Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544
12 intervista IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa kienet - mill-ġdid - iddominata mill-pandemija u miżuri li l-Gvern kellu jieħu biex jibda jikkontrolla n-numri tal-imxija li laħqu rekord assolut, kif ukoll in-numri fl- ITU (sal-Ġimgħa 34 persuna u tinfetaħ il-ħames ITU). Il-gazzetta ILLUM tibda tintervista lill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech billi tfakkru li minkejja t-tbatijiet li qed isofru eluf ta' negozji, jibqa' fatt li l-pandemija hija realtà dinjija. Ma jaħsibx li qed ikun wisq partiġġjan meta jitfa' l-ħtija kollha fuq il- Prim Ministru? Grech jibda billi jirrikonoxxi li l-pandemija hija realtà globali, imma jisħaq illi l-ebda Prim Ministru - skont hu - ma daħak bil-poplu tiegħu. "F'dan il-pajjiż il-Prim Ministru daħak bil-poplu Malti." "Il-poplu dejjem kien lest li jagħmel is- sagrifiċċji, imma l-PM kien jaf li hemm ir-riskji u d-diffikultajiet, partikolarment f 'dak li jirrigwarda l-varjant." Grech jisħaq illi l-poplu kien ilu minn Diċembru jaf li hemm il-varjant u ftit wara wasal Malta, "u konna nafu x'ħerba jista' jħalli. Trid tkun irresponsabbli tara realtà tiżviluppa quddiemek u tinjoraha u għalhekk (is-sitwazzjoni preżenti) hija responsabilità tal-Prim Ministru." Il-Kap tal-PN saħaq illi kien hemm mumenti fejn il-Prim Ministru seta' sema' mill-pariri li hu jgħid li kienet qed tagħti l-Oppożizzjoni, "imma daħak bina. Allura llum qed naraw li s-sitwazzjoni reġgħet ħarbet minn idejn il-pajjiż. Jiena meta jkolli marda u ma naċċettax li jiena marid u ma mmurx għall-kura, il- kwistjoni se tikber." Hu akkuża lil Abela li ma ħax l-affari bis-serjetà, ta impressjoni tas-sitwazzjoni li - skont Grech - ma kinitx korretta u llum "l-għażla tiegħu qed taffetwa lilna lkoll." Imma l-PN x'qed jipproponi? "Aħna pproponejna per eżempju li nagħmlu programm qawwi ta' screening fil-portijiet u fl-ajruport tagħna. Jekk hemm bżonn iva, nonfqu l-miljuni fejn meħtieġ," qal Grech. Hu insista illi l-miżuri li saru issa kienu "inevitabbli" Grech issejjaħ dak ta' bħalissa bħala lockdown u jfakkar li hawn eluf ta' anzjani li ilhom sena ma jistgħu joħorġu imkien u jaraw lil qrabathom għal ħin limitat biss minn wara perspex. "Sidien u ħaddiema huma preokkupati għax il-futur tagħhom jinsab fid- dubju. Pajjiżi oħrajn qed jibdew jiftħu, iħarsu lejn l-istaġun tas-sajf, qed jibdew jirċievu l-bookings mit-turisti ... min kien bilgħaqal illum se jibda jaqta' l-frott. Min ma kienx bilgħaqal illum se jkollu - u aħna miegħu (ma' Robert Abela) - jibda jbati l-konsegwenzi." Imma Bernard Grech għandu soluzzjonijiet? Kieku kellu jneħħi miżura li saret u jżid miżura li ma saritx, liema jagħmel Grech? Bernard Grech hawnhekk jibda jitkellem fuq ir-ristoranti u jgħid li dawn ma kinux il-kontributuri ewlenin tal-imxija tal-Covid-19. Imma jieqaf hemmhekk u jdawwar l-argument fuq it- trasport pubbliku. Grech, ifakkar li t-traposrt pubbliku huwa eżempju ċar ta' post fejn - skont hu - in-nies ma jkunux f 'bubbles u fejn mhux neċessarjament ikun hemm id-distanza soċjali. Hu jgħid illi hemm bżonn isir aktar tindif ta' spiss u iktar infurzar. Fil-fatt il-Malta Public Transport qed taħsel il-vetturi kuljum u persuni mill- infurzar ġieli telgħu wkoll fuq tal-linja. Intant lura għal Grech. Il-Kap tal- Oppożizzjoni sostna illi kien il-PN li ppropona illi t-tobba tal-familji jibdew jamministraw il-vaċċin, "u jumejn ilu l-Gvern ħabbar li t-tobba se jibdew jamministraw il-vaċċin. Bħal tal-vawċers din - daħku bina u ftit wara wettquha u kienet waħda mill-aktar miżuri li għenet lin-negozji," sostna. Huwa qal li l-PN jipproponi "ħalli jsir il-ġid, jagħmlu min jagħmlu." Għalliema tal-istess diviżjoni jieħdu l-vaċċin fl-istess ħin Mit-Tnejn tidħol il-miżura tal-iskejjel, li jifsser illi l-istituzzjonijiet kollha edukattivi jridu jagħlqu. Naturalment soluzzjoni assoluta ma hemmx, pero' x'jaħseb li għandhom ikunu l-miżuri biex jilqgħu għal din id-daqqa li se jaqilgħu ħafna ħaddiema li ma jistgħux jagħmlu telework? Grech jisħaq illi s-sitwazzjoni diġà ma kinitx waħda ward u żgħar, imma issa jgħid li se jiżdiedu l-problemi. Ifakkar lill-gazzetta ILLUM li ħafna studenti fl-edukazzjoni terzjarja diġà mhux qed imorru l-iskola, filwaqt li ħafna studenti tal-primarja u sekondarja mhux qed imorru għaliex għalliema qed joħorġu għal xi ġranet minħabba l-effetti tal- vaċċin. "Numru ta' għalliema qed jieħdu l-vaċċin tal-AstraZeneca u qed jibqgħu xi ġranet id-dar minħabba l-effetti. Apparti problemi ta' loġistika ... kellek ħafna għalliema kollha tal-istess diviżjoni qed jieħdu l-vaċċin f 'daqqa. U x'ġara? Kollha baqgħu d-dar minħabba l-effetti, fl-istess ħin ... li jfisser li l-lezzjonijiet saru mid- dar jew ma sarux. Għalhekk l-ippjanar huwa importanti," sostna Grech. Dwar tal-monti - fejn mill-ġdid hawnhekk kien hemm inċertezza dwar min jista' u ma jistax jarma minkejja stqarrija ċara tal-Ministeru tas-Saħħa mal-illum.com.mt li ma jistgħux - il- gazzetta ILLUM staqsiet lil Grech jekk jemminx li dawk li jbiegħu prodotti 'Pajjiżi oħrajn qed iħarsu lejn is-sajf aħna qed inbatu l-konsegwenzi F'ġimgħa ddominata mill-Covid-19 u minn sondaġġi li jagħtu ftit tama lill-PN, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech x'jaħseb u x'kien jagħmel differenti ....