Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363126

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 aħbarijiet ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-PN għall-Ambjent Robert Cutajar talab lill- Ombudsman jinvestiga disa' każi ta' proġetti jew ksur tal- liġijiet ambjenatli - fosthom f 'dak li jirrigwarda l-proġett tal-Flyover tal-Imrieħel, il- proġett Central Link kif ukoll xogħol li sar fuq Kemmuna. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM Cutajar sostna li ma jistax ikun illi entitajiet tal- Gvern jew saħansitra Ministeri "jkunu huma stess li jiksru l-liġijiet ambjentali minflok ikunu ta' eżempju. Naf b'każi fejn sħansitra jingħata x-xogħol lill-kuntratturi mingħajr lanqas biss ikun għadu ħareġ il- permess." Minn Kemmuna sa Pembroke L-ilmenti li fetaħ Robert Cutajar huma dwar allegat ksur fuq proġetti jew xogħolijiet madwar il-pajjiż kollu. L-ewwel każ huwa dak li jitratta triq f 'żona protetta fuq il-gżira ta' Kemmuna u tfigħ ta' materjal tal-kostruzzjoni fuq żona xagħri fuq l-istess gżira. Cutajar jgħid lill-Ombudsman illi dan ix-xogħol qed isir mill-Ministeru ta' Għawdex mingħajr ma kien hemm permessi mill-ERA u bi ksur tar-Regolamentazzjoni dwar il-Protezzjoni ta' Flora, Fawna u Ambjent Naturali f 'żona ta' konservazzjoni speċjali (SAC). Xogħolijiet kontroversjali fuq din it-trejqa f 'Kemmuna li tagħti għall-Blue Lagoon ingħataw il-permess mill-Awtorità għall- Ambjent u Riżorsi (ERA) biss wara li x-xogħol kellu jieqaf minħabba li kien qed jaffetwa żoni koperti minn Natura 2000. L-ERA kienet ħarġet ordni ta' twaqqif tax-xogħol f 'Marzu li għadda propju għaliex ix-xogħol kien qed jimpatta l-madwar aktar milli suppost. Id-deċiżjoni tal-ERA li tagħti permess kienet milqugħa bi kritika minn Friends of the Earth li sejħulha "deċiżjoni skandaluża." Iżda Cutajar talab lill- Ombudsman jinvestiga wkoll il- proġett tas-Central Link u anke l-flyover tal-Imrieħel. Fuq tal- ewwel id-Deputat Nazzjonalista jgħid illi sar "tqaċċit ta' numru kbir ta' siġar protetti minn Infrastructure Malta mingħajr il-permess tal-ERA bi ksur tar- regolamenti dwar il-ħarsien tas- Siġar u Imsaġar." Il-proġett tas-Central Link għadu għaddej bħalissa. Huwa maħsub biex jiġbed il-vetturi mill-irħula lejn l-arterja ewlenija bil-bini mill-ġdid ta' 13-il ħolqa differenti u l-eliminazzjoni ta' erba' sistemi ta' traffic lights tul kuridur ta' 4.3 kilometri mill- inħawi tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji fl- Imrieħel sar-roundabout ta' taħt it-Telgħa tas-Saqqajja fl-inħawi ta' Ta' Qali. B'kollox il-proġett se jiswa €55 mljun. Intant Cutajar qed jitlob li ssir investigazzjoni fuq xogħoljiet ta' rampa mingħajr permess fil- Bajja tat-Torri l-Abjad, tfigħ ta' materjal mill-Korporazzjoni tal-Ilma f 'Pembroke - liema materjal seta' faċilment spiċċa fil-baħar - u tfigħ ta' konkos f 'żoni skedati u bi ksur tal-Liġi fid-Dwejra Lines. ... Anke Ħad-Dingli Intant id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar talab lill-Ombudsman jinvestiga xogħol f 'Ħad Dingli li kien jinkludi tqaxxir tat-triq u tqattigħ ta' gandott minn Infrastructure Malta mingħajr il-permessi tal- ERA u bi ksur tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni ta' Flora, Fawna u Ambjent Naturali. Hu talab lill-Ombudsman jinvestiga wkoll ix-xogħol kontroversjali li sar fl-istess lokalità u li wassal għall- protesti mill-Moviment Graffitti minħabba tneħħija ta' siġar tal- ħarrub li għandhom mijiet ta' snin. Cutajar qal li apparti li ttieħdet art mingħand bdiewa mingħajr ma kienu infurmati, fakkar ukoll illi il-permess maħruġ mill-ERA kien jikkonċerna biss l-intervent fuq is-siġar u mhux ix-xogħol tat-triq. Il-ġimgħa l-oħra l-Moviment Graffitti ħabbar li se jwaqqaf il-protesta li damet jiem sħaħ f 'Ħad Dingli wara li Infrastructure Malta għamlet numru ta' wegħdi, fosthom li ma jinqatgħux siġar tal- ħarrub. Finalment, id- Deputat Nazzjonalista qal li l-Ombudsman għandu jinvestiga il-kostruzzjoni ta' pedestrian footbridge fil-Marsa li mill-ġdid jgħid illi sar bla permess. 'Kultura ta' xejn mhu xejn' Id-Deputat Robert Cutajar jgħid fl-ittra formali li bagħat lill-Ombudsman illi f 'Malta qed titrawwem kultura ta' xejn mhu xejn f 'dak li jirrigwarda l-ambjent. "Kollox qed isir jgħaddi," saħaq filwaqt li qal li dawn l-entitajiet tal-Gvern mhux talli mhumiex iħarsu u jippreservaw l-ambjent ta' pajjiżna - talli qed ikunu huma li jagħtu l-agħar eżempju u jkunu responsabbli minn sfreġju ambjentali, wieħed wara l-ieħor." Huwa temm ifakkar illi l-protezzjoni tal-ambjent jinsab stipulat fil-Kostituzzjoni Maltija u fiha jissemma' l-obbligu tal- Istat li jissalvagwardja l-pajsaġġ u l-patrimonju storiku, filwaqt li jħares u jikkonserva l-ambjent u r-riżorsi tal-pajjiż. Huwa qal illi l-Gvern għandu jieqaf jgħaddi romblu u minflok jikkonsulta, qabel jiddeċiedi. L-Ombudsman mitlub jinvestiga disa' każi ta' ksur tal-liġi fosthom f'Kemmuna u Pembroke Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar jikteb lill-Ombudsman u jitolbu jinvestiga xogħol bla permess u bi ksur tal-liġi, fosthom trejqa f'Kemmuna, il-proġett tas-Central Link u dak propost fl-Imrieħel Il-protesti tal-Graffitti f 'Ħad Dingli Robert Cutajar - Whip tal- Oppożizzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021