Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 hija l-ordni tal-ġurnata, huwa ħafna aktar faċli li l-ideoloġija dominanti tixxettel u tiorixxi. Il-fataliżmu, jew is-sens ta' hekk konna u hekk se nibqgħu, li aħna hekk magħġunin, li mhux se mmutu kwadri meta twelidna tondi, it li xejn iħalli spazju għall-qari kritiku tad-dinja. Aktar minn hekk, meta l-kuxjenza tal-ideoloġija ħakkiema ssir l-aspirazzjoni tal-maħkum, it-trasformazzjoni tant urġenti fis- soċjetà tibqa' mbegħda mill-aġenda popolari. Il-Pandemija u l-Illużjoni tan- Normalità l-Ġdida Stennejt li t-theżżiża fit-tul tal- pandemija se ġġib xi waqfien riflessiv u ħjiel ta' tiġdid morali. Żbaljajt fl-istennija tiegħi. Il-kotra, mhedija b'dak li joħroġ ta' kuljum mill-forn tal-awli tal-qorti u tal- gazzetti, kurjuża dwar min se jorqod il-ħabs, u anzjuża dwar in-numru ta' infezzjonijiet u mwiet, kawża tal-pandemija, baqgħet mxennqa għan-normalità ta' qabel l-imxija; ebda dubji serji dwar l-ideoloġija li sawret is-sens komun ta' poplu, u ebda ħeġġa għal bidla morali, imqarr irtokk. Ħafna għadhom jinterpretaw dak li qiegħed jiġri bħala ħażen personali. Ftit li xejn intqal diskors dwar il-possibiltà li dak li mela l-paġni tal-gazzetti u ħafna mill-ħin tagħna huwa sintomatiku ta' ideoloġija mifruxa u kunsens popolari. L-ideoloġija tal-ġid privat, fejn is- suċċess fil-ħajja jitkejjel bl-ammont ta' ġid li wieħed isorr, jinvesti u jakkumula. It-twemmin li bil-flus nistgħu nagħmlu triq fil-baħar, għax donnu kulħadd għandu prezz, u ħafna jistgħu jaqgħu quddiem il- qawwa tal-flus. Il-ġid privat li jissarraf f 'patrunaġġ, influwenza, ħbieb fis- suq, ħbieb tal-ħbieb, u karità falza li ġġib ħelsien mit-taxxa u deher fil-pubbliku. Flus li jressquk qrib il-likk tal-poter u b'ħafna punti fil- ġirja għal aktar ġid. L-ideoloġija tal-profitt, fejn l-immoralità fiskali u l-ħażna tal- ġid imorru flimkien. Fejn donnha l-ambizzjoni tal-leġislatur hija li jara li t-taxxa tkun mill-anqas, u li proporzjonalment il-klassi medja u dik tal-ħaddiema iħallsu aktar mill-biljunarju. Fuq kollox, li l-korporazzjonijiet internazzjonali jinvestu billi jaħslu flushom u jevadu t-taxxa f 'pajjiżna. Ġenna fiskali, fejn kellu jkun l-barrani li jimponi fuq il-patrijott Malti l-obbligu li jibda jnaddaf il-mintna fiskali li jinsab fiha. L-ideoloġija tal-profitt li tħossha komda mal-isfruttament tal- ħaddiema. Il-politika neoliberali li ħaddanna bħala poplu hija intrinsikament marbuta mal-esplojtazzjoni tal- ħaddiema, dawk li joħolqu l-ġid iżda jgawdu farka minnu. Xogħol prekarju li ħlasu bilkemm iwassal sal-aħħar tax-xahar. Il-ħaddiem viċin il-linja tal-faqar, li ħafna drabi jkollu jaħdem b'mod informali, għal ħlas u kundizzjonijiet mill-agħar. Ħaddiema li ma jitħallsux, mhedda li se jitkeċċew minn pajjiżna, jgħixu agħar mill-bhejjem, fi stalel u kull fejn jiġi. Xogħol bl-imqieta u bla ħarsien soċjali, b'uħud mill- ħaddiema jinġabru ta' kuljum mit- triq, oħrajn permezz tal-mobajl. Suq tax-xogħol fejn il-ħlas tal- ħaddiema, mhux it fin-numru, huwa rkantat. Ħaddiema li fl- isfond tal-pandemija, u bl-eluf, intalbu jitilqu mill-pajjiż għax iċ- ċens f ''Malta Tagħna' għalqilhom u posthom mhuwiex perpetwu. Ħaddiema f 'battalja kontinwa biex uliedhom jibqgħu magħhom waqt li qegħdin iservu lis-sidien li, skont il- mantra politika, għandna għalfejn nirringrazzjawhom għax qegħdin joħolqu l-ġid. Allerġija għal-'living wage' u battalja sħiħa biex il-paga minima tagħti dinjità lill-ħaddiem. Ħondoq bejn l-irġiel u n-nisa fid- dħul għall-istess xogħol. L-ideoloġija tal-profitt L-ideoloġija tal-profitt li tqis il-faqar bħala frott l-għażż, għax temmen li din hija soċjetà ta' opportunitajiet bla qies, fejn kull min irid jista' jilħaq is-sema, u kull min jaqa' lura tort tiegħu. Ideoloġija li tipprova tipperswadina li l-faqar ġej min-nuqqas ta' ppjanar finanzjarju, nuqqas ta' ħila fit- trobbija tat-tfal, nuqqas ta' għaqal, fejn l-adulti jpoġġu x-xagħar u d-dwiefer qabel uliedhom. Ideoloġija li tħeġġiġna biex inħarsu b'supsett lejn il-ġenituri li jrabbu lil uliedhom weħidhom. L-ideoloġija tal-profitt li timbotta l-kunċett falz tal-meritokrazija; kunċett li jassumi li s-suċċess huwa personali meta għandna l-provi kollha biex inkunu żguri li hemm rabta bejn dak li jidher li hu suċċess personali u l-kuntesti li l-bniedem jitrabba u jitrawwem fihom u l-istrutturi soċjali li ma jaħdmux tajjeb biżżejjed biex titwettaq il- ġustizzja soċjali fil-ħin, b'mod effiċjenti u effettiv. L-ideoloġija tal-profitt li tqis l-art u dak kollu li huwa ambjent naturali bħala propjetà tal-bniedem. Kif jgħid is-sultan tal-iżviluppaturi, ħajja waħda għandna u l-profitt irid isir issa waqt li x-xemx għadha tiddi. Ideoloġija nieqsa mill-etika u mir-responsabilitajiet morali lejn ġenerazzjonijiet futuri. Ideoloġija tal-immedjat bbażata fuq il-ħtif u l-isfruttament ta' riżorsi komuni, dejjem favur l-interessi privati. L-ideoloġija tal-profitt li timbotta l-konsum sal-mewt. Ekonomija bbażata fuq ix-xiri bla rażan, u mkejla bl-indiċi tal-konsum. Ideoloġija li twebbilna li lkoll nistgħu naspiraw għal-lussu, u li l-lussu huwa l-indikatur li wasalna soċjalment. L-iskart, wieħed mill- ħsarat kollaterali tal-konsum bla qies, huwa sekondarju għall- ideoloġija tas-suq. Ixtri llum, naraw għada. L-ideoloġija tal-profitt li għandha tweġiba privata għal kull servizz, mill-produzzjoni tal-ilma, proprjetà pubblika, sas-servizz tas- saħħa. F'dan il-kuntest, dawk li jifilħu jħallsu huma dejjem l-ewwel fil-linja, jinqdew qabel u mill-aħjar. L-ideoloġija tal-profitt ma tridx titkellem dwar differenzi soċjali. Tkasbar jew tinjora lill-intelletwali meta jfakkruha li wlied il-ħaddiema huma l-vittmi ta' sistema edukattiva li mhix effettiva, jew li s-suq tax- xogħol huwa sessist u razzist, jew li s-sistema fiskali hija mmorali, jew li t-tnaqqir tal-art pubblika hija att vandalu kontra l-komunità. L-anti- intellettwaliżmu huwa id-domma meħtieġa biex l-ilma ideoloġiku ma jiċċaqlaqx. Ħelsien - Ir-ritorn tal- ideoloġija bħala tema politika ċentrali Faċli naqtgħu qalbna meta nimu l-konsegwenzi tal- ideoloġija li ħaddanna fi skiet jew bl-indifferenza. Ir-ritorn tal-ideoloġija bħala tema ċentrali tal-ħajja politika hija parti mir-ritorn taċ-ċittadini, mhux bħala oġġetti tal-Istorja iżda bħala suġġetti ħassieba li jiċħdu it-tixjir tal-bnadar u l-imkatar, il-qbiż fuq l-ispallejn bħala parti mill-koreografija tal-ħakkiem, u l-vanġelu skont il-partit, biex jiksbu l-ħelsien li jġib il-ħsieb kritiku, l-għatx għall-għarfien soċjali, u l-ħidma soċjali fi xrieki li twassal għall-bidla profonda f 'soċjetà bla kumpass intellettwali u morali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021