Illum previous editions

ILLUM 11 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1360408

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 11 TA' APRIL 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-poeta nazzjonali Malti miġjub fl-Ingliż Proġett fejjiedi, sfida meħtieġa Għaddew kważi 25 sena mindu ltqajna fil-klassi waqt il- lezzjonijiet tiegħek fi żmien il- kulleġġ rigward Sons and Lovers ta' D.H. Lawrence. Minn daka ż-żmien żvolġew donnu ħafna intoppi u żviluppi fil-qasam tal- edukazzjoni, mhux l-inqas f 'dik terzjarja. Intant id-dinja nbidlet ta' taħt fuq, anke fl-aċċess għall- informazzjoni. Dan kellu jħalli impatt pożittiv fuq l-edukazzjoni f 'pajjżna, iżda bosta jikkummentaw illi madanakollu il-livell ġenerali m'għadux dak li kien ħamsa u għoxrin sena ilu, batta. Ngħid għalija, spiss ikolli din l-impressjoni, iżda fl-aħħar mill-aħħar m'iniex fid-dinja akkademika u għaldaqshekk m'iniex l-aħjar xhud tas- sitwazzjoni. Ilek tgħallem fil-livell terzjarju tal-inqas min-nofs id- disgħinijiet. Żgur taf aħjar minni. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek dwar dan? Għalija l-idea ta' edukazzjoni terzjarja hija li l-istudenti jkunu esposti għal informazzjoni, opinjonijiet, teoriji – sikwit kunfliġġenti – fuq dak illi diġà sar u fuq dak illi għad jista' jsir, kemm fil-oqsma magħżula minnhom u kemm f 'dawk lill hinn minnhom. Il-livell terzjarju fl-edukazzjoni jiddependi mill-interess, il-ħila, il-qari u d-dibattitu mill-istudenti stess. Mill-banda l-oħra lill- istudenti jenħtieġ ngħallmuhom kif għandhom ifittxu, kif jibnu argument, fejn jistgħu jsibu t-tagħrif meħtieġ biex imbagħad jiktbu minn perspettiva mibnija fuq is-sod, fuq riċerka ppubblikata f 'ġurnali akkademiċi u fuq testi importanti fil-qasam tagħhom. Jekk student tassew jixtieq jidħol għall-edukazzjoni akkademika terzjarja għandu jkun lest jaqra, jaħseb, jiddiskuti u jikteb. Jekk le, aħjar jaqbad direzzjoni differenti. Il-problema, kif naraha jien, hija li anke l-istudenti li jkollhom l-interess spiss imbagħad ikunu neqsin mill-għodda. F'dar- rigward nixtieq nenfasizza li l-iktar għodda importanti hija l-lingwa. Fil-każ speċifiku tagħna, żewġ lingwi: dik tagħna, il-Malti, u dik tad-dinja akkademika, tax- xogħol u tal-informazzjoni f 'din l-epoka globalizzata, jiġifieri l-Ingliż. Mingħajr il-ħila li jaqraw attentament u li jiktbu tajjeb bl- Ingliż l-iktar ideat ikkumplikati u teoriji differenti jkun diffiċli immens li jilħqu l-għanijiet terzjarji tagħhom. Forsi dan fatt krudili, forsi wkoll mhux patrijottiku, imma dik hija d-dinja li fil-mument qegħdin ngħixu fiha. Jekk l-istudenti fi ċkunithom ma jitgħallmux tajjeb dawn iż- żewġ lingwi żgur ser isibu bosta diffikultajiet iżjed 'il quddiem f 'ħajjithom. Nistaqsi: għaliex dawn l-istudenti jkollhom għaxar jew tnax-il sena skola warajhom meta jidħlu l-Università u madankollu xorta ma jkunux tgħallmu sew? Fejn hi l-problema fit-tagħlim tal-lingwi? Fl- attitudni? Fl-iskejjel? Ma nafx. Ngħid għalija naħdem bir-riżultat tal-formazzjoni li tkun diġà ngħatatilhom qabel mill-iskola. Għaldaqstant nista' ngħid illi l-ikbar ostaklu li nsib fl-istudenti tiegħi huwa n-nuqqas t'abbiltà li jesprimu ruħhom tajjeb meta jiktbu teżi jew imqar teżina bl- Ingliż. Għaddew is-snin minn żmien il-kulleġġ u qabel tlaqt minn Malta – sa lejn tmiem l-2004 – it li xejn kelli ħjiel ta' x'kien sar jew ma sarx, min hu u min mhux, fil- qasam tat-traduzzjoni f 'pajjiżna. Terġa', ġaladarba ma kontx għażilt, anzi 'qas ħlomt, illi nsegwi xi kors tat-traduzzjoni, it li xejn kont midħla tad-Dipartiment tat- Traduzzjoni tal-Università ta' Malta. Kien imbagħad lejn l-2006 li skoprejt – mill-pubblikazzjoni Malta's Philosophy & Philosophers tal-istoriku tal-filosofija f 'Malta Mark Montebello – illi sadattant kont ksibt, fost kwalifiki oħra, Dottorat mill-Università ta' Bolonja taħt is-superviżjoni ta' Umberto Eco. Lil dan il-letterat Taljan, qabel bdejt naqrah sewwa, fil-biċċa l-kbira skoprejtu tramite diversi kwistjonijiet illi kellu mal-intellettwali ta' żmienu. Il- konfront m'Antonio Tabucchi, pereżempju. Il-kwistjoni tal- bojkott tal-Festival tal-Ktieb ta' Ġerusalemm. Dan il-mod kif niddjaloga ma' Eco baqa' miegħi, anke wara l-qari, bis-saħħa tal- eloġji magħmula lilu mill-filosofu Gianni Vattimo, l-iżjed m'ilux wisq mal-aħbar ta' mewtu. Bħal Eco, Vattimo kien student tal- filosofu Luigi Pareyson. Donnu hemm rabta bejn dawn il-ħassieba ta' dik il-ġenerazzjoni, iżda lil Eco għadni sal-lum ma nafx fejn inpoġġih. Tul is-snin illi domt tgħix u tistudja f 'dak l-ambjent, kif kont tqis il-preżenza t'Eco fi ħdan ix-xena akkademika Taljana? Il-Professur Umberto Eco kien wieħed mill-iktar intellettwali importanti tal-Italja. Kien ħassieb li ma kienx joqgħod lura milli jesprimi l-opinjonijiet tiegħu – anki dawk li kienu kontra l-kurrent – fi spazji pubbliċi bħat- televiżjoni u l-ġurnali. Filfatt kiteb tul bosta snin fl-aħħar paġna tar-rivista L'Espresso li toħroġ kull nhar ta' Ġimgħa. Kien iwassal l-ideat tiegħu fuq diversi suġġetti intellettwalment esiġenti, iżda mbagħad dejjem b'xeħta popolari u b'nikta t'umoriżmu. Kien proprju dan id-don li kellu: il-ħila li jfisser argumenti storiċi, filosofiċi, letterarji, politiċi u morali b'lingwa ċara li tinhiem minn firxa wiesgħa ta' nies mingħajr ma jissimplifika żżejjed. Jekk trid iddaħħlu ġo xi kaxxa filosofika tal-klassifikazzjoni tal-ħsieb naħseb li ma tmurx 'il bogħod wisq jekk issejjaħlu pragmatist. Il-modi kif kien juża b'ċerta ħila approċċ u lingwa ta' sens komun fit-tfittxija tas- sens fl-atti ta' komunikazzjoni – intenzjonati jew mhux – huma msejsa fuq ix-xogħol tal- pragmatist Amerikan Charles Sanders Pierce. Is-semjotika kontinentali ta' Eco hija mibnija fuq is-sisien tal-ħsieb ta' Pierce u fuq id-diskussjonijiet dwar is- sens fl-istorja tal-filosofija kollha kemm hi: Platun u Aristotile, Santu Wistin u Tumas Akwinu, Bacon, Locke, Leibniz, Spinoza, Kirche, Russel, Austin, kif ukoll xjenzati, matematiċi, lingwisti u speċjalisti tal-informatika artifiċjali. Iżda mhux biss fil-filosofija imma anke fil-letteratura nsib li Eco asserixxa ruħu b'mod interessanti ħafna. Ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu Il nome della Rosa (1980) meta kellu it iktar min ħamsin sena. Ġie tradott f 'bosta lingwi u anki fit- traduzzjoni kiseb rekords kbar ta' bejgħ. Dan ir-rumanz jittratta b'mod ċentrali l-istess tematika tal-ħsieb tiegħu: it-tfittxija tas- sens moħbi fil-lingwaġġ u fid- dinja naturali ta' madwarna. Ċentrali f 'dan ix-xogħol huwa l-karattru William of Baskerville bbażat fuq il-karattru famuż Sherlock Holmes t'Arthur Conan Doyle: il-moħħ tal-investigatur jaħdem sabiex jiskopri u jiem l-indizji moħbija, sewwasew bħalma jagħmlu l-filosofi u s-semjotiċi fit-tfittxija tas-sens fid-dinja ta' madwarna, fil-kulturi u fil-lingwi. Għallimt tul bosta snin fid- Dipartiment tal-Istudji tat- Traduzzjoni, it-Terminoloġija, u l-Interpretar tal-Università ta' Malta. Intant żgur rajt tkabbir Prof. Clare Vassallo flimkien ma' Umberto Eco

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 April 2021