Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam mal-qarrejja l-istejjer personali li ftit tas-snin ilu wasslu għall-ħolqien ta' proġett mużikali. Imsejjes fuq is- saġġ Fragments d'un discours amoureux ta' Roland Barthes u mnebbaħ minn diversi kantawturi fosthom Peter Hammill, il-proġett jikkonsisti fi traduzzjonijiet ta' liriki għall-Malti, fil-biċċa l-kbira kanzunetti ta' mħabba lingwaġġ – il-lingwaġġ tal- imħabba. Minn issa 'l quddiem daqshekk ser nibqa' ngħid « inħobbok »". Għalija dan ma kienx tant il- każ. Ibda biex fil-biċċa l-kbira d-diski kien filfatt kanzunetti ta' mħabba: xi wħud traduzzjonijiet 'fidili', oħrajn pjuttost adattamenti, xi it oħra mbagħad ħolqien kważi ġdid għalkollox. Bosta oħrajn bdejthom iżda mbagħad tlaqthom nofs leħja. Tul ċertu żmien dal-eżerċizzju tant kien ikkunsmani li kkusidrajt l-idea li b'xi mod noħloq break-up album (anke forsi doppju) – Eki mill-Mirja – b'ħafna minn dan il-materjal: 'eki' għax l-iktar kanzunetti li ngħożżu għandhom ħabta jibqgħu magħna jidwu fina, 'mirja' għax dawn il-verżjonijiet tiegħi huma riflessjoni tal-uqat luċidi li sawruhom. Imbagħad hemm ukoll l-influwenza ta' album simili ta' Fish: Songs from the Mirror. Ma nafx jekk f 'dad- diwi tiegħi kellix ukoll bħal Fish, imqar subkonxjament, xi eki minn dawk illi jtemmu l-Meddle tal-Pink Floyd. Madankollu kaġun ta' diversi strinġenzi, fosthom loġistiċi u finanzjarji, l-idea it li xejn dehret fattibbli. Għaldaqstant il-proġett – almenu fl-għamla l-proprja tiegħu – reġa' bħal miet fuq ommu. Sadattant spiss minflok kont ukoll imxiegħel fuq mezzi artistiċi oħra li setgħu jaqdu xi it jew wisq l-istess fini katartika, fosthom it-teatru. L-iżjed li mar 'il bogħod kien li silta minnu – Amore che vieni, amore che vai ta' De Andrè – ġiet interpretata lajv mill-Brikkuni waqt it-tnedija tal-album tagħhom Rub Al Khali. Kien ħabat tajjeb ladarba anke dan l-album tant singulari – partikularment s-silta-titlu – kien filfatt insenagħ minn Mario Vella tul fażi li kienet tixbah ferm lil tiegħi. Fi Frar ta' dis-sena, madankollu, Peter Hammill – kantawtur illi ili nsegwi mill-qrib tul dal- aħħar għoxrin sena – ħabbar li ser joħroġ album sħiħ ta' covers tradotti minnu bl-isem, inzerta, In Translation. Anke dan il-proġett jinkludi diversi ġeneri, fosthom il-mużika klassika, il-kanoni tal- Great American Songbook, il-pop Taljan u saħansitra t-Tango. Illum iżjed minn qatt qabel niem illi b'mod subkonxju – kważi sa mill- bidu nett – Hammill kien għajn punt ta' riferiment kontinwu tul bosta minn dawn l-esperimenti, b'mod speċjali l-album tiegħu Over illi difatti, appuntu, jeżorċiża "b'mod spettakulari" it-tmiem ta' relazzjoni. Ħabat ukoll illi l-kummenti li ta m'ilux lill- istampa sabiex iħabbar dan il- proġett, terġa' u tgħid, jiddeskrivu tajjeb ħafna l-modus operandi li ħaddimt sikwit f 'dawn it- traduzzjonijiet: "Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-kanzunetti jittrattaw id-diżlokazzjoni, it-telf, xi xorta ta' ġejjieni mistħajjel illi baqa' ma wasalx. Tliet diski biss kien oriġinarjament bl-Ingliż. Ladarba tul is-snin ksibt daqsxejn esperjenza fit- traduzzjoni tal-kanzunetta ttraduċejt il-bqija jien stess. Ma ħassejtx illi stajt nagħti ġieħ lill- kanzunetti kieku kantajthom fl-ilsien proprju tagħhom. Dejjem kelli s-sistema li noħloq traduzzjonijiet kulturali iżjed milli verżjonijiet strettament lingwistiċi. B'hekk jitwassal l-ispirtu tal-kanzunetta iżjed milli n-narrattiva preċiża. [...] Nittama li ttrattajt il-materjal, l-awturi u l-kantanti oriġinali bir- rispett mistħoqq. Iżda ċerti iżvolti hawnhekk – kollha kemm huma tiegħi – ma stajtx nevitahom". Minkejja li maż-żmien kont tli ħafna mill-interess, b'riħet din l-aħbar ta' Hammill dan l-aħħar erġajt tajt ħarsa mill- ġdid lejn diversi siltiet minnu. Xi wħud minnhom għadhom jagħtuni ċertu sodisfazzjon, oħrajn imbagħad mhux daqstant. Forsi għax illum ormaj inħossni pjuttost imbiegħed mill-impulsi li amruli nkewwinhom; forsi wkoll. Hu x'inhu, ekku r-raġuni għall- ħolqien ta' paġna Facebook fejn fiha, minn żmien għal żmien, ser jibdew jidhru wħud minn dawn it-traduzzjonijiet liriċi. Għandu mnejn wasal iż-żmien li dawn l-eki mill-mirja kkalzrati – sew bħall-imħabbes mimli tama f 'dawka l-versi ta' Dylan u sew bħal Lazzru għand is-Sur Dixon – fl-aħħar iseħħilhom huma wkoll jaraw il-ħelsien. Dar Mingħajr Bieb (House with No Door - Van der Graaf Generator)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021