Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 is-sajf? L-ILLUM tistaqsi ... 'Nies bħali jħossu nuqqas tas-soċjalizzazzjoni' - Matthew Sant Sultana, Attur Ma tistax issegwi l-programm televiżiv 'Min Imissu' u ma tafx min hu Matthew Sant Sultana. Il-Lajf hu biss wieħed mill- ftit karattri ta' Min Imissu li jisirqulek qalbek u Sant Sultana mhux b'inqas. Dan l-attur dejjem bi tbissima fuq fommu, qal lill-gazzetta ILLUM li l-akbar xewqa tiegħu għas-sajf hi sempliċi; dik li jerġa jiltaqa' man-nies. Hu stqarr li nies bħalu li jħobbu joħorġu u jgawdu l-kumpanija tan-nies, batew f 'dawn iż-żminijiet. Kompla jgħid li l-ewwel ħaġa li ħa jagħmel meta Malta tersaq iktar għan- normalita' hi li jmur jixrob xarba kif tmiss il-liġi ma sħabu. Matthew Sant Sultana qal ukoll li ma jeskludix li jmur xi ġimgħa Għawdex ġo xi farmhouse ma' sħabu la darba jara li hu sigur li ssir. 'Dawra bil-mutur għall-inżul ix-xemx' - Stephanie Aguis, Preżentatriċi u attriċi Mal-ewwel tinduna li daħlet Stephanie Aguis fil-kamra għax it- tbissima tagħha tiddi bħal-istess xemx li hi tant tħobb. Agius tħobbha ħafna lix-xemx kif ukoll il-baħar u n-natura. Mal-gazzetta ILLUM hi qalet li bil-maskra jew mingħajrha xorta se tgawdi l-baħar u dak kollu li hemm marbut miegħu bħal kayaking, dawra bil-jet-skis u iktar. Qalet ukoll li qed tħoss in-nuqqas tar-ristoranti u la darba jiftħu mal-ewwel se tmur. Madankollu Aguis stqarret li jekk ristoranti jibqgħu magħluqa xorta se tordna mingħand il-favoriti tagħha u tmur tiekol fil-kampanja, b'hekk tkun laqtet żewġ għasafar b'ġebla waħda. Imma l-iktar ħaġa li din il- personalita' tant maħbuba qed tistenna hi d-dawra bil-mutur waqt inżul ix-xemx u xi ġirja fuq ix-xatt. Affarijiet sempliċi iżda għal Aguis huma kważi ritwal ta' matul is-sajf Fl-aħħarnett Aguis qalet li qed tippjana xi vaganzi biex x'ħin tara li hu sigur biex issiefer, mal-ewwel taqbad ajruplan. 'Inħares 'il quddiem għal xogħol ta' teatru u reċtar' - Clive Piscopo, Direttur u Attur Fl-aħħar din il-gazzetta tkelmet ma' Clive Piscopo, attur eċċelenti ieħor li mhux ġdid għax-xena teatrali u d-drama. Piscopo qal li dik l-ikbar xewqa tiegħu għal dan is-sajf hija li jirritorna lura fuq il-palk u għar-reċtar li tant għandu passjoni għalih. It-teatru hu wieħed minn dawk is- setturi li għadu qed jistenna d-data ta' meta se jirritorna u hemm ċans kbir li għalhekk ħafna qed iħossuhom anzjużi. Ammetta ukoll li ma tantx għandu pjanijiet oħra iżda li jaf żgur hu li jrid igawdi l-arja ta' barra. L-attur qal ukoll li hu żżeweġ lura f 'Diċembru li għadda, u probbabli dak inhar kien l-aħħar li ra l-maġġoranza ta' familtu. Dik hi r-raġuni għaliex dan is-sajf jixtieq iqatta' ftit iktar ħin mal- familja u ħbieb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021