Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
17 letteratura illum • IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam ħsibijietu u ġieli wkoll tifkirietu rigward il- Professur Charles Briffa, b'mod speċjali dwar l-istudju reċenti tiegħu Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija. Bil- memorji tal-ewwel tentattiv tiegħu li jaqleb għall-Malti r-rumanz La Nausèe ta' Jean-Paul Sartre fl-isfond – kif ukoll tal-ewwel sena tal-iskola sekondarja – qabelxejn jiddiskuti ċerta intervista li kienet saritlu lejn tmiem il-millenju mill-istudent tat-traduzzjoni Fabio d'Amato. Saliba jirrakmanda dan ix-xogħol ta' Briffa lil dawk kollha midħla tat-traduzzjoni f'pajjiżna filwaqt illi, intant, bejn il-linji, jibqa' jmaħħaħ fuq mistoqsija partikulari: "qabelxejn, għalxiex nittraduċu?" bużillis hawnhekk hu li d'Amato nesa – jew forsi m'għedditlux minn moħħu – jistaqsini għalfejn nittraduċi. Abbli kien ħabat tajjeb: dakinhar frankajna kawlata... Iżda l-biċċa hi f 'żgħoritna la d'Amato u lanqas jien ma konna konxji minn dan. Anzi, nistqarr illi dika l-ħabta qattajt ħafna żmien immaħħaħ fuq mistoqsijiet bħal tiegħu – u minn ferm qabel kien bagħathomli. Għax żgur ma jistax jonqos – biex f 'ġieħ il-ġustizzja jingħad kollox – illi mistoqsijiet bħal dawn jiġbdu l-attenzjoni tal-prinċipjanti. Terġa', dak iż-żmien, qajla kien hemm materjal bil-Malti li jittratta l-kurżitajiet bażiċi li kellu d'Amato, aħseb u ara mbagħad kwistjonijiet traduttoloġiċi teoretiċi u prattiċi ferm iżjed serji bħal dawk li ddiskutejt hawnhekk it xhur ilu f 'intervista mat-traduttologa Claudine Borg rigward Jacques Derrida u Walter Benjamin. Ngħid għalija, dak iż- żmien jien u nitħarreġ spiss kont nirreferi għall-pubblikazzjoni ferm utli éorie et pratique de la traduction littéraire français- maltais / It-Teorija u l-Prattika tat-Traduzzjoni Letterarja Franċiż-Malti (2008) mħejjija mit-traduttologi u l-lingwisti Toni Aquilina, Anne-Marie Bezzina u mill-istess Claudine Borg. Mill-bqija fil-biċċa l-kbira kont nikkonsulta materjal barrani filwaqt illi nsegwi – xi it bħall- Awtodidatta li naqraw dwaru f 'In-Nawżja ta' Sartre – il-pariri tant siewja tal-eks-kollega tiegħi Antoine Cassar. (Eqreb lejn żmienna, f 'dan ir-rigward dan l-aħħar dehru wkoll f 'ġurnali akkademiċi diversi studji relevanti bħal From Invisibility to Centre Stage: Translation as Metaphor for the Mediation of Knowledge u Bilingualism and Translation: Code-Switiching in Bilingual Fiction and the Translator's Dilemma minn Prof. Clare Vassallo.) Ktieb ieħor pjuttost reċenti li nħaseb apposta biex jagħmel tajjeb għal din il-lakuna huwa Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija (2015) tal-Professur Charles Briffa. Ma jidhirx illi dan ix-xogħol inkiteb bħala teżi espliċitu rigward il- filosofija tat-traduzzjoni jew tal- lingwa jonkella sabiex jinqara bħala kumpann għal klassiċi traduttoloġiċi bħal Translation Studies (1980) ta' Susan Bassnett, e Translation as Writer ta' Susan Bassnett/Peter Bush (2006) jew Aer Babel (1975) ta' George Steiner. Ma nemminx illi paraguni bħal dawn ikunu ġusti sabarra: ibda biex dan it- test qabelxejn jenħtieġ jinqara bħala kummentarju lokali dwar it-tradizzjoni tat-traduzzjoni f 'pajjiżna. Difatti tul kważi sitt mitt paġna dan il-volum jagħti ħarsa lejn il-ġrajjiet storiċi li għaġnu t-traduzzjoni Maltija, il-xejriet kulturali tagħha, l-orjentazzjonijiet teoretiċi mħaddma mit-tradutturi Maltin u x-xeħtiet letterarji fil-Malti bħala lingwa-mira. Għaldaqstant dan ix-xogħol ta' Briffa għandu appell ġenerali għall-istudenti, il-professjonisti, ir-riċerkaturi, l-awturi, ix-xandara u t-tradutturi Maltin. Madankollu Briffa ma jonqosx milli jirreferi għal għadd kwistjonijiet teoretiċi ewlenin – u dan anke tramite l-fomm ta' bosta letterati Maltin – li spiss jiddominaw id- dibattitu akkademiku fiċ-ċrieki internazzjonali tal-istudji tat- traduzzjoni. Is-siltiet miġjuba hawnhekk, spiss verbatim, mill-kittieba Maltin – fosthom Ġużè Aquilina, Oliver Friggieri, Karmenu Vassallo, Pietru Pawl Saydon, Karm Sant, Victor Fenech, Toni Aquilina, Dwaru Fenech, Angela Fenech, Rebecca Cachia, Ġużè Bartolo, Wallace P. Gulia, Victor Xuereb, Alfred Palma, Paul Zahra u Michael Zammit – jipprovdu sfond ġenerali u punt tat-tluq tajjeb mnejn it-tradutturi u t-traduttologi Maltin jistgħu jibdew jidħlu fi djalogu usa' u ifnad rigward din l-arti u sengħa impossibbli. Ifakkruna wkoll f 'għadd ġmielu ta' testi maqluba għall-Malti li b'xorti ħażina ormaj donnu sfaw taħt il-madmad tan- nisi. Lura għall-memorji ta' dari, lill-Professur Charles Briffa ltqajt miegħu l-ewwel darba – bħala enfant terrible tal-Form 1 ferm kmieni fis-snin disgħin – bħala Assisstent Surmast fil-Liċeo Verdala. Mhux l-ewwel darba li spiċċajt quddiemu l-uffiċċju – imwerwer sintendi – wara xi preżunt involviment f 'xi "pitrava" nobis, bħall-każ enigmatiku tal- mejda mħażża li għebet, iċ-ċertu kliem "xejn denju ta' student tal-liċeo aħseb u ara ta' tifel tal- Mużew" jew l-imxija fil-klassi ta' "rivisti mhux xierqa" tipo Metal Hammer u Penthouse. Abbli nistgħu ngħidu li dak iż-żmien min-naħa tiegħu kellu xi daqsxejn tar-raġun: "how can you have any pudding if you don't eat yer meat?, kif ġieli smajna. Iżda min-naħa tiegħi llum – tant snin wara – żgur ma nistax ngħaddi l-istess ġudizzji rigward din il-pubblikazzjoni hekk f 'waqtha ta' Briffa kwantu t-tradizzjoni tat-traduzzjoni f 'Malta. (Bħala parenteżi, ta' min nuri l-istess apprezzament għall-edizzjoni annotata minnu tar-rumanz storiku Ineż Farruġ t'Anton Manwel Caruana li lejn tmiem il-millenju pprovdietli lessiku siewi ħafna għat- traduzzjoni ta' ċerti siltiet minn La Nausèe, b'mod partikulari r-referenzi intertestwali għar- rumanz Eugénie Grandet (1833) ta' Honoré de Balzac u n-noti bijografiji fittizji tal-Markiż de Rollebon.) Ħaġa ċara wkoll illi l-materjal li nsibu f 'Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija jwieġeb tajjeb bosta mill- mistoqsijiet li kien għamilli Fabio d'Amato dik il-ħabta. Il-mistoqsija li forsi Briffa ma jweġibx bis-sħiħ – u li m'għarax inweġibha jien lanqas fl-intervista – hija din: "qabelxejn, xi tkun dil-ħaġa – jekk nistgħu nsejħulha hekk – li twebbel lin-nies jittraduċu?" M'iniex ċert jekk nafx inwieġeb, lanqas illum, iżda forsi f 'dan-nuqqas did-darba lanqas jien m'għandi wisq tort: kultant ngħid illi mistoqsija bħal din titwieġeb l-aħjar mhux bil- lingwistika u t-traduttoloġija iżda bil-psikoanaliżi... forsi wkoll bil- metafiżika...