Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum aħbarijiet 'Għat-tifla ż-żgħira tiegħi, li jkollha missierha d-dar hija l-unika realtà li taf' MARIANNA CALLEJA Malta għamlet progress sinifikanti fiż-żieda ta' parteċipazzjoni femminili fid-dinja tax-xogħol iżda dan wassal għal-realtajiet ġodda. Fejn qabel mara setgħet tibqa' d-dar matul il-ġurnata, issa l-istorja inbidlet. U x'jiġri meta raġel ikun irrid jibqa id- dar minflok il-mara? Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Aleksandar Dimitrijevic li ilu missier u raġel tad-dar għal dawn l-aħħar disa' snin. 'Il-familja tiegħi għandha privileġġ li jiena nista' nogħqod id-dar' Aleksandar Dimitrijevic kien ilu rreġistrat bħala ħaddiem għal 12 il-sena qabel ma ħa d-deċiżjoni flimkien ma' martu biex jibda joqgħod id-dar mat-tfal. Hu jammeti li fil-preżent mhux kulħadd għandu l-kumdità li joqgħod id-dar ma' uliedu anzi jaf isir iktar rari, iktar kemm jgħaddi iż-żmien. Wara li ħafna jsiru jafu li Dimitrijevic jibqa' d-dar minflok il- mara jkunu sorpriżi, jispjega lil din il-gazzetta. "Mhux biss għax rari imma wkoll għax hemm min jixtieq jagħmel bħali. Iżda li jkollok ġenitur full-time id-dar illum huwa diffiċli", kompla Dimitrijevic. 'Is-soċjetà tagħna għadha wisq patrijarkali' Meta mistoqsi fuq x'diffikultajiet jiltaqa' magħhom bħala missier li joqgħod id-dar, Dimitrijevic qal li personalment ma tantx jiltaqa' ma' problemi kbar. Kompla jgħid li xi kultant jitħasseb x'jiġri la darba fil-futur jerġa' jirritorna fid-dinja tax-xogħol u l-impjegaturi jaraw d-distakk ta' iktar minn 10 snin fuq is-CV. Hu jgħid li xorta - xi drabi - jiltaqa' ma' realtajiet partikolari u ta' kuljum li lanqas jiimhom. Pereżempju jispjega kif għalxejn jimlew formola wara oħra ta' emerġenza għall-iskola, fejn jagħtu d-dettalji dwar lil min għandhom jċemplu fl-ewwel każ ta' emerġenza, jiġifieri lilu, għax xorta jippruvaw jċemplu lil martu l-ewwel. "Din turi kemm is-soċjetà tagħna għadha wisq patrijarkali", tenna mal- ILLUM. Tkellem ukoll fuq kif xi drabi xi ħadd jistaqsih x'jagħmel u meta jgħidlu li hu ġenitur li jibqa' d-dar, jirrisponduh "allura ma tagħmel xejn". Fi kliemu, dan juri kemm li toqgħod id-dar tieħu ħsieb lill- uliedek u anke d-dar mhux apprezzat u f 'għajn ħafna lanqas biss hu xogħol. 'L-ugwaljanza tibda mid-dar' Rigward il-proposti li joħorġu minn ġimgħa għal ġimgħa mill- Unjoni Ewropea (Ara paġna 9), Dimitrijevic qal li skont hu dawn jidhru li qed isiru aktar mill- perspettiva ekonomika. "Naħseb dawn għandhom jiġu segwiti b'inċentivi li jinkoraġixxu u jgħinu missirijiet li jiddeċiedu illi jinvolvu ruħhom iktar fid-dar," rripetta. Hu kompla jispjega li "l-ugwaljanza tibda mid-dar", dan ifisser li dak ix-xogħol li tradizzjonalment jseħħ mill-mara tad-dar, bħal tindif u tisjir, jibda jinqasam bejn kulħadd. Skont hu dan huwa wieħed mill-ewwel passi importanti biex tinkiseb l-ugwaljanza fid-dar. Aleksandar Dimitrijevic jagħmel diversi affarijiet oħra minbarra li jieħu ħsieb id-dar u l-familja. Fl-aħħar disa' snin kompla l-istudju tiegħu, ġab Masters u issa qed jistudja biex iġib PhD. Dan kollu waqt li fetaħ għaqda non- governattiva żgħira. Din l-għaqda li ġġib l-isem ta' 'L-irġiel kontra l-Vjolenza' twaqqfet bl-għan li tinkoragixxi irgiel u subien ta' kull eta' jiġġieldu kull tip ta' vjolenza, speċjalment fil- konfront ta' nisa u bniet. Għaliex fl-2021 għad hawn min jiskanta meta jara raġel jagħmel xogħol li l-mara ilha tagħmel għal snin twal fid-dar? X'diffikultajiet jiltaqa' magħhom missier li jixtieq joqgħod id-dar filwaqt li l-mara toħroġ taħdem? Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Aleksandar Dimitrijevic Aleksandar Dimitrijevic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021