Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441
26 oroskopju IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Tmiem il-kalendarju żodjaku biż- żodjaku ta' Pisces Bdejna ż-żodjaku ta' Pisces u dan ifisser ukoll tmiem il-kalendarju żodjaku tal-2020 – 2021. Dan iż-żodjaku għalhekk ser iservi ta' pont bejn tmiem is-sena żodjaka u l-bidu tas-sena l-ġdida. Iż-żodjaku ta' Pisces jissimbolizza ż-żewġ ħutiet – it-taħlita tal-fantasija mar-realtà. Il-ħuta ta' fuq tissimbolizza l-fantasija li kulħadd jista' joħloq, filwaqt li l-ħuta t'isfel, tissimbolizza r-realtà ta' madwarna. Dan iż-żodjaku għandu diversi aspetti importanti f 'dan l-ispazju huwa impossibbli li ssemmihom kollha. Iżda ma tistax ma ssemmix li dan iż-żodjaku jħobb iżomm lil ta' madwaru kuntenti kemm jista'. Huma persuni li jimmaġinaw ħafna iżda kapaċi jiżviluppaw ħafna ideat. Dan iż-żodjaku jibża' jaffaċċja s-sitwazzjonijiet reali, ibati minn burdati u ma jaċċettax il-kritika. Ifittex ħafna l-irqad u ddejqu l-vjolenza jew in-nuqqas ta' dixxipplina. Huwa żodjaku li jmur tajjeb ma' Cancer, Scorpio, Sagittarius u Virgo iżda ma jaqbel xejn ma' Aries, Leo u Capricorn. Jekk tkun tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku tiegħek, ibgħat ismek u d-data tat-twelid fuq: PaulJon, Kompetizzjoni ILLUM, PO BOX 27 Paola. Għal aktar informazzjoni tista' żżur ukoll is-sit www.pauljon13.com Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Aquarius ser iħassbek aktar dwar dak li hemm riesaq lejk. Għalhekk issa taf li għandek tagħraf li kull sitwazzjoni li tista' tiffaċċja tista tirrifletti aktar sabiex tieħu l-aħjar direzzjoni fl- ippjanar ukoll. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21. 23. 25 u 27. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Pisces ser jgħinek tagħraf il-mod ta' tkattir li int kapaċi għalih. Jista' jkun li qabel din il-fażi naqqast mill-motivazzjoni u issa trid terġa' taqbad it-triq ta' ħeġġa ħalli tkun kapaċi tkattar l-istabbiltà. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 25 u 26. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Aries ser iġiegħlek tħossok aktar sensittiv u dan mhux soltu fin-normalità tiegħek. Għal dan int trid tibqa' żżom kawt sabiex tinħoloq enerġija pożittiva lejk. Fażi li fiha trid timxi b'għaqal. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 23, 24, 25 u 27. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Taurus ser joffrilek impatt pożittiv għal dan il-mument li fih ser tagħraf kemm il- madwar tiegħek huwa differenti minn dak li kont qed tesperjenza it ġimgħat ilu. Żomm dan ir-ritmu sabiex tkattar aktar għal dak li hemm riesaq. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 25 u 26. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Gemini ser jimlik b'aktar kuraġġ minn qatt qabel sabiex tikkumbatti s-sitwazzjonijiet li fil-preżent qed taffaċja biex b'hekk din il- fażi tagħtik spinta fil-moral tiegħek u tagħraf kompli tavvanza fil-pjanijiet li għandek. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 23, 25 u 27. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Cancer ser ikun dak il-mument li jagħtik impatt u konċentrazzjoni fil-madwar tiegħek. Dan ser ikun fattur importanti għalik sabiex dawk id-deċiżjonijiet li qed jistennew direzzjoni, issa jkun il-waqt li tibda twettaqhom. Mhemmx għaġġla, agħraf kollox bil-ħin tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 26 u 27. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Virgo ser jurik iżdejd lil min tista' tafda f 'sitwazzjonijiet personali. Dan huwa mument li fih tagħraf min huma l-veru persuni ġenwini. Trid toqgħod attent għax dak li ser tħoss ser ikun id-direzzjoni li fiha tibda ġġib ruħek mal-oħrajn. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 24, 25 u 26. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Libra ser ikun mument ta' għarfien sabiex tħejji lilek innifsek għal deċiżjonijiet importanti fir-responsabbiltà tiegħek. Fil- passat kont tieħu xi forma ta' tieni opinjoni iżda minn issa huwa dak il-mument li turi li kapaċi tasal fejn tixtieq bla pariri. Irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma:22, 24, 26 u 27. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Sagittarius ser ikun mument sabiex tagħraf tkun organizzat u tibda tippjana aktar għall-bżonn li riesaq lejk. Żomm dan il-pass għaliex ser ikun hemm effett madwar l-ippjanar u trid tagħraf li ma twettaqx żbalji bħal dawk tal-passat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 24, 25 u 26. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Scorpio ser iġiegħlek tirrifletti aktar dwar id-deċiżjoni li hemm riesqa lejk. Din id-deċiżjoni ser toffrilek impatt totalment differenti mill-ħajja li għandek. Din ser tkun bidla meħtieġa sabiex tkattar u tkabbar il-fiduċja tiegħek. Agħraf irrifletti aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 23, 26 u 27. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta' Capricorn għalik bħala Capricorn ser ipoġġik b'qagħda li rnexxilek tkattar sabiex ma jintilifx. Huwa mument ta' pressjoni iżda xorta waħda trid tagħraf tibqa' ffokat sabiex din il-fażi tkompli tpoġġik f 'aktar stabbiltà. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 23, 24 u 27. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodjaku ta' Pisces għalik bħala Leo ser joffrilek twemmin aktar mis- soltu fik innifsek sabiex tagħraf li din il-fażi li riesqa lejk turi aktar il-ħiliet tiegħek u kemm huma utli f 'dan il-mument. Ħejji sew u rrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 23, 24, 25 u 27. Namaste