Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

L -istat tad-dritt huwa eko- sistema. Hija b'saħħitha meta jkun hemm sistema ġudizzjarja li tiffunzjona tajjeb, qafas li jindirizza b'mod ef- fettiv il-korruzzjoni, midja ħielsa u pluralistika u l-kontrolli neċes- sarji biex il-gvernijiet jinżammu responsabbli. Is-sena l-oħra kien mument kruċjali għall-istat tad- dritt fl-UE minħabba li għall-ew- wel darba — bl-ewwel rapport għall-UE kollha — kien possibbli li wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni f 'kull Stat Membru u jqabbilhom. Dan ippermettielna naraw f 'aktar dettall liema partijiet tal-eko- sistema sejrin tajjeb u liema le. Min-naħa l-oħra, minflok ma nif- fokaw biss fuq il-problemi, hemm l-ispirazzjoni għall-progress. Għas-sistemi ġudizzjarji, pereżempju, kif enfasizza r-rapport tal-2020, l-infrastruttura diġitali kienet bidla radikali tul is-sena li għaddiet. Waqt id-diversi lockdowns nazzjonali, xi pajjiżi setgħu b'hekk iżommu l-qrati tagħhom miuħa b'sottomissjonijiet ta' talbiet online u vidjokonferenzi għas-seduti tal-qorti, filwaqt li s-sistemi ġudizzjarji ta' pajjiżi oħra — fosthom dawk ta' Malta — kellhom jiefqu temporanjament. Il-ġustizzja qatt m'għandha tieqaf. Meta jiġri hekk, in-nies u n-negozji ikollhom jibqgħu jistennew sentenzi jaffettwawlhom ħajjithom u l-għajxien tagħhom. Fejn teżisti soluzzjoni biex naqilbu għad-diġitali, ejja nużawha. Hawnhekk qed ninvestu fl-istat tad-dritt, u l-finanzjament tal-UE, parti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta' €672.5 biljun, huwa disponibbli għall- aġġornamenti f 'dan il-qasam. Irrid nara lil Malta tibbenefika minn din l-opportunità. Is-sħubija fl-UE hija kondizzjonali fuq ir-rispett għall-istat tad-dritt. Fil-passat, l-Istati Membri ddiskutew l-istat tad-dritt biss meta qamu sfidi serji. Dan hu tard wisq. Is-sena l-oħra, fil-Kunsill ta' Affarijiet Ġenerali, l-Istati Membri bdew jitkellmu ma' xulxin, dwar xulxin, wars s-sejbiet tar-rapport dwar l-istat tad-dritt. L-ewwel djalogu dwar il-Belġju, il-Bulgarija, iċ- Ċekja, id-Danimarka u l-Estonja, enfasizza l-valur ta' dan il-proċess għall-iskambju tal-aħjar prattiki u għall-prevenzjoni ta' problemi milli jitfaċċaw jew isiru agħar. L-Istati Membri użaw ukoll dan l-ispazju biex jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom stess biex jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma fir-rapport dwar l-istat tad-dritt. Dan ikkonferma li d-diskussjonijiet speċifiċi għall- pajjiż jistgħu wkoll jipprovdu inċentiv għall-progress. Huwa importanti li l-konverżazzjoni tinfirex lil hinn mill-elit politika. Fl-2019 il- Kummissjoni Ewropea stħarrġet liċ-ċittadini tal-UE dwar l-istat tad-dritt. Maġġoranza kbira qalu li jappoġġjawh — l-appoġġ f 'Malta kien ogħla mill-medja tal-UE — iżda l-maġġoranza tan- nies qalu li jħossuhom infurmati ħażin dwar il-valuri fundamentali tal-UE. Din hija r-raġuni għaliex kont qed nivvjaġġa virtwalment madwar l-Ewropa matul dawn l-aħħar xhur, fejn tkellimt dwar l-istat tad-dritt, inkluż mal- istudenti. L-Università ta' Malta tinsab fil-lista tiegħi. Huwa f 'dan l-ispirtu li l-Kummissjoni tinsisti li tirċievi kontribut mill-akbar numru possibbli ta' partijiet interessati meta tkun qed tħejji r-rapport annwali. Id-dipartimenti tal-gvern iva, il- ġudikatura wkoll, iżda l-kontribut mill-organizzazzjonijiet tas- soċjetà ċivili u l-akkademja pereżempju, huwa daqstant importanti. Billi nżommu din il- konverżazzjoni għaddejja, nistgħu nevitaw li tibqa' titnikker il- preżenza tal-problemi u, mil-livell lokali, nippromwovu kultura reali tal-istat tad-dritt fl-UE. Il-midja hija wkoll parti essenzjali minn din il- konverżazzjoni. Hija parti mill-istat tad-dritt kif ukoll responsabbli għaż-żamma tiegħu. Kull Stat Membru għandu qafas legali fis-seħħ biex jipproteġi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja u minħabba f 'hekk, l-attakki fuq ġurnalisti li jikxfu l-korruzzjoni jew il-kriminalità organizzata jiżvelaw verità diffiċli: minkejja l-aħjar wegħdiet tagħna, l-UE mhijiex rifuġju sikur u hemm reżistenza fi ħdan is-soċjetà għall-progress pożittiv. Dawn l-attakki kkawżaw ħsara serja lill- ekosistema — b'mod irreparabbli għall-familja u l-ħbieb tal- ġurnalisti bħal Daphne Caruana Galizia, maqtula talli għamlu xogħolhom. L-arrest ix-xahar li għadda ta' żewġ suspettati oħra implikati fil-qtil tagħha huwa żvilupp pożittiv, iżda l-istorja ma tintemmx hawn. Fadal ħafna mistoqsijiet, l-inkjesta pubblika għandha tkompli mingħajr xkiel, u għandha toħroġ il-verità kollha. Huwa biss f 'dak il-mument li jista' tibda l-fejqan. Malta, bħal ħafna Stati Membri oħra, għandha x-xogħol x'tagħmel biex issewwi l-ħsara. Hemm sinjali pożittivi, kif osservat ukoll il-Kummissjoni ta' Venezja, u dan l-iżvilupp nilqgħu bi pjaċir. Importanti li Malta tkompli b'dawn ir-riformi issa, filwaqt li tiżgura li s-soċjetà inġenerali tiġi kkonsultata, u li jiġu implimentati fil-prattika dawn ir-riformi, darba li jiġu adottati, fosthom dwar il-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u t-titjieb tas- sistema tal-ekwilibriju tas-setgħat. Ninsab ħerqan li niddiskuti dan mal-Parlament Malti l-ġimgħa d-dieħla. L-UE għandha tkompli tqajjem kuxjenza meta jinqalgħu l-problemi, iżda għandu jiġi nnutat ukoll il-progress pożittiv. Li nżommu l-ekosistema tagħna f 'saħħitha hija biċċa xogħol li teħtieġ l-attenzjoni kostanti, iżda wkoll idejn li jmexxu u jrawmu tul il-proċess. Didier Reynders huwa l-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja 22 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum Didier Reynders L-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea: ekosistema li trid tinżamm f'saħħitha 'L-arrest ix-xahar li għadda ta' żewġ suspettati oħra implikati fil-qtil ta' Daphne huwa żvilupp pożittiv, iżda l-istorja ma tintemmx hawn. Fadal ħafna mistoqsijiet'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021