-test lilek ukoll? Tgħidlix li m'intix ta' periklu jekk tkun ħadt linja coke u mbagħad mort teżamina l-pazjenti. U n-nurses nibdew nittestjawhom ukoll? 9. U l-imħallfin u l-maġistrati wkoll nibdew nittestjawhom għad-drogi. Għax mhux sew li l-maġistrat jibgħat persuna l-Ħabs għax ikun instab ħati li ħa l-coke, waqt hu stess ikun ikkowkjat hu u jaqra s-sentenza. 10. U l-ġenituri li jrabbu t-tfal, għalfejn ma nittestjawhomx ukoll? Kif inħallu t-tfal jitrabbew minn ġenituri li jieħdu l-coke jew jittaqqbu? 11. Jekk taqbel li dan is- Supretendent kellhom jiċċekkjawlu l-pipì, allura trid taqbel ukoll li l-Gvern ikollu l-poter jittestja l-pipì ta' kulħadd. U kollha kemm aħna rridu nagħtuh il-pipì kull meta jitlobhielna. 12. X'naħseb jien? Jekk it-test tal-pipì se jintuża biex jgħin lil persuna vittma tad-droga li jixirqilha biss imħabba, allura nasal nikkunsidrah. Imma jekk it-test isir biex warajh jiġi l-kastig, kif għamlu lil dan is-supretendent, b'vendikazzjoni jiġifieri, ovvja li ma naqbilx. Ma tarax! 13. U jekk tiġi li kulħadd irid jibda jagħti l-pipì, tgħidx kemm ikun hawn nies jippruvaw jiffrankaw li jinqabdu. Naf wieħed mar għall-methadone u talbuh jagħmel pipì. Meta ħareġ ir- riżultat qalulu, "negative mister, u nawgurawlek, għax pregnant." Peppi Azzopardi Peppi Azzopardi huwa ġurnalist, xandar u opinjonista Aħleb Ġuż u l-UĦM Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM I ssa jiena niaħar kemm inħobbhom il-Franċiżi. Forsi aktar milli nħobb il-Franċiżi, nħobb il-pajsaġġ u l-ikel. Ma hawnx pajjiż isbaħ minn Franza. Dawk l-irħula mhux mittiefsa u dak l-ikel tal-bistro fil-kampanja - b'€10 tagħmel festa. Imma ħaġa idejjaqni fil-Franċiżi. Jemmnu li l-Istat qiegħed hemm biex taħleb kemm trid u meta ma jkunx biżżejjed nduru għall-protesti u l-azzjonijiet industrijali. Hekk għamlu l-għalliema Franċiżi f 'nofs il-pandemija. Jipprotestaw għal kundizzjonijiet aħjar. Ma setgħux kienu aktar egoisti milli kienu. U għalhekk meta rajt l-azzjonijiet industrijali tal-UĦM għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, f 'nofs kriżi esitenzjali f 'pandemija li tmiemha għadu ma jidhirx, għedt lili nnifsi 'imma dawn bis-serjeta?' Il-UĦM ordnat 1,300 ħaddiema magħrufin bħala health workers biex jieħdu azzjoni industrijali. Issa jista' jkun li l-UĦM għandhom raġun, imma b'kull rispett - ara vera ma għandhomx rispett tal-fatt li hawn tant nies qed jagħmlu sagrifiċċji kbar bħalissa. Dan apparti l-ovvju, jiġifieri li bħalissa għandha bżonn kbir li l-qasam tas- saħħa jibqa' jiffunzjona. Il-UĦM qalet li l-Gvern qed jinjora l-ehim kollettiv … u jkolli nammetti li verament ma hemmx kliem ieħor biex tiddeskrivi il-UĦM, ħlief li huma distakkati mir-realtà u egoisti kbar. Dawn jafu f 'liema stat qegħdin eluf ta' ħaddiema fis-settur privat? Minn naħa l-oħra l-Gvern għalija pastizz kbir, ikompli joħroġ il-pagi sħaħ anki jekk jaf li hemm kriżi kbira finanzjarja u ekonomika. Tal-anqas il-health workers qed jaħdmu u għandi niem b'ilsienhom barra. Imma xi tgħid għall-ażjendi oħra ffinanzjati mit-taxxi tiegħi u tiegħek li ma għandhom ebda xogħol bħalissa. Trid nibda nsemmi? Kieku il-Gvern kienet kumpanija privata kieku ilha li keċċiet in-nies, jew naqset il-pagi. Imma l-Gvern sar qisu baqra li tipproduċi l-ħalib dejjem u meta trid. Mintoff kien magħruf għall-frażi, "aħleb Ġuż" u hekk sirna, naħilbu kemm nifilħu … Xi darba ser nqumu filgħodu u dik il-baqra tkun ilha li għosfrot. Josef Vella, CEO tal-UHM X'jiġri jekk jiċċekkjaw il- pipì tal-membri parlamentari u jsibu li fil- weekend xi ħadd minnhom ġibed linja coke?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021