Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Kull meta nitkellmu fuq il-pandemija nieqfu mal-impatt negattiv li din kellha fuq in-negozji, il-lukandi, ir-ristoranti u stabbilimenti tad-divertiment. Insemmu wkoll l-impatt fuq il-linja nazzjonali tal- ajru, kif għamlet din l-istess gazzetta it tal- ġimgħat ilu, iżda it li xejn nitkellmu fuq l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li huwa stakeholder importanti u kruċjali. Propju għalhekk li din il-ġimgħa, il- gazzetta ILLUM poġġiet bilqiegħda mal-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Alan Borg u tkellmet miegħu dwar l-effett tal-pandemija fuq l-Ajruport, l-irwol tiegħu biex Malta terġa' tikseb il-konettività li kellha, it-tħejjija għas-sajf u anke l-miri li għandu l-Ajruport. Bdejna nitkellmu fuq l-impatt tal- pandemija fuq l-ajruport, mhux biss mill- għadd ta' passiġġieri li għaddew minnu u li kulħadd jaf li naqas, iżda anke mill-aspett finanzjarju. Borg beda jispjega kif matul is-sena li għaddiet, l-Ajruport ra n-numru ta' passiġġieri li għaddew minnu jonqos b'76.1% fuq is-sena ta' qabel. Dan it-tnaqqis, riżultat tal-pandemija, wassal ukoll għal tnaqqis ta' €68 miljun fid-dħul iġġenerat mill-Ajruport. 'Tnaqqis fil-pagi, skemi ta' rtirar imma ħadd ma tilef ix-xogħol...' Fid-dawl ta' dan, il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Borg jekk f 'dan il-perjodu diffiċli, l-Ajruport irnexxilux iżomm miegħu lill- impjegati kollha. Saħaq li hekk kif faqqgħet il-pandemija l-Ajruport implimenta programm ta' tnaqqis tan-nefqa li kien jinkludi għadd ta' miżuri inkluż tnaqqis fil-pagi u sospensjoni ta' proġetti mhux essenzjali, u waqqaf ukoll ir- reklutaġġ tiegħu, "Dan sar bil-għan li l-kumpanija tiżgura s-sostenibbiltà ekonomika tagħha u b'hekk jitħarsu l-interessi fit-tul tal-istakeholders kollha – inklużi l-impjegati - li huma dipendenti fuq l-irkupru tal-Ajruport," saħaq Borg. Spjega kif matul il-pandemija tnediet ukoll skema ta' rtirar kmieni li ġiet utilizzata minn diversi impjegati. "Dawn il-miżuri ppermettew li ħadd ma jitlef l-impjieg tiegħu minħabba l-pandemija," insista l-Kap Eżekuttiv. '21 ta' Marzu 2020: L-agħar jum' L-ILLUM staqietu liema kien l-aktar jum diffiċli għall-Ajruport tul din l-aħħar sena, b'Borg minnufih isemmi l-ġurnata tal-21 ta' Marzu 2020, jiġifieri l-jum meta l-ajruport għalaq għal titjriet kummerċjali u dam hekk tliet xhur. "F'dan il-perjodu, l-ajruport rajnieh kif qatt ma rajnieh qabel għax l-uniċi passiġġieri li setgħu jtiru minn u lejn Malta kienu dawk li kienu qed jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji u ta' ripatrijazzjoni. Għalkemm dawn kienu mumenti tassew diffiċli għat- tim tal-ajruport u l-istakeholders, għamilna l-almu tagħna sabiex nutilizzaw dan iż-żmien sabiex nippreparaw għall-uħ mill-ġdid u naraw kif nistgħu nkomplu ntejbu s-servizzi u l-faċilitajiet tagħna għal meta jerġa' jaqbad l-ivvjaġġar," kompla jisħaq il-Kap Eżekuttiv. L-Ajruport jiflaħ jitlef sajf ieħor? Iżda l-passat għadda u mar. Issa rridu nibdew inħarsu lejn il-futur. Is-sajf, it it riesaq. L-Ajruport jiflaħ jitlef sajf ieħor? Jekk in-numru ta' passiġġieri jibqgħu baxxi ħafna, x'se jkunu r-riperkussjonijiet fuq il- kumpanija? Saħaq li meta wieħed jiakar li fl-2019, in-nefqa turistika kkontribwiet madwar €2.1 biljun tal-prodott domestiku gross tal-pajjiż, jiem aħjar kemm l-ekonomija ta' Malta għandha bżonn li r-rota tat-turiżmu terġa' tibda ddur malajr. "Biex il-pajjiż jibda jara xi sinjali ta' rkupru fl-ivvjaġġar bl-ajru sas-sajf hemm bżonn li jkompli jaqdef fl-implimentazzjoni tal-programm ta' tilqim; li jkun hemm pjattaforma Ewropea unika b'informazzjoni uffiċjali dwar x'jista' jistenna passiġġier fil-pajjiż tad-destinazzjoni fir-rigward ta' dokumenti li jkollu jissottometti u rekwiżiti oħra għad-dħul fil-pajjiż; u li fil-livell lokali nniedu applikazzjoni elettronika għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dokumenti li bħalissa qegħdin jiġu proċessati manwalment," insista Borg. 'Is-sitwazzjoni għadha fluwida ħafna' Fl-2019, għaddew mill-Ajruport aktar minn seba' miljun persuna. Ammont rekord. L-ILLUM tistaqsi lill-Kap Eżekuttiv meta qed ibassru li jerġgħu jintlaħqu dawn in-numri. Saħaq li anke jekk is-sitwazzjoni għadha fluwida ħafna u hemm ħafna fatturi esterni li fuqhom jiddependi l-irkupru lokali, mill- informazzjoni li l-Ajruport u l-industrija għandha f 'idha, fadal sal-2024 biex jerġa' jibda jkollna n-numri li kellna qabel faqqgħet il-pandemija. "L-industrija tal-ivvjaġġar hija waħda reżiljenti, anki minħabba l-irwol uniku tal-ivvjaġġar fl-iffaċilitar tal-attività soċjali, kulturali u ekonomika," insista. 'Xejn ma jieħu post l-importanza tat- tilqim' Dan l-aħħar smajna wkoll ħafna dwar il- varjanti u saret ħafna kritika li fl-ajruport mhux qed isir biżżejjed screening. L-ILLUM tistaqsi lil Borg kemm hi ġusta din il-kritika u x'qed isir biex malli l-affarijiet jibdew jiċċaqilqu, l-Ajruport iżid il-kapaċità tiegħu kemm ta' screening u anke ta' ttestjar. Alan Borg saħaq li l-Ajruport dejjem kien f 'konformità mal-linji gwida maħruġin mill-awtorità tas-saħħa lokali u organizzazzjonijiet awtorevoli internazzjonali oħrajn bħall-EASA. Insista li qed jagħmlu ħilithom kollha biex l-ambjent tal-ajruport ikun wieħed sigur aktar minn qatt qabel. "Però nkompli nisħaq fuq l-importanza tat-tilqim u li xejn ma jista' jieħu post dan," insista. Mill-banda l-oħra, insista li l-isforzi li saru ma jistgħux jingħataw il-ġenb u semma wħud minn dawn, fosthom: it- tindif u diżinfettar aktar rigoruż u regolari; l-introduzzjoni ta' 120 hand sanitising station madwar l-ajruport; l-użu ta' teknoloġiji sabiex l-esperjenza fl-ajruport tkun kemm jista' jkun touchless; it-twaħħil ta' aktar minn 2,100 tabella li jfakkru lin- nies iżommu distanzi soċjali xierqa matul il- vjaġġ; u t-twaqqif ta' tim imħarreġ apposta – l-Airport Care Team - biex jirrispondi għall-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tal-passiġġiera, liema ħtiġijiet qed jinbidlu kontinwament. Apparti dawn, fakkar li ġew installati disa' kameras termiċi fil-punti prinċipali tad-dħul fl-ajruport li qegħdin jintużaw minn professjonisti tas-saħħa fl-iscreening ta' kull passiġġier li jkun dieħel jew ħiereġ minn Malta. Fakkar li f 'Awwissu Malta introduċiet l-amber list li minn żmien għal żmien tiġi riveduta. Il-lista attwali tinkludi 40 pajjiż u stat u tkopri prattikament kull pajjiż li bħalissa għandna titjira diretta lejh. Fakkar li l-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw lejn Malta minn dawn il-pajjiżi għandhom jippreżentaw test negattiv għall-Covid-19. Persuni li ma jagħmlux dan, qed jiġu ttestjati mill-professjonisti tas-saħħa li huma stazzjonati l-ajruport. 'Ilna xhur naħdmu fuq applikazzjoni elettronika għall-passiġġiera...' Bħalissa għaddejja diskussjoni fuq 'id-Digital Green Pass' biex ikun hemm ċertifikazzjoni jew passaport komuni fuq livell Ewropew, biex persuni li jkunu ħadu l-vaċċin ikunu jistgħu jsiefru u jagħmlu dan b'moħħhom mistrieħ. L-istess Borg kien tkellem fuq il-bżonn li li jkun hemm ħidma konġunta anke fuq livell Ewropew. L-ILLUM staqsietu kif l-Ajruport qed iħejji lilu nnifsu għal dan. "L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, ilu għal dawn l-aħħar xhur jaħdem fuq applikazzjoni elettronika li ser tippermetti li l-passiġġieri li jkunu se jivvjaġġaw lejn Malta jipprovdu d-dokumenti neċessarji f 'format diġitali, jiġifieri l-Passenger Locator Form, il-Health Declaration Form, u r-riżultat tat-test tal- Covid-19 / ċertifikat tat-tilqima, sabiex jiġu pproċessati qabel ma jingħataw il-permess biex jidħlu fil-pajjiż," insista Borg. Spjega kif din l-applikazzjoni se tkun ta' benefiċċju kemm għall-passiġġieri minħabba li ser ikunu jistgħu jgħaddu mill- ajruport b'mod aktar mgħaġġel, hekk kif id- dokumenti tagħhom ikunu ġew proċessati qabel jaslu Malta, u kemm għall-awtoritajiet tas-saħħa li se jkollhom aċċess immedjat għal informazzjoni importanti miġbura f 'post 'L-aqwa riklam li jista' jkollha Malta bħalissa fil-programm tat-tilqim' Ra tnaqqis ta' 76% fin- numru tal-passiġġieri u naqqas id-dħul tiegħu b'€68 miljun minħabba l-pandemija iżda baqa' jirbaħ premju wara l-ieħor u qed jaħdem għal meta t-turiżmu reġa' jaqbad ritmu. L-ILLUM iżżur l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u tiltaqa' mal- Kap Eżekuttiv Alan Borg Alan Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021