Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363123

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

YENDRICK CIOFFI F'Ottubru li għadda l-Pulizija waqqfet it-Taqsima dwar il- Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika u f 'temp ta' sitt xhur daħlulha 851 rapport. Dwar dan, il- gazzetta ILLUM tkellmet mas- Supretendent Johann Joseph Fenech li huwa responsabbli minn din it-taqsima magħmulha minn tliet spetturi, seba' surġenti u 11-il kuntistabbli li jaħdmu b'tali mod li dejjem ikun hemm persuni disponibbli biex jilqgħu lill-vittmi u jisimgħuhom. "Bdiet mix-xejn u qed tagħmel mirakli kbar," insista s-Supretendent. "Din hija pjaga li taffettwa nies ta' kull età u ta' kull klassi, mill-kbir għaż-żgħir u mill-fqir għas-sinjur." Minħabba s-sensittività tal- każi, l-uffiċjali tal-Pulizija f 'din it- taqsima kontinwament jitħarrġu biex joffru l-aqwa appoġġ lill- vittmi għax xogħolhom mhuwiex sempliċiment li jressqu lill- aggressuri l-Qorti. Is-Supretendent Fenech spjega kif l-uffiċjali kollha attendew kors li fih ħadet sehem ukoll l-Aġenzija Appoġġ, li ffukkat fuq l-aspett emozzjonali u etiku. Irċevew ukoll taħriġ legali għax wara kollox iridu jieħdu azzjoni wkoll kontra l-aggressuri. Insista li hemm korsijiet oħra li huma ppjanati u li se jsiru meta s-sitwazzjoni tal-pandemija tippermetti. 'Diffiċli għax qed tirrapporta nies li tħabbat wiċċek magħhom kuljum...' Komplejna nitkellmu dwar l-appoġġ lill-vittmi, bis- Supretendent jisħaq li din hija waħda mill-it taqsimiet fil-Korp fejn vittma tista' tmur mill-ewwel titkellem magħha. "Il-prassi hija li l-vittma tiġi hawn anzi jekk il-vittma ma tkunx tista' tiġi, immorru għaliha aħna" spjega s-Supretendent. Fakkar li l-vittma, f 'dawn il- każi, mhux faċli titkellem anke għax qed tirrapporta persuna li tiġi minnha jew inkella li tgħix magħha. "Trid tiem ukoll l-aspett psikoloġiku. Mhux qed tirrapporta xi ħadd li serqek u li ma tafux. Vittma trid tiffaċċja lill-aggressur kuljum. Jagħmlu sforz biex jiġu hawn, jiħu rapport u eventwalment jitilgħu l-Qorti. Dawn il-każi huma ex officio, jiġifieri l-liġi tgħidlek li malli sar rapport, il-Pulizija trid tieħu passi anke jekk il- vittma ma tkunx trid," insista s-Supretendent. Fit-taqsima hemm Pulizija li huma stess kienu vittmi Saħaq li l-fatt li din it-taqsima hija speċjalizzata u l-vittma qed tintlaqa' f 'ambjent akkoljenti u privat, mhux bħal meta qed tmur f 'għassa tal-Pulizija, jagħmilha aktar faċli biex din titkellem. "Se ssib nies li huma ddedikati għal dawn il-każi," insista s-Supretendent waqt li spjega wkoll kif uħud mill-uffiċjali tal- Pulizija f 'din it-taqsima kienu huma stess vittmi ta' vjolenza domestika. Fil-fatt il-Pulizija f 'din it-taqsima għażlu huma minn jheddhom biex jidħlu fiha mhux sempliċiment ġew stazzjonati. Apparti minn hekk, f 'kamra oħra isir dak li jissejjaħ assessjar tar-riskju biex il-Pulizija tiem il-gravità ta' każ u anke kamra fejn l-Aġenzija Appoġġ tkun tista' tiltaqa' hemm stess mal-vittma meta jissejħu mill-Pulizija f 'każ ta' riskju għoli. Saħansitra hemm kamra attrezzata apposta, inkluż b'ġugarelli, playstation u affarijiet oħra, biex jekk vittma tmur bit- tfal, sakemm qed tagħmel ir- rapport, isserraħ rasha li hemm min qed jieħu ħsieb lil uliedha. "B'wiċċi minn quddiem ngħid li għamilna ħafna ġid meta nħares lejn l-għadd ta' rapporti li investigajna u n-nies li ressaqna. Il-vittmi wkoll jgħidulna dan," kompla s-Supretendent. L-effett tal-pandemija u l-vjolenza psikoloġika Fl-aħħar xhur smajna kif il- pandemija waslet biex jiżdiedu wkoll il-każi ta' vjolenza domestika, bir-rapport annwali dwar il-kriminalità jsemmi żieda fil-każi ta' vjolenza psikoloġika u mhux biss fiżika. Is-Supretendent Fenech ikkonferma dan. Spjega li l-fatt li n-nies qed iqattgħu ħafna aktar ħin id-dar ma' xulxin u l-fatt li l-istress jikkawża rabja ħalla l-effett tiegħu, iżda fakkar ukoll li jista' jkun hemm vittmi li qabel qatt ma ħassewhom komdi jitkellmu u tkellmu issa għax jafu li hemm taqsima speċjalizzata. Tkellimna aktar dwar il- vjolenza psikoloġika u jekk dawn il-każi humiex aktar diffiċli biex jiġu investigati, anke għax mhijiex daqshekk konkreta daqs vjolenza fiżika. Is-Supretendent saħaq li huwa minnu li vjolenza domestika taraha aktar, anke għax ġieli marru vittmi bi tbenġil u ġrieħi, iżda daqstant ieħor jinnutaw l-effetti ta' vjolenza psikoloġika, inkluż mill-aġir tagħhom. "Min kif jaġġixxu nindunaw u għalhekk tibni ċertu rapport magħhom biex jitkellmu. Tinduna mbagħad li kien hemm theddid, fastidju jew każi fejn mara ma tingħatax flus biex tmantni lit-tfal jew biex tgħix sew. Dawn kollha jaqgħu taħt vjolenza psikoloġika. Hija serja wkoll għax għal ġerħa tabib itik mediċina u tgħaddilek imma fil-każ ta' vjolenza psikoloġika tibqa' miegħek. Kull element ta' vjolenza se jħallilek trawma," kompla jispjega. Is-Supretendent spjega kif bejn l-1 ta' Ottubru 2019 u Marzu 2020 daħlu 311-il rapport ta' vjolenza psikoloġika. Bejn l-1 ta' Ottubru 2020 sal-lum, daħlu 479 rapport ta' vjolenza psikoloġika jiġifieri 168 każ aktar. 'Meta jiġu hawn ikunu diġà għamlu pass enormi' L-ILLUM staqsietu kemm hu diffiċli li persuna titkellem anke meta tmur tirrapporta. Saħaq li l-fatt li persuna tkun marret tirrapporta tkun diġà għamlet pass enormi. Spjega kif ikun hemm min jeħel meta jiem li l-Pulizija se tieħu passi wara li jsir rapport. Għalhekk jgħinu wkoll lill-vittma tiem il- konsegwenzi li s-skiet tagħha jista' jkollu, fosthom li persuna se tibqa' tgħix fil-biża' jew inkella taqla' swat, tgħajjir u insulti. Tant kemm din it-taqsima tiffoka fuq il-vittma, kompla jispjega s-Supretendent, li jkun hemm ċirkostanzi fejn tgħinhom ukoll imorru f 'akkomodazzjoni alternattiva għax ma jkunx possibbli li tibqa' tgħix mal- aggressur. "Trid tiem li dawn il- persuni jkollhom elf ħsieb f 'moħħhom u ma jkunx ċar għalihom x'se jagħmlu. Trid tempatizza magħhom," insista s-Supretendent. Mistoqsi jekk kellhomx vittmi li ġew riferuti lilhom minn entitajiet oħra, is-Supretendent qal li dawn il-każi huma rari, għax il-vittmi normalment imorru direttament għand il- Pulizija, anke għax sar ħafna reklamar biex aktar persuni jsiru jafu b'din it-taqsima. "Tiddejqux tiġu u tiħu qalbkom magħna. Hawn se ssibu żgur l-għajnuna. Agħmlu l-kuraġġ," temm jisħaq. Jekk inti vittma ta' vjolenza domestika tista' tmur direttament għand il-pulizija ta' din it-taqsima li tinsab fid- Depot jew inkella ċċempel fuq 22942717 IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum aħbarijiet Minn Ottubru t-taqsima tal-Pulizija kontra l-vjolenza domestika investigat medja ta' 140 rapport fix-xahar Il-gazzetta ILLUM titkellem mas- Supretendent Johann Joseph Fenech. Jisħaq li f'sitt xhur kemm ilha mwaqqfa din it-taqsima għamlet differenza kbira fil-ħajja ta' ħafna vittmi Is-Supretendent Johann Joseph Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021