Illum previous editions

ILLUM 21 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 • illum Mhux kif inkunu aħna imma kif ikun ħaddieħor! importanti għat-turiżmu f'Malta Fejn jidħol il-vaċċin, Malta qed tiġri bil-pajjiżi Ewropej. Madanakollu jibqa' l-fatt li mhux kollox jiddependi minnha. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-andament tat-tilqim fl-aktar pajjiżi importanti għas-settur tat- turiżmu f'Malta... YENDRICK CIOFFI Il-vaċċin kontra l-Covid-19 jinsab fuq fomm kulħadd u bir- raġun għax huwa l-uniku tama li għandna biex xi darba ngħidu li din l-imbierka pandemija għaddiet u hija passat. Kulħadd jaf li s-settur tat- turiżmu huwa kruċjali għal Malta u kulħadd jaf ukoll li dan kien l-aktar settur milqut ħażin minħabba l-pandemija. Għalhekk huwa importanti li dan is-settur jirkupra malajr kemm jista' jkun, iżda jibqa' l-fatt li dan lanqas ma jiddependi kompletament mill-Maltin. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn il-progress, fl-għoti tal-vaċċin, f 'dawk il-pajjiżi li l-aktar huma kruċjali għat-turiżmu f 'Malta, jiġifieri r-Renju Unit, l-Italja, Spanja, il- Ġermanja u Franza. Malta fuq quddiem fil-programm tat-tilqim... Il-programm tat-tilqim kontra l-Covid-19 f 'Malta huwa l-aktar wieħed avvanzat fl-Ewropa meta wieħed jieħu l-persentaġġ tal-popolazzjoni li rċieviet iż- żewġ dożi tal-vaċċin. Fil-fatt, Malta tat iż-żewġ dożi tal-vaċċin lil madwar 3.5% tal-popolazzjoni. Dan huwa l-akbar persentaġġ fost il-pajjiżi l-oħra Ewropej. Biex tintlaħaq dik li qed tissejjaħ 'herd immunity,' hemm bżonn li titlaqqam 70% tal-popolazzjoni. Il-mira hija li din tintlaħaq sal-aħħar ta' Settembru li ġej. Jekk wieħed jieħu wkoll l-għadd ta' dożi amministrati għal kull 100 persuna, Malta tista' tgħid li qed tiġri bil-pajjiżi l-oħra Ewropej. Skont l-informazzjoni ppubblikata minn Our World in Data, sal-Ħadd li għadda, ħdax-il persuna minn kull 100 f 'Malta ħadu jew bdew jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19. Il-mira f 'Malta hija li sa Mejju jkunu tlaqqmu l-frontliners kollha, kemm dawk mediċi u anke dawk li mhumiex bħall- pulizija u s-suldati, l-anzjani kollha li għandhom minn 70 sena 'l fuq, il-persuni vulnerabbli (fosthom dawk li jbatu minn mard kroniku) u anke l-għalliema u l-istaff li jaħdmu fl-iskejjel. Fil-fatt sa issa ġa tlaqqmu dawk li għandhom 'il fuq minn 85 sena u qed jitlaqqmu wkoll dawk li għandhom bejn 80 u 84 sena. Il-vaċċin ġie amministrat ukoll fid-djar tal-anzjani, kemm lir-residenti u anke lill-istaff. Tlaqqmu wkoll il-frontliners mediċi u dawk li jaħdmu fl-isptarijiet u bħalissa għaddej ukoll it-tilqim tal-ispiżjara u dawk li jaħdmu fl-ispiżeriji fil-komunità. Skont il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, 91% tal-frontliners mediċi aċċettaw u fil-fatt ħadu l-vaċċin tal-Covid-19. Bħalissa qed jitlaqqmu wkoll il- frontliners mhux mediċi, fosthom il-pulizija, is-suldati u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u anke dawk li jgħixu f 'istituzzjonijiet, inkluż persuni b'diżabbilità. Persuni li huma meqjusa vulnerabbli, għax fost oħrajn ibatu minn mard kroniku u li jammontaw għal madwar 25,000 persuna, bħalissa qed jirċievu l-appuntamenti u bdew ukoll jieħdu l-vaċċin. L-Italja: Amministrati aktar minn 3 miljun doża ... xettiċiżmu dwar il-herd immunity Safra sal-Italja l-Maltin iħobbuha u t-Taljani wkoll iħobbu jiġu Malta biex iqattgħu erbat ijiem għal kwiet. Kulħadd jaf li l-Covid-19 niżżel lill-Italja għarkuptejha, partikolarment fl- ewwel xhur tas-sena li għaddiet. Bħall-bqija tal-Ewropa, anke l-Italja bdiet il-programm tat-tilqim tagħha nhar is-27 ta' Diċembru. Minn dakinhar fl-Italja ġew amministrati madwar tliet miljun doża tal- vaċċin. Jidhru ħafna, imma l-Italja għandha popolazzjoni ta' madwar 60 miljun persuna. Terġa' u tgħid minn dawn, kienu 1.3 miljun li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin. Dan ifisser li 2.1% tal-popolazzjoni fl-Italja ħadet iż-żewġ dożi tal-vaċċin. Dan ipoġġi lill-Italja fis-sitt post fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Jekk wieħed iħares lejn ir- reġjuni, l-akbar ammont ta' dożi tal-vaċċin ġew amministrati fil- Lombardija. Dan huwa l-aktar reġjun Taljan li fih jgħixu nies u r-reġjun li kellu l-akbar ammont ta' każi ta' Covid-19. F'dan ir-reġjun, li fih fost oħrajn hemm il-Belt tant popolari ta' Milan, jgħixu madwar 10 miljun persuna. Sa issa ġew amministrati 508,000 dożi tal- vaċċin kontra l-Covid-19. Fi Sqallija, li hija popolari ħafna mal-Maltin, ġew amministrati 229,948 doża tal- vaċċin. Fi Sqallija jgħixu madwar ħames miljun persuna. Anke l-Italja qed tippjana li tilħaq l-immunità tal- popolazzjoni bejn Settembru u Ottubru, għalkemm dwar dan hemm ukoll xi it jew wisq tax-xettiċiżmu. Ftit tal- jiem ilu, rapport fuq is-sit tal- aħbariijet popolari Taljan Ansa, kien jikkwota analiżi li saret mill-Fondazzjoni David Hume, li saħansitra kkonkludiet li jekk l-andament tat-tilqim fl- Italja mhux se jkun aċċellerat, l-immunità mhux se tintlaħaq qabel l-2023. Fl-Italja kienu rreġistrati aktar minn 2.7 miljun każ ta' Covid-19. Aktar minn 93,000 tilfu ħajjithom. Bejn Jannar u Diċembru 2019, waslu f 'Malta 392,955 turist Taljan.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 February 2021