Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum 55.4% ma jridux aktar restrizzjonijiet ... votanti ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-maġġoranza assoluta tal-poplu ma jridx aktar restrizzjonijiet, anke jekk minoranza mdaqqsa jaqblu li jekk ikun hemm bżonn ir- restrizzjonijiet minħabba l-Covid-19, dawn għandhom jiżdiedu. Sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM magħmul minn Polar juri illi meta mistoqsijin jekk jaqblux li jsiru aktar miżuri restrittivi minħabba l-Covid-19, 55.4% ta' dawk li pparteċipaw wieġbu 'le', 41.6% wieġbu 'Iva' u 3% qalu li ma jafux. Interessanti wieħed jinnota għalhekk illi hekk kif il-pajjiż ħiereġ bil-mod mit-tieni sett ta' restrizzjonijiet li wasslu għal kważi lockdown jidher ċar illi s-sentiment qed jinbidel sew u qiegħed dejjem jikber dak is- settur tal-popolazzjoni li ma jixtiqx jew qed jibda saħansitra jirreżisti aktar miżuri u restrizzjonijiet. Iktar kmieni din is-sena, fil- bidu ta' Marzu l-Gvern ħabbar l-għeluq ta' eluf ta' negozji, fosthom il-ħwienet kollha, ristoranti, kafetteriji, gyms u anke knejjes u skejjel. Barijiet u diskoteki inżammu magħluqin. Kien biss din il-ġimgħa illi fetħu l-iskejjel, bil-Knejjes jiħu llum u l-ħwienet li jbiegħu oġġetti u servizzi mhux neċessarji jiħu fis- 26 ta' April. Sa issa għadu mhux ċar meta se jiħu r-ristoranti, barijiet, gyms u stabbilimenti oħrajn. Iż-żgħaħagħ kontra u l-anzjani favur Dan is-sondaġġ juri dikotomija ċara bejn il-ħsibijiet taż-żgħażagħ u dawk tal-anzjani. Fil-fatt mistoqsijin dwar ir- restrizzjonijiet 62.8% ta' dawk li għandhom bejn 18 u 35 sena esprimew ruħhom kontra aktar restrizzjonijiet. Dan il-persentaġġ jerġa jikber fost dawk iktar mezza età, tant li 72.5% ta' dawk bejn is- 36 u 50 sena esprimew ruħhom kontra aktar restrizzjonijiet. Kienu biss 33.7% ta' dawk bejn 18 u 35 sena u 25.7% ta' dawk bejn is-36 u l-50 sena li esprimew ruħhom favur aktar restrizzjonijiet. Interessanti wieħed ifakkar li għajr għal każi ta' frontliners u numru ta' ħaddiema oħrajn, il-maġġoranza tan-nies f 'dawn l-etajiet għadhom ma ħadux il- vaċċin. Minn naħa l-oħra etajiet ikbar u l-anzjani huma iktar favur aktar restrizzjonijiet, tant li 58.6% ta' dawk bejn il-51 u 65 sena jaqblu ma' aktar restrizzjonijiet, persentaġġ li iżda jinżel għal 49.7% fost dawk ta' aktar minn 65 sena, fejn issa l-maġġoranza kbira ħafna ħadu mqar l-ewwel doża tal-vaċċin. Fil-fatt 46.4% ta' dawk 65+ huma kontra aktar restrizzjonijiet. Huwa fatt ukoll iżda li dawn huma l-etajiet tan-nies aktar vulnerabbli u li minnhom kien hemm l-akbar numru ta' vittmi tal-Covid-19. Tal-Kottonera u l-Għawdxin l-aktar kontra, tal-Punent l-aktar favur Meta wieħed jaqsam dawk li rrispondew skont fejn jgħixu jirriżulta li tan-naħa tal-Port (Kottonera, Ħaż Żabbar, il-Fgura, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Marsa ...) huma l-aktar nies li xebgħu bir-restrizzjonijiet. Fil-fatt 69.5% wieġbu li ma jridux aktar restrizzjonijiet u 30.4% wieġbu li jridu. Wara jiġu l-Għawdxin li ntlaqtu doppjament mill- aspett ekonomiku, hekk kif ġie mwaqqaf l-ivjaġġar tal-Maltin lejn Għawdex, għajr għal dawk li huma residenti (jew għandhom karta tal-identità) hemmhekk. B'kollox 61% tal-Għawdxin huma kontra r-restrizzjonijiet, 33% huma favur u 6% ma jafux. Minn naħa l-oħra b'52.6%, huma dawk li jgħixu fil-Punent (ir- Rabat, Ħad Dingli, Ħaż Żebbuġ, Ħ'Attard, Ħal Balzan ...) li huma l-aktar favur aktar restrizzjonijiet. Hawnhekk minoranza mdaqqsa ta' 45.2% xorta jibqgħu kontra. Jekk wieħed jevalwa n-numri imbagħad skont il-livell ta' edukazzjoni jsib li dawk b'edukazzjoni terzjarja huma l-aktar kontra restrizzjonijiet b'60.8% (36% favur) u l-aktar favur kienu dawk b'livell edukattiv primarju b'51% (41.2% kontra). Il-Laburisti ħafna iktar kontra aktar restrizzjonijiet minn Nazzjonalisti Id-differenzi fin-numri f 'dak li jirrigwarda alleanzi politiċi hija Sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM juri li hekk kif ħerġin bil-mod, il-mod mit-tieni sett ta' miżuri kontra l-Covid-19 f'sena, il-poplu qed isir dejjem inqas paċenzjuż u favorevoli għal aktar restrizzjonijiet, speċjalmet dawk bejn it-18 u l-50 sena 60 50 40 30 20 10 0 Iva Le Ma nafx Iva Le Ma nafx 50% 47.5% 2.5% 33.1% 63.7% 3.1% Votanti PN (2017) Votanti PL (2017) Inti taqbel li jsiru aktar restrizzjonijiet?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021