Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544
20 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum Wara l-Covid: infasslu l-futur flimkien J ippruvaw ibellgħu r-ross bil-labra meta jgħidulna li ż-żieda fin-numru ta' każijiet ġodda tal-Cov- id-19 hi unikament minħabba l-varjant Ingliż tal-virus, li hu iktar effiċjenti biex jixtered! Dan il-virus effiċjenti, bla ebda dubju, kien mgħejjun b'nuqqas ta' sorveljanza. Sa it tal-ġranet ilu in-nies tħalliet tinġemgħa mad- war numru ta' postijiet tad-diver- timent b'mod li fejn kien hemm il-virus dan seta jixtered bla xkiel. In-numru għoli ta' każijiet ġodda tal-Covid huma ukoll riżultat ta' dan il-fatt. Jiġifieri mhux biss li l-virus hu iktar effiċjenti: ma tantx sab ostakli li jżommuh milli jixtered. Dan flimkien mal-fatt li ħafna qed jiddejqu ġewwa, għamel it-tixrid bosta iktar faċli. L-ottimiżmu żejjed ma kienx ta' għajnuna kif xejn ma għenu l-messaġġi li dalwaqt ġejjin lura għan-normal. Apparti dan, iż-żebliħ ta' min tkellem fuq it-tieni u t-tielet mewġa tal- imxija ukoll kienu kruċjali biex uħud ma jagħtux każ. Huwa dan kollu flimkien li wassal għas- sitwazzjoni preżenti. Huwa biss mertu tal- impjegati fis-settur tas-saħħa li s-sitwazzjoni mhiex agħar milli hi. Nittama li l-iżbalji ma jirrepetux ruħhom. Aħjar it sikkatur meqjusa żejda issa milli nkomplu nillaxkaw. L-għajnuna finanzjarja pprovduta mill-istat lil diversi setturi, għajnuna li ġiet estiza u miżjuda, kienet utli fl-immedjat. Imma filwaqt li għandna nibqgħu nagħtu prijorità lill-ħarsien tas- saħħa għandna ukoll nagħmlu użu tajjeb minn dan iż-żmien biex flimkien nippjanaw il-futur wara l-Covid. Il-programm ta' tilqim huwa sors raġjonevoli għal ottimiżmu moderat, avolja għadna lura biex naslu lejn it-tmiem. Ilkoll naqblu li bħala riżultat tal-Covid, l-ekonomija tħarbtet: mhux biss l-ekonomija ta' Malta, imma prattikament ta' kullimkien. Id-dibattitu nazzjonali, f 'dan il-mument, għandu jkun iffukat fuq il-futur. Ser nerġgħu nibnu dak li inħatt mill-Covid jew ser napprofittaw ruħna mis-sitwazzjoni u nippruvaw infasslu futur ġdid? L-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna qalgħet daqqa kbira u dan billi fi tmiem dan il-perjodu iddominat mill-Covid uħud ser ikunu tilfu tal-inqas sentejn ta' edukazzjoni formali. L-użu tat-teknoloġija online bla ebda dubju kienet ta' għajnuna kbira biex jimtela parti minn dan il-vojt li nħoloq. Dan imma mhux biżżejjed u bl-ebda mod ma jissostitwixxi l-kuntatt dirett bejn l-għalliema u l-istudenti. Dan japplika għall-edukazzjoni fil-livelli kollha tagħħa, imma b'mod partikolari għal-livell primarju u għal dak sekondarju. Tkun sfortuna kbira li dawk l-iktar vulnerabbli, bħala riżutat tal-Covid, jitilfu l-edukazzjoni tagħhom. Li nirkupraw mill-effetti tal- pandemija mhux ser ikun faċli. Aspett pożittiv dwar l-għodda li ntużaw biex nilqgħu għall- effetti tal-Covid kienet id- dipendenza fuq il-mezzi elettroniċi b'mod ġenerali u fuq it-tele-working b'mod partikulari. Hemm ħtieġa li niddiskutu it fil-fond l-implikazzjonijiet ta' dan għall-ġejjieni, għax id-drittijiet u d-dmirijiet f 'dan kollu għad mhumiex ċari. Il-Covid, bħall-epidemiji oħra li tfaċċaw minn żmien għall-ieħor (AIDS, Ebola, SARS) hi riżultat dirett tal-impatti tal-bniedem fuq in-natura. Hi riżultat ta' assalt uman fuq il-bijodiversità. In-natura għandha ħabta li meta jidhrilha tirritalja. Il- virus jibqa' għaddej, m'għandux fruntieri. Sakemm nidraw inġibu ruħna sewwa, l-virus għandu kontroll kważi assolut. Kull meta nippruvaw nilgħabu man-natura, dejjem nispiċċaw minn taħt. Hemm prezz li jeħtieġ li jitħallas u dan diffiċli biex nevitawh. Probabbilment li ħadd minna ma kiel laħam infettat li oriġina mill-friefet il-lejl. F'dan il-pajjiż, imma, in-natura nattakkawha mod ieħor. Fuq tul ta' żmien dan ukoll hu ta' ħsara daqs il-virus li jaqbeż mill-laħam infettat tal- farfett il-lejl għal ġol-bniedem. Il-Covid wera' (għal min kien għadu ma jafx) li n-natura tiġi taqa' u tqum minn ekonomija li ma tirrispettax lill-ekoloġija. L-aħħar kelma hi dejjem tan- natura. Hemm xi ċans li din id-darba nitgħallmu din il-lezzjoni? Fil-ġimgħat li ġejjin, meta forsi l-affarijiet ikunu iktar ċari, ikun il-waqt li flimkien nibdew infasslu l-futur. Il-futur jeħtieġ li jkun mibni fuq pjan li jirrispetta lill-ekoloġija u li jkun imsejjes fuq il-ġustizzja soċjali: Pjan Aħdar, ġust u sostenibbli. Għandu jkun futur li ma jirrepetix l-iżbalji tal-imgħoddi imma li jfittex mill-ġdid dak li jorbot lill-bniedem man-natura. Saret wisq ħsara tul is-snin fl- isforz biex il-bnidem isaltan fuq in-natura. L-użu tal-vjolenza fuq in-natura, iżda, ma jwassal imkien. Jeħtieġ, u hu possibli, li naħdmu id f 'id man-natura, bi sħab. Wara kollox, din hi l-vera sostenibilità. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Il-Covid wera' (għal min kien għadu ma jafx) li n-natura tiġi taqa' u tqum minn ekonomija li ma tirrispettax lill-ekoloġija. L-aħħar kelma hi dejjem tan-natura